LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ġożwè 1:1-24:33
  • Ġożwè

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġożwè
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Ġożwè

Ġożwè

1 U ġara wara li miet Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova li Ġeħova qal lil Ġożwè*+ bin Nun, il-​qaddej+ taʼ Mosè: 2 “Mosè l-​qaddej tiegħi miet;+ u issa qum, aqsam din ix-​xmara, il-​Ġordan, int u dan il-​poplu kollu, lejn l-​art li se nagħti lil ulied Israel.+ 3 Kull post li tirfsu b’qiegħ saqajkom, nagħtih lilkom, sewwasew bħalma wegħedt lil Mosè.+ 4 Mix-xagħri u dan il-​Libanu sax-​xmara l-​kbira, ix-​xmara Ewfrat, jiġifieri, l-​art kollha tal-​Ħittin,+ u sal-​Baħar il-​Kbir* lejn inżul ix-​xemx ikun it-​territorju tagħkom.+ 5 Ħadd ma jiqaflek tul il-​jiem kollha taʼ ħajtek.+ Bħalma wrejt li kont maʼ Mosè se nuri li jien miegħek.+ La se nabbandunak u lanqas nitilqek għalkollox.+ 6 Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila,+ għax int il-​wieħed li se tgħin lil dan il-​poplu jiret+ l-​art li ħlift lil missirijiethom li se nagħtihom.+

7 “Biss kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila ħalli tieħu ħsieb tagħmel skond il-​liġi kollha li kkmandak+ Mosè l-​qaddej tiegħi. Iddurx minnha lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ sabiex tkun tistaʼ taġixxi bl-​għerf kulfejn tmur.+ 8 Dan il-​ktieb tal-​liġi m’għandux jitbiegħed minn fommok,+ u trid taqrah u timmedita fuqu* lejl u nhar, sabiex tkun tistaʼ tieħu ħsieb tagħmel skond kulma hemm miktub fih;+ għax imbagħad se tirnexxi fi triqtek u mbagħad se taġixxi bl-​għerf.+ 9 Ma kkmandajtekx jien?+ Kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila. Tinħasadx jew titwerwer,+ għax Ġeħova Alla tiegħek hu miegħek kulfejn tmur.”+

10 U Ġożwè kkmanda lill-​uffiċjali tal-​poplu, billi qalilhom: 11 “Għaddu minn nofs il-​kamp u kkmandaw lill-​poplu, u għidu, ‘Lestu xi provvisti għalikom infuskom, għax minn hawn u tlett ijiem oħra se taqsmu din ix-​xmara, il-​Ġordan, biex tidħlu u tieħdu l-​art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtikom biex tiħduha f’idejkom.’”+

12 U lir-​Rubenin u lill-​Gadin u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse, Ġożwè qalilhom: 13 “Ftakru l-​kelma li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom,+ meta qal, ‘Ġeħova Alla tagħkom qed jagħtikom il-​mistrieħ u takom din l-​art. 14 In-nisa tagħkom, iċ-​ċkejknin tagħkom, u l-​bhejjem tagħkom se jgħammru fl-​art li Mosè takom fuq din in-​naħa tal-​Ġordan;+ imma intom, l-​irġiel kollha setgħanin u qalbenin,+ tgħaddu mqassmin għall-​battalja+ qabel ħutkom, u tridu tgħinuhom. 15 Meta Ġeħova jagħti l-​mistrieħ lil ħutkom l-​istess bħalkom u huma wkoll ikunu ħadu f’idejhom l-​art li Ġeħova Alla tagħkom jagħtihom,+ imbagħad biss intom terġgħu lura lejn l-​art li hi l-​proprjetà tagħkom u tiħduha f’idejkom,+ l-​art li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx.’”+

16 Fi qbil maʼ dan huma wieġbu lil Ġożwè, billi qalu: “Dak kollu li kkmandajtna se nagħmluh, u kulfejn tibgħatna mmorru.+ 17 Bħalma smajna minn Mosè f’kollox, hekk se nisimgħu minnek. Biss jalla Ġeħova Alla tiegħek juri li hu miegħek+ bħalma wera li kien maʼ Mosè.+ 18 Ikun min ikun li jġib ruħu b’mod ribelluż kontra l-​ordni tiegħek+ u ma jismax minn kliemek f’kulma tikkmandah jingħata l-​mewt.+ Biss kun kuraġġuż u agħmel il-​ħila.”+

2 Imbagħad Ġożwè bin Nun bagħat lil żewġt irġiel bil-​moħbi minn Sittim+ bħala spiji, billi qal: “Morru araw l-​art u ’l Ġeriko.” Għalhekk, marru u waslu fid-​dar taʼ prostituta jisimha Raħab,+ u qagħdu hemmhekk. 2 U lis-​sultan taʼ Ġeriko qalulu: “Ara! Xi rġiel minn ulied Israel daħlu hawnhekk dal-lejl biex jitkixxfu l-​art.” 3 Għal dan, is-​sultan taʼ Ġeriko bagħat għal Raħab, u qalilha: “Oħroġ lill-​irġiel li ġew għandek, li ġew id-​dar tiegħek, għax huma ġew jitkixxfu l-​art kollha.”+

4 Sadanittant, il-​mara kienet ħadet liż-​żewġt irġiel u ħbiethom. U qalet: “Iva, l-​irġiel tassew ġew għandi, u ma kontx naf minfejn kienu. 5 U meta mad-​dlam ngħalaq il-​bieb,+ l-​irġiel ħarġu. Ma nafx fejn marru. Iġru warajhom malajr u tilħquhom.” 6 (Imma hi kienet tellgħethom fuq il-​bejt,+ u żammithom moħbijin qalb ir-​ringieli taʼ zkuk tal-​kittien li kellha fuq il-​bejt.) 7 U l-​irġiel ġrew warajhom fid-​direzzjoni tal-​Ġordan fejn l-​ilma kien baxx,+ u hekk kif ħarġu dawk li kienu qed jiġru warajhom ngħalaq il-​bieb mill-​ewwel.

8 U qabel l-​irġiel setgħu jimteddu, hi telgħet ħdejhom fuq il-​bejt 9 u qaltilhom: “Jien tassew naf li Ġeħova se jagħtikom l-​art,+ u li waqaʼ fuqna l-​biżaʼ minnkom,+ u li l-​abitanti kollha tal-​pajjiż għandhom qalbhom maqtugħa minħabba fikom.+ 10 Għax aħna smajna kif Ġeħova nixxef l-​ilmijiet tal-​Baħar l-​Aħmar minn quddiemkom meta ħriġtu mill-​Eġittu,+ u x’għamiltu liż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, jiġifieri, Siħon+ u Għog,+ li lilhom intom qridtu għalkollox.*+ 11 Meta smajna dan qlubna bdew idubu,+ u ma kellniex l-​ispirtu biex niqfulkom,+ għax Ġeħova Alla tagħkom hu Alla fis-​smewwiet hemm fuq u fuq l-​art hawn taħt.+ 12 U issa, jekk jogħġobkom, aħilfuli b’Ġeħova+ li, talli wrejt qalb tajba bl-​imħabba magħkom, intom ukoll turu qalb tajba bl-​imħabba man-​nies taʼ dar missieri,+ u tridu tagħtuni sinjal taʼ min jafdah.+ 13 U tridu żżommu ħaj lil missieri+ u lil ommi u lil ħuti subien u bniet u lil dawk kollha li huma tagħhom, u eħilsulna ruħna mill-​mewt.”+

14 Għal dan, l-​irġiel qalulha: “Ħa mmutu aħna* minflokkom!+ Jekk ma tgħidu xejn b’din l-​affari tagħna, irid iseħħ li meta Ġeħova jagħtina l-​art, aħna wkoll nuru qalb tajba bl-​imħabba u fedeltà magħkom.”+ 15 Wara dan, hi niżżlithom b’ħabel minn ġot-​tieqa, għax id-​dar tagħha kienet fuq naħa waħda tas-​sur, u hi kienet toqgħod fuq is-​sur.+ 16 U qaltilhom: “Morru lejn il-​muntanji, biex dawk li qed jiġru warajkom ma jiltaqgħux magħkom; u ibqgħu moħbijin hemmhekk tlett ijiem, sakemm dawk li qed jiġru warajkom ikunu ġew lura, u wara tistgħu tmorru fi triqitkom.”

17 Min-naħa tagħhom l-​irġiel qalulha: “Aħna ħelsin mill-​ħtija rigward din il-​ħalfa tiegħek li ġegħeltna naħilfu.+ 18 Ara! Aħna deħlin fl-​art. U int għandek torbot din il-​qafla tal-​ħajt taʼ l-​iskarlat fit-​tieqa li niżżiltna minnha, u lil missierek u ’l ommok u ’l ħutek u lin-​nies kollha taʼ dar missierek għandek tiġborhom miegħek fid-​dar.+ 19 U jrid iseħħ li kulmin joħroġ mill-​bibien taʼ darek fil-​beraħ,+ demmu jkun fuq rasu, u aħna nkunu ħelsin mill-​ħtija; u kulmin jibqaʼ miegħek fid-​dar, demmu jkun fuq rasna jekk xi ħadd imidd idu fuqu. 20 U jekk tirrapporta din l-​affari tagħna,+ aħna wkoll se nkunu nħlisna mill-​ħtija rigward din il-​ħalfa tiegħek li ġegħeltna naħilfu.” 21 Għal dan, hi qalet: “Ħa jseħħ skond kliemkom.”

U bagħtithom, u huma marru fi triqithom. Imbagħad hi rabtet il-​qafla taʼ l-​iskarlat fit-​tieqa. 22 Għalhekk, huma telqu u waslu fil-​muntanji u baqgħu jgħammru hemmhekk tlett ijiem, sakemm dawk li kienu qed jiġru warajhom kienu marru lura. Issa dawk li kienu qed jiġru warajhom fittxewhom f’kull triq, u ma sabuhomx. 23 U ż-​żewġt irġiel niżlu mill-​ġdid minn fuq il-​muntanji u qasmu għan-​naħa l-​oħra u ġew għand Ġożwè bin Nun, u bdew jirrakkontawlu kulma kien ġralhom. 24 U qalu lil Ġożwè: “Ġeħova ta l-​art kollha f’idejna.+ Għaldaqstant, l-​abitanti kollha taʼ l-​art għandhom qalbhom maqtugħa minħabba fina.”+

3 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu, u hu u wlied Israel kollha telqu minn Sittim+ u waslu l-​Ġordan; u qattgħu l-​lejl hemmhekk qabel ma qasmu.

2 U ġara wara t-​tlett ijiem+ li l-​uffiċjali+ għaddew mill-​kamp 3 u kkmandaw lin-​nies: “Malli taraw l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom, u l-​qassisin, il-​Leviti, iġorruha,+ imbagħad intom itilqu minn postkom, u imxu warajha, 4 —biss ħa jkun hemm distanza bejnkom u bejnha taʼ madwar elfejn kubitu;+ tersqux qribha—sabiex tkunu tafu t-​triq li għandkom tgħaddu minnha, għax intom qatt m’għaddejtu minn dik it-​triq qabel.”

5 Ġożwè mbagħad qal lill-​poplu: “Tqaddsu,+ għax għada Ġeħova se jagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb f’nofskom.”+

6 Imbagħad Ġożwè qal lill-​qassisin: “Aqbdu l-​arka tal-​patt+ u għaddu quddiem il-​poplu.” Għalhekk, huma qabdu l-​arka tal-​patt u marru quddiem il-​poplu.

7 U Ġeħova qal lil Ġożwè: “Illum jien se nibda nagħmlek kbir f’għajnejn Israel kollu,+ biex ikunu jafu li bħalma wrejt li kont maʼ Mosè+ se nuri li jien miegħek.+ 8 U int—int għandek tikkmanda+ lill-​qassisin li qed iġorru l-​arka tal-​patt, billi tgħidilhom, ‘Malli tidħlu fl-​ilmijiet tal-​Ġordan, għandkom tibqgħu weqfin+ max-​xatt tal-​Ġordan.’”

9 U Ġożwè qal lil ulied Israel: “Ersqu ’l hawn u isimgħu kliem Ġeħova Alla tagħkom.” 10 Wara dan, Ġożwè qal: “B’dan se tkunu tafu li f’nofskom+ hemm Alla ħaj, u li bla dubju se jkeċċi minn quddiemkom lill-​Kangħanin u lill-​Ħittin u lill-​Ħiwwin u lill-​Pereżin u lill-​Girgasin u lill-​Amurrin u lill-​Ġebusin.+ 11 Ara! L-​arka tal-​patt tal-​Mulej taʼ l-​art kollha se tgħaddi quddiemkom fil-​Ġordan. 12 U issa ħudu tnax-il raġel mit-​tribujiet taʼ Israel, raġel wieħed għal kull tribù.+ 13 U malli qiegħ saqajn il-​qassisin li qed iġorru l-​arka taʼ Ġeħova, il-​Mulej taʼ l-​art kollha, jistrieħ fl-​ilmijiet tal-​Ġordan, l-​ilmijiet tal-​Ġordan, l-​ilmijiet neżlin minn fuq, jinqatgħu u jieqfu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ.”+

14 U meta n-​nies telqu mit-​tined tagħhom ftit qabel ma kienu se jgħaddu mill-​Ġordan, bil-​qassisin iġorru l-​arka+ tal-​patt quddiem il-​poplu, 15 u malli dawk li kienu qed iġorru l-​Arka waslu ħdejn il-​Ġordan u l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​Arka niżżlu saqajhom f’tarf l-​ilmijiet (issa l-​Ġordan tfur fix-​xtut kollha tagħha+ l-​jiem kollha tal-​ħsad), 16 imbagħad l-​ilmijiet li kienu neżlin minn fuq waqfu. U qamu bħal ħajt wieħed taʼ lqugħ+ ’il bogħod ferm f’Adam, il-​belt ħdejn Saretan,+ waqt li dawk li kienu neżlin lejn il-​baħar taʼ l-​Għaraba, il-​Baħar il-​Mielaħ,+ sfaw fix-​xejn. Ġew maqtugħin, u n-​nies qasmu quddiem Ġeriko. 17 Sadanittant, il-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova baqgħu weqfin bla ma jitħarrku fuq art niexfa+ f’nofs il-​Ġordan waqt li Israel kollu kien għaddej fuq art niexfa,+ sakemm il-​ġens kollu kien qasam għan-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan.

4 U ġara li malli l-​ġens kollu qasam għan-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan,+ Ġeħova qal lil Ġożwè: 2 “Ħu tnax-il raġel mill-​poplu, raġel minn kull tribù,+ 3 u kkmandahom billi tgħidilhom, ‘Ħudu minn nofs il-​Ġordan, mill-​post fejn saqajn il-​qassisin waqfu bla ma tħarrku,+ tnax-il ġebla,+ u tridu ġġorruhom magħkom għan-​naħa l-​oħra u tħalluhom fil-​post+ li se toqogħdu fih dal-lejl.’”

4 Għalhekk, Ġożwè sejjaħ tnax-il raġel+ li kien ħatar minn ulied Israel, raġel minn kull tribù; 5 u Ġożwè qalilhom: “Għaddu quddiem l-​arka taʼ Ġeħova Alla tagħkom lejn nofs il-​Ġordan, u kull wieħed minnkom għandu jerfaʼ ġebla fuq spalltu, skond in-​numru tat-​tribujiet taʼ wlied Israel, 6 sabiex dan ikun jistaʼ jservi taʼ sinjal f’nofskom.+ Jekk uliedkom jistaqsu fiż-​żmien li ġej, ‘Għala għandkom dan il-​ġebel?’+ 7 intom tridu tgħidulhom, ‘Għax l-​ilmijiet tal-​Ġordan kienu nqatgħu minn quddiem l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova.+ Meta għaddiet mill-​Ġordan l-​ilmijiet tal-​Ġordan inqatgħu, u dan il-​ġebel irid iservi bħala tifkira għal ulied Israel għal żmien indefinit.’”*+

8 Għaldaqstant, ulied Israel għamlu hekk, bħalma kien ikkmanda Ġożwè, u ħadu tnax-il ġebla minn nofs il-​Ġordan, bħalma Ġeħova kien qal lil Ġożwè, daqs in-​numru tat-​tribujiet taʼ wlied Israel;+ u ħaduhom magħhom lejn il-​post+ fejn kienu se joqogħdu u ħallewhom hemmhekk.

9 Ġożwè waqqaf ukoll tnax-il ġebla f’nofs il-​Ġordan fil-​post fejn kienu waqfu+ saqajn il-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt, u dawn għadhom hemmhekk sa llum.

10 U l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​Arka baqgħu weqfin f’nofs+ il-​Ġordan sakemm kien tlesta kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè jgħid lill-​poplu, skond kulma Mosè kien ikkmanda lil Ġożwè.+ Sadanittant, il-​poplu ħaffef+ u qasam għan-​naħa l-​oħra. 11 U ġara li malli l-​poplu kollu kien qasam għan-​naħa l-​oħra, imbagħad l-​arka+ taʼ Ġeħova qasmet għan-​naħa l-​oħra, kif ukoll il-​qassisin, quddiem il-​poplu. 12 U wlied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse+ għaddew imqassmin għall-​battalja+ quddiem għajnejn ulied Israel, bħalma kien qalilhom Mosè.+ 13 Madwar erbgħin elf raġel armat għall-​gwerra qasmu għan-​naħa l-​oħra quddiem Ġeħova lejn il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko għall-​gwerra.

14 Dakinhar Ġeħova għamel lil Ġożwè kbir f’għajnejn Israel kollu,+ u huma bdew jibżgħu minnu bħalma kienu beżgħu minn Mosè l-​jiem kollha taʼ ħajtu.+

15 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: 16 “Ikkmanda lill-​qassisin li qed iġorru l-​arka tat-​testimonjanza+ biex joħorġu mill-​Ġordan.” 17 Għalhekk, Ġożwè kkmanda lill-​qassisin: “Oħorġu mill-​Ġordan.” 18 U ġara li meta l-​qassisin li kienu qed iġorru l-​arka+ tal-​patt taʼ Ġeħova ħarġu minn nofs il-​Ġordan u qiegħ+ saqajn il-​qassisin mess l-​art niexfa, imbagħad l-​ilmijiet tal-​Ġordan bdew ġejjin lura f’posthom u bdew ifuru+ fix-​xtut kollha tagħha bħal qabel.

19 U n-​nies ħarġu mill-​Ġordan fl-​għaxar jum taʼ l-​ewwel xahar u kkampjaw f’Gilgal+ fuq il-​fruntiera tal-​lvant taʼ Ġeriko.

20 U Ġożwè waqqaf it-​tnax-il ġebla li kienu ħadu mill-​Ġordan f’Gilgal.+ 21 U qal lil ulied Israel: “Meta wliedkom jistaqsu lil missirijiethom fiż-​żmien li ġej, ‘Xi jfisser dan il-​ġebel?’+ 22 intom għandkom tgħarrfu lil uliedkom u tgħidulhom, ‘Israel qasam din ix-​xmara, il-​Ġordan, fuq art niexfa,+ 23 meta Ġeħova Alla tagħkom nixxef l-​ilmijiet tal-​Ġordan minn quddiemhom sakemm kienu qasmu, sewwasew bħalma Ġeħova Alla tagħkom kien għamel lill-​Baħar l-​Aħmar meta nixxfu minn quddiemna sakemm qsamna;+ 24 sabiex il-​popli kollha taʼ l-​art ikunu jafu id Ġeħova,+ li hi b’saħħitha;+ sabiex tabilħaqq tkunu tistgħu tibżgħu dejjem minn Ġeħova Alla tagħkom.’”+

5 U ġara li malli s-​slaten kollha taʼ l-​Amurrin,+ li kienu fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent, u s-​slaten kollha tal-​Kangħanin,+ li kienu ħdejn il-​baħar, semgħu li Ġeħova kien nixxef l-​ilmijiet tal-​Ġordan minn quddiem ulied Israel sakemm kienu qasmu, imbagħad qlubhom bdew idubu,+ u ma kien baqgħalhom ebda spirtu fihom minħabba wlied Israel.+

2 F’dak iż-​żmien partikulari Ġeħova qal lil Ġożwè: “Agħmel skieken taż-​żnied u erġaʼ agħmel iċ-​ċirkonċiżjoni+ lil ulied Israel, it-​tieni darba.” 3 Fi qbil maʼ dan, Ġożwè għamel skieken taż-​żnied u għamel iċ-​ċirkonċiżjoni lil ulied Israel f’Gibegħat-għaralot.+ 4 U din kienet ir-​raġuni għala Ġożwè għamel iċ-​ċirkonċiżjoni: in-​nies kollha li kienu ħarġu mill-​Eġittu, l-​irġiel, iva, l-​irġiel kollha tal-​gwerra, kienu mietu+ fix-​xagħri fit-​triq wara li ħarġu mill-​Eġittu. 5 Għax in-​nies kollha li ħarġu kienu ċirkonċiżi, imma dawk kollha li twieldu fix-​xagħri fit-​triq wara li ħarġu mill-​Eġittu ma kinux għamlulhom iċ-​ċirkonċiżjoni. 6 Għax ulied Israel kienu mxew erbgħin sena+ fix-​xagħri, sakemm intemm il-​ġens kollu taʼ l-​irġiel tal-​gwerra li ħarġu mill-​Eġittu u li ma semgħux minn leħen Ġeħova. Lilhom Ġeħova kien ħalfilhom li qatt ma kien se jħallihom jaraw l-​art+ li Ġeħova kien ħalef lil missirijiethom li se jagħtihielna,+ art li tnixxi ħalib u għasel.+ 7 U qajjem lil uliedhom minflokhom.+ Lil dawn Ġożwè għamlilhom iċ-​ċirkonċiżjoni, għax ma kinux ċirkonċiżi, billi ma kinux għamlulhom iċ-​ċirkonċiżjoni fit-​triq.

8 U ġara li meta kienu lestew jagħmlu ċ-​ċirkonċiżjoni lill-​ġens kollu, huma baqgħu bil-​qiegħda f’posthom fil-​kamp sakemm reġgħu ħadu r-​ruħ.+

9 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Illum jien neħħejt* it-​tmaqdir taʼ l-​Eġittu minn fuqkom.”+ Għalhekk, isem dak il-​post beda jissejjaħ Gilgal*+ u għadu hekk sa llum.

10 U wlied Israel komplew jikkampjaw f’Gilgal, u għamlu l-​Qbiż fl-​erbatax-il jum tax-​xahar,+ fil-​għaxija, fuq il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Ġeriko. 11 U bdew jieklu ftit mill-​prodott taʼ l-​art l-​għada tal-​Qbiż, ħobż bla ħmira+ u qmuħ inkaljati, f’dan l-​istess jum. 12 Imbagħad il-​manna waqfet l-​għada meta kienu kielu ftit mill-​prodott taʼ l-​art, u l-​manna ma niżlitx iktar għal ulied Israel,+ u dik is-​sena bdew jieklu ftit mill-​prodott taʼ l-​art taʼ Kangħan.+

13 U ġara li meta Ġożwè kien ħdejn Ġeriko, hu refaʼ għajnejh u lemaħ raġel+ wieqaf quddiemu b’sejfu mislut f’idu.+ Għalhekk, Ġożwè mexa għal ħdejh u qallu: “Int favur tagħna jew favur l-​avversarji tagħna?” 14 Għal dan, hu qal: “Le, imma jien—bħala prinċep taʼ l-​armata taʼ Ġeħova ġejt issa.”+ Għaldaqstant, Ġożwè niżel wiċċu fl-​art u nxteħet għal tulu+ u qallu: “X’qiegħed jgħid sidi lill-​qaddej tiegħu?” 15 Min-naħa tiegħu l-​prinċep taʼ l-​armata taʼ Ġeħova qal lil Ġożwè: “Neħħi s-​sandli minn saqajk, għax il-​post li wieqaf fuqu hu qaddis.” Minnufih Ġożwè għamel hekk.+

6 Issa Ġeriko kienet magħluqa sew minħabba wlied Israel, u ħadd ma kien joħroġ u ħadd ma kien jidħol.+

2 U Ġeħova kompla jgħid lil Ġożwè: “Ara, jien tajt lil Ġeriko u s-​sultan tagħha, l-​irġiel setgħanin u qalbenin, f’idejk.+ 3 U intom l-​irġiel kollha tal-​gwerra tridu timmarċjaw madwar il-​belt, billi dduru darba mal-​belt. Hekk għandkom tagħmlu għal sitt ijiem. 4 U sebaʼ qassisin għandhom iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten, quddiem l-​Arka, u fis-​sebaʼ jum għandkom timmarċjaw madwar il-​belt sebaʼ darbiet u l-​qassisin għandhom idoqqu l-​qarn.+ 5 U jrid iseħħ li meta jsemmgħu l-​qarn tal-​muntun, meta intom tisimgħu l-​ħoss tal-​qarn, is-​suldati kollha jridu jgħajtu għajta kbira tal-​gwerra;+ u s-​sur tal-​belt jaqaʼ ċatt maʼ l-​art,+ u s-​suldati jridu jitilgħu, kull wieħed dritt ’il quddiem.”

6 Għaldaqstant, Ġożwè bin Nun sejjaħ lill-​qassisin+ u qalilhom: “Erfgħu l-​arka tal-​patt,+ u sebaʼ qassisin għandhom iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem l-​arka+ taʼ Ġeħova.” 7 U kompla jgħid lis-​suldati: “Ibqgħu għaddejjin u mmarċjaw madwar il-​belt, u l-​forza armata għall-​gwerra+ għandha tgħaddi quddiem l-​arka taʼ Ġeħova.” 8 Għalhekk, ġara eżatt bħalma Ġożwè qal lis-​suldati; u sebaʼ qassisin li kienu qed iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem Ġeħova baqgħu għaddejjin idoqqu l-​qarn, u l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova kienet miexja warajhom. 9 U l-​forza armata għall-​gwerra mxiet quddiem il-​qassisin li kienu qed idoqqu l-​qarn, waqt li l-​għassa li timxi wara+ kienet qed issegwi l-​Arka mad-​daqq kontinwu tal-​qarn.

10 Issa Ġożwè kien ikkmanda lis-​suldati:+ “La tridu tgħajtu u lanqas issemmgħu leħinkom, u ebda kelma m’għandha toħroġ minn fommkom sa dakinhar li ngħidilkom, ‘Għajtu!’ Imbagħad tridu tgħajtu.”+ 11 U hu ħa ħsieb li l-​arka taʼ Ġeħova timmarċja madwar il-​belt, billi ddur darba magħha, u wara dan marru lejn il-​kamp u għaddew il-​lejl fil-​kamp.

12 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu,+ u l-​qassisin refgħu l-​arka+ taʼ Ġeħova, 13 u sebaʼ qassisin li kienu qed iġorru sebat iqrun taʼ l-​imtaten quddiem l-​arka taʼ Ġeħova mxew, waqt li baqgħu jdoqqu l-​qarn il-​ħin kollu, u l-​forza armata għall-​gwerra mxiet quddiemhom, waqt li l-​għassa li timxi wara segwiet l-​arka taʼ Ġeħova mad-​daqq kontinwu tal-​qarn.+ 14 U fit-​tieni jum immarċjaw madwar il-​belt darba, u wara dan reġgħu lura lejn il-​kamp. Hekk għamlu għal sitt ijiem.+

15 U ġara li fis-​sebaʼ jum qamu kmieni, malli żernaq, u marru jimmarċjaw madwar il-​belt b’dan il-​mod sebaʼ darbiet. Dakinhar biss immarċjaw madwar il-​belt sebaʼ darbiet.+ 16 U ġara li mas-​sebaʼ darba l-​qassisin daqqew il-​qarn, u Ġożwè qal lis-​suldati: “Għajtu;+ għax Ġeħova takom il-​belt.+ 17 U l-​belt trid issir ħaġa dedikata għall-​qerda;*+ din b’kull ħaġa li hemm fiha hi taʼ Ġeħova. Raħab+ il-​prostituta biss tistaʼ tibqaʼ ħajja, hi u dawk kollha li qegħdin magħha fid-​dar, għax ħbiet lill-​messaġġiera li bgħatna.+ 18 U min-​naħa tagħkom, żommu ’l bogħod mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda,+ li ma tmurx tiġikom xewqa+ u tieħdu ftit mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda+ u fil-​fatt tagħmlu l-​kamp taʼ Israel ħaġa dedikata għall-​qerda u ġġegħluh ikun imwarrab.+ 19 Imma l-​fidda u d-​deheb kollu u l-​oġġetti tar-​ram aħmar u tal-​ħadid huma xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ Għandhom imorru fit-​teżor taʼ Ġeħova.”+

20 Imbagħad is-​suldati bdew jgħajtu, meta daqqew il-​qarn.+ U malli s-​suldati semgħu l-​ħoss tal-​qarn u s-​suldati bdew jgħajtu għajta kbira tal-​gwerra, imbagħad is-​sur waqaʼ ċatt maʼ l-​art.+ Wara dan, is-​suldati telgħu lejn il-​belt, kull wieħed dritt ’il quddiem, u ħadu l-​belt f’idejhom. 21 U kulma kien hemm fil-​belt, minn raġel sa mara, minn żagħżugħ sa xiħ u sa barri u nagħġa u ħmar, iddedikawh għall-​qerda b’xifer is-​sejf.+

22 U liż-​żewġt irġiel li kienu għamluha taʼ spiji fl-​art, Ġożwè qalilhom: “Morru fid-​dar tal-​mara, il-​prostituta, u oħorġu minn hemmhekk lill-​mara u lil dawk kollha li huma tagħha, sewwasew bħalma ħliftulha.”+ 23 Għalhekk, l-​irġiel żgħażagħ li kienu għamluha taʼ spiji daħlu u ħarġu lil Raħab u lil missierha u lil ommha u lil ħutha u lil dawk kollha li kienu tagħha, iva, lil tal-​familja tagħha kollha;+ u ħallewhom barra l-​kamp taʼ Israel.

24 U ħarqu l-​belt bin-​nar u kulma kien hemm fiha.+ Biss il-​fidda u d-​deheb u l-​oġġetti tar-​ram aħmar u tal-​ħadid huma tawhom lit-​teżor tad-​dar taʼ Ġeħova.+ 25 U lil Raħab il-​prostituta u lin-​nies taʼ dar missierha u lil dawk kollha li kienu tagħha, Ġożwè ħalliehom ħajjin;+ u hi għadha tgħammar f’nofs Israel sa llum,+ għax ħbiet lill-​messaġġiera li Ġożwè kien bagħat bħala spiji f’Ġeriko.+

26 Imbagħad Ġożwè lissen ħalfa f’dak iż-​żmien partikulari, billi qal: “Misħut ikun quddiem Ġeħova r-​raġel li jqum u jibni din il-​belt, iva, lil Ġeriko. Hu jqiegħed il-​pedament tagħha bit-​telfa taʼ l-​ewwel imwieled tiegħu, u jwaqqfilha l-​bibien bit-​telfa taʼ l-​iżgħar wieħed minn uliedu.”+

27 Għalhekk, Ġeħova wera li kien maʼ Ġożwè,+ u l-​fama tiegħu xterdet maʼ l-​art kollha.+

7 U wlied Israel wettqu att taʼ infedeltà fejn tidħol il-​ħaġa dedikata għall-​qerda* għax Għakan*+ bin Karmi, bin Żabdi, bin Żeraħ, tat-​tribù taʼ Ġuda, ħa ftit mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda.+ Minħabba f’hekk, ir-​rabja taʼ Ġeħova saħnet kontra wlied Israel.+

2 Imbagħad Ġożwè bagħat minn Ġeriko lil xi rġiel lejn Għaj,+ li hija qrib Bet-awen,+ lejn il-​lvant taʼ Betel,+ u qalilhom: “Itilgħu u tkixxfu l-​art.” Għaldaqstant, l-​irġiel telgħu u tkixxfu ’l Għaj.+ 3 Wara dan, huma reġgħu lura għand Ġożwè u qalulu: “Ħa ma jitlax il-​poplu kollu. Ħa jitilgħu madwar elfejn jew tlett elef raġel u jaħbtu għal Għaj. Tgħejjix lill-​poplu kollu billi jmorru hemmhekk, għax huma ftit.”

4 Għalhekk, madwar tlett elef raġel mill-​poplu telgħu hemmhekk, imma ħarbu quddiem l-​irġiel t’Għaj.+ 5 U l-​irġiel t’Għaj qatlu madwar sitta u tletin raġel minnhom. Marru jiġru warajhom+ minn quddiem il-​bieb sa Sebarim* u komplew joqtluhom fin-​niżla. Għaldaqstant, qalb il-​poplu bdiet iddub u saret bħall-​ilma.+

6 Għal dan, Ġożwè ċarrat ħwejġu u nxteħet wiċċu+ fl-​art quddiem l-​arka taʼ Ġeħova sa fil-​għaxija, hu u x-​xjuħ taʼ Israel, u tefgħu t-​trab fuq rashom.+ 7 U Ġożwè qal: “Jaħasra, Mulej Sovran Ġeħova, għala qgħadt iġġib lil dan il-​poplu din it-​triq kollha min-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, biex imbagħad tagħtina f’idejn l-​Amurrin biex jeqirduna? Mank kien f’idejna li niddeċiedu, għax konna nkomplu ngħammru fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan!+ 8 Skużani, O Ġeħova, imma x’nistaʼ ngħid wara li Israel dawwar dahru biex jaħrab minn quddiem l-​għedewwa tiegħu? 9 U l-​Kangħanin u l-​abitanti kollha taʼ l-​art se jisimgħu b’dan, u żgur li se jdawruna u jeqirdu isimna mill-​art;+ u x’se tagħmel għal ismek il-​kbir?”+

10 Min-naħa tiegħu, Ġeħova qal lil Ġożwè: “Qum, int! Għalfejn qiegħed mixħut wiċċek fl-​art? 11 Israel dineb, kif ukoll kiser il-​patt tiegħi+ li jien qegħedt bħala kmand fuqu; u ħa wkoll ftit mill-​ħaġa dedikata għall-​qerda+ u seraq+ u żamm dan sigriet+ u poġġieh qalb l-​oġġetti tiegħu stess.+ 12 U wlied Israel mhux se jkollhom il-​ħila jqumu kontra l-​għedewwa tagħhom.+ Se jkollhom idawru daharhom biex jaħarbu minn quddiem l-​għedewwa tagħhom, għax saru ħaġa dedikata għall-​qerda. M’iniex se nerġaʼ nkun magħkom jekk ma teqirdux għalkollox minn ġo nofskom il-​ħaġa dedikata għall-​qerda.+ 13 Qum! Qaddes lill-​poplu,+ u għid, ‘Għada qaddsu lilkom infuskom, għax hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel: “Hemm ħaġa dedikata għall-​qerda f’nofsok, O Israel.+ Mhux se jkollkom il-​ħila tqumu kontra l-​għedewwa tagħkom jekk ma tkunux neħħejtu l-​ħaġa dedikata għall-​qerda minn ġo nofskom. 14 U tridu tippreżentaw ruħkom fil-​għodu, tribù tribù, u jrid iseħħ li t-​tribù li Ġeħova jagħżel+ se jersaq, familja familja, u l-​familja li Ġeħova jagħżel se tersaq, dar dar, u d-​dar li Ġeħova jagħżel se tersaq, raġel b’saħħtu wara l-​ieħor. 15 U jrid iseħħ li dak li jintgħażel għax ikollu l-​ħaġa dedikata għall-​qerda jinħaraq bin-​nar,+ hu u kulma għandu, għax kiser il-​patt+ taʼ Ġeħova u għax wettaq bluha t’għajb f’Israel.”’”+

16 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu u ressaq lil Israel, tribù tribù, u ntgħażel it-​tribù taʼ Ġuda. 17 Wara dan, ressaq lill-​familji taʼ Ġuda u għażel il-​familja taż-​Żeraħin,+ u wara ressaq lill-​familja taż-​Żeraħin, raġel b’saħħtu wara l-​ieħor, u ntgħażel Żabdi. 18 Fl-aħħarnett ressaq lil daru, raġel b’saħħtu wara l-​ieħor, u ntgħażel+ Għakan bin Karmi, bin Żabdi, bin Żeraħ, mit-​tribù taʼ Ġuda. 19 Imbagħad Ġożwè qal lil Għakan: “Ibni, jekk jogħġbok, agħti glorja lil Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ u stqarrlu x’għamilt,+ u għidli,+ jekk jogħġbok, X’għamilt? Taħbix+ minni.”

20 Għal dan, Għakan wieġeb lil Ġożwè u qal: “Fil-​fatt jien—jien dnibt kontra Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel,+ u hekk għamilt: 21 Meta rajt+ fost il-​priża libsa uffiċjali mis-​Sinar,+ libsa sabiħa, u mitejn xekel fidda u ingott tad-​deheb, li kien jiżen ħamsin xekel, ridthom,+ u ħadthom;+ u, ara, huma moħbijin fl-​art f’nofs it-​tinda tiegħi bil-​flus taħt il-​libsa.”+

22 Minnufih Ġożwè bagħat messaġġiera, u marru jiġru lejn it-​tinda, u sabu l-​libsa moħbija fit-​tinda tiegħu bil-​flus taħtha. 23 Għalhekk, huma ħaduhom minn nofs it-​tinda u ġabuhom għand Ġożwè u wlied Israel kollha u firxuhom quddiem Ġeħova. 24 Ġożwè, u Israel kollu miegħu, issa ħadu lil Għakan+ bin Żeraħ u l-​fidda u l-​libsa uffiċjali u l-​ingott tad-​deheb+ u lil uliedu subien u bniet u l-​barri u l-​ħmar u l-​merħla u t-​tinda tiegħu u kull ħaġa li kienet tiegħu u tellgħuhom lejn il-​pjanura l-​baxxa t’Għakor.+ 25 Imbagħad Ġożwè qal: “Għala ġegħeltna niġu mwarrbin?+ Ġeħova se jġiegħel lilek tiġi mwarrab f’dan il-​jum.” B’hekk, Israel kollu garalu l-​ġebel,+ u wara ħarquhom bin-​nar.+ B’dan il-​mod ħaġġruhom bil-​ġebel. 26 U tellgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sa llum.+ Għal dan, Ġeħova dar mir-​rabja taħraq tiegħu.+ Huwa għalhekk li dak il-​post semmewh il-​Pjanura l-​Baxxa t’Għakor,*+ sa llum.

8 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax u titwerwirx.+ Ħu miegħek lill-​gwerriera kollha u qum, itlaʼ Għaj. Ara, jien tajt f’idejk lis-​sultan t’Għaj u l-​poplu tiegħu u beltu u artu.+ 2 U lil Għaj u lis-​sultan tagħha agħmlilhom bħalma għamilt lil Ġeriko u lis-​sultan tagħha.+ Biss il-​priża tagħha u l-​annimali domestiċi tagħha tistgħu tiħduhom għalikom infuskom.+ Oqogħdu mistoħbijin kontra l-​belt fuq in-​naħa taʼ warajha.”+

3 Fi qbil maʼ dan, Ġożwè u l-​gwerriera kollha+ qamu biex jitilgħu Għaj, u Ġożwè għażel tletin elf raġel, setgħanin u qalbenin,+ u bagħathom bil-​lejl. 4 U kompla jikkmandahom: “Ara, intom tistaħbew+ kontra l-​belt fuq in-​naħa taʼ warajha. Titbegħdux ħafna mill-​belt, u oqogħdu lkoll għal-​lest. 5 U jien u n-​nies kollha li huma miegħi mmorru qrib il-​belt. U jrid iseħħ li, jekk joħorġu biex jiltaqgħu magħna bħall-​ewwel darba,+ aħna naħarbu minnhom. 6 U joħorġu għal warajna sakemm inkunu begħedniehom mill-​belt, għax jgħidu, ‘Qed jaħarbu minna bħall-​ewwel darba.’+ U naħarbu minnhom. 7 Imbagħad intom—intom toħorġu minfejn tkunu mistoħbijin, u tieħdu l-​belt f’idejkom; u Ġeħova Alla tagħkom jagħtiha f’idejkom.+ 8 U jrid iseħħ li malli tkunu rbaħtu l-​belt tridu tagħtuha n-​nar.+ Skond il-​kelma taʼ Ġeħova għandkom tagħmlu. Ara, jien ikkmandajtkom.”+

9 Imbagħad Ġożwè bagħathom u huma mmarċjaw lejn il-​post fejn kienu se jistaħbew u waqqfu l-​kamp bejn Betel u Għaj lejn il-​punent t’Għaj, waqt li Ġożwè dak il-​lejl għaddieh mal-​bqija tal-​gwerriera.

10 Imbagħad Ġożwè qam kmieni fil-​għodu+ u spezzjona lin-​nies u telaʼ, hu u x-​xjuħ taʼ Israel, u mexxa lin-​nies lejn Għaj. 11 U l-​gwerriera kollha+ li kienu miegħu telgħu, u resqu u waslu quddiem il-​belt, u kkampjaw lejn it-​tramuntana t’Għaj, bil-​wied bejnhom u bejn Għaj. 12 Sadanittant, hu ħa madwar ħamest elef raġel u ħalliehom mistoħbijin+ bejn Betel+ u Għaj, lejn il-​punent tal-​belt. 13 Għalhekk, in-​nies waqqfu l-​kamp prinċipali lejn it-​tramuntana tal-​belt+ u l-​parti taʼ waranett lejn il-​punent tal-​belt,+ u dak il-​lejl Ġożwè mar f’nofs il-​pjanura l-​baxxa.

14 U ġara li, malli s-​sultan t’Għaj ra dan, imbagħad l-​irġiel tal-​belt għaġġlu u qamu kmieni u ħarġu jiltaqgħu maʼ Israel fil-​battalja, hu u l-​irġiel kollha tiegħu, fil-​ħin stabbilit, quddiem il-​pjanura tad-​deżert. U hu ma kienx jaf li kien hemm xi nies mistoħbijin kontrih lejn in-​naħa taʼ wara tal-​belt.+ 15 Meta Ġożwè u Israel kollu għamlu taʼ bir-​ruħhom li tilfu,+ huma ħarbu mit-​triq tax-​xagħri.+ 16 Imbagħad l-​irġiel kollha li kienu fil-​belt issejħu biex jiġru għal warajhom, u marru jiġru wara Ġożwè u begħduhom mill-​belt.+ 17 U ma kienx baqaʼ raġel f’Għaj u f’Betel li ma ħariġx wara Israel, u b’hekk ħallew il-​belt miftuħa beraħ u telqu jiġru wara Israel.

18 Issa Ġeħova qal lil Ġożwè: “Midd il-​lanza* li għandek f’idek lejn Għaj,+ għax se nagħtiha f’idejk.”+ Għaldaqstant, Ġożwè medd il-​lanza li kellu f’idu lejn il-​belt. 19 U dawk li kienu mistoħbijin qamu malajr minn posthom, u malli medd idu qabdu jiġru, u daħlu fil-​belt u rebħuha.+ Imbagħad għaġġlu u taw in-​nar lill-​belt.+

20 U l-​irġiel t’Għaj daru lura u ħarsu, u d-​duħħan tal-​belt kien tielaʼ lejn is-​smewwiet, u ma kellhom ebda ħila jaħarbu naħa jew oħra. U n-​nies li kienu qed jaħarbu lejn ix-​xagħri daru għal dawk li kienu qed jiġru warajhom. 21 U Ġożwè u Israel kollu raw li dawk li kienu mistoħbijin+ kienu rebħu l-​belt, u li kien tielaʼ d-​duħħan mill-​belt, u għalhekk daru lura u marru jidorbu lill-​irġiel t’Għaj għall-​mewt. 22 U l-​oħrajn ħarġu mill-​belt biex jiltaqgħu magħhom, u b’hekk huma ġew bejn Israel, dawn fuq naħa u dawk fuq oħra, u darbuhom għall-​mewt sakemm ma kien għad baqaʼ ħadd minnhom ħaj jew li ħarab.+ 23 U lis-​sultan+ t’Għaj qabduh ħaj u ressquh quddiem Ġożwè.

24 U ġara li waqt li Israel kien qed itemm joqtol lill-​abitanti kollha t’Għaj fil-​kampanja, fix-​xagħri fejn kienu ġrew warajhom, huma baqgħu jaqgħu, ilkoll kemm huma, b’xifer is-​sejf sakemm intemmew. Wara dan, Israel kollu mar lura Għaj u ħabat għaliha b’xifer is-​sejf. 25 U dawk kollha li mietu f’dak il-​jum, kemm irġiel u kemm nisa, kienu tnax-il elf, in-​nies kollha t’Għaj. 26 U Ġożwè ma ġibidx lura l-​id li biha kien medd il-​lanza+ sakemm kien qered*+ lill-​abitanti kollha t’Għaj. 27 Biss l-​annimali domestiċi u l-​priża taʼ dik il-​belt Israel ħadhom għalih, skond il-​kelma li Ġeħova kien ikkmanda lil Ġożwè.+

28 Imbagħad Ġożwè ħaraq lil Għaj u għamilha għolja taʼ rovini għal żmien indefinit,+ bħala art abbandunata sa llum. 29 U dendel lis-​sultan t’Għaj+ fuq zokk sa fil-​għaxija;+ u hekk kif ix-​xemx kienet kważi niżlet Ġożwè ta l-​kmand, u niżżlu l-​ġisem mejjet tiegħu+ minn fuq iz-​zokk u tefgħuh fid-​daħla taʼ bieb il-​belt u tellgħu fuqu borġ kbir ġebel, li għadu hemmhekk sa llum.

30 Imbagħad Ġożwè bena artal+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, fuq il-​Muntanja Għebal,+ 31 bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova lil ulied Israel, skond kif hemm miktub fil-​ktieb tal-​liġi+ taʼ Mosè: “Artal taʼ ġebel sħiħ, li fuqu ma ntużat ebda għodda tal-​ħadid”;+ u offrew fuqu offerti tal-​ħruq lil Ġeħova u għamlu sagrifiċċji taʼ sħubija.*+

32 Imbagħad kiteb hemmhekk fuq il-​ġebel kopja+ tal-​liġi taʼ Mosè li dan kien kiteb quddiem ulied Israel.+ 33 U Israel kollu u x-​xjuħ tagħhom+ u l-​uffiċjali u l-​imħallfin tagħhom kienu bil-​wieqfa fuq naħa u fuq oħra taʼ l-​Arka quddiem il-​qassisin,+ il-​Leviti, li kienu qed iġorru l-​arka tal-​patt taʼ Ġeħova,+ ir-​resident barrani kif ukoll dak imwieled fil-​pajjiż,+ nofshom quddiem il-​Muntanja Geriżim+ u n-​nofs l-​ieħor quddiem il-​Muntanja Għebal,+ (bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova,)+ biex l-​ewwelnett jitbierek+ il-​poplu taʼ Israel. 34 U wara dan, qara jgħajjat il-​kliem kollu tal-​liġi,+ il-​barka+ u s-​saħta,+ skond kulma hemm miktub fil-​ktieb tal-​liġi. 35 Ma kienx hemm kelma minn dak kollu li kien ikkmanda Mosè li Ġożwè ma qrahiex jgħajjat quddiem il-​kongregazzjoni kollha taʼ Israel,+ flimkien man-​nisa+ u ċ-​ċkejknin+ u r-​residenti barranin+ li kienu jimxu f’nofshom.

9 U ġara li malli semgħu b’dan, is-​slaten kollha+ li kienu fuq in-​naħa tal-​Ġordan fir-​reġjun muntanjuż u fis-​Sefela u tul il-​kosta kollha tal-​Baħar il-​Kbir+ u quddiem il-​Libanu+—il-​Ħittin+ u l-​Amurrin, il-​Kangħanin,+ il-​Pereżin,+ il-​Ħiwwin u l-​Ġebusin+— 2 bdew jinġemgħu lkoll flimkien b’fehma waħda+ biex jagħmlu gwerra kontra Ġożwè u Israel.

3 U l-​abitanti taʼ Gibegħon+ semgħu b’dak li Ġożwè kien għamel lil Ġeriko+ u Għaj.+ 4 Għalhekk dawn, minn jeddhom, aġixxew bil-​prudenza+ u marru u ħadu provvisti għalihom u xkejjer qodma għall-​ħmir tagħhom, u fliexken tal-​ġild taʼ l-​inbid li kienu qodma, mifqugħin u marbutin,+ 5 u sandlijiet qodma u mraqqgħin f’saqajhom, u lbiesi qodma fuqhom, u l-​ħobż kollu tal-​provvisti tagħhom kien niexef u mfarrak. 6 Imbagħad marru għand Ġożwè fil-​kamp f’Gilgal+ u qalu lilu u lill-​irġiel taʼ Israel: “Aħna ġejna minn pajjiż imbiegħed. U issa agħmlu patt+ magħna.” 7 Għal dan, l-​irġiel taʼ Israel qalu lill-​Ħiwwin:+ “Forsi tgħammru viċin tagħna. Allura, kif nistgħu nagħmlu patt magħkom?”+ 8 U huma qalu lil Ġożwè: “Aħna qaddejja tiegħek.”+

Imbagħad Ġożwè qalilhom: “Min intom, u minfejn ġejjin?” 9 Għal dan, huma qalulu: “Il-​qaddejja tiegħek ġew minn pajjiż imbiegħed+ ħafna minħabba isem+ Ġeħova Alla tiegħek, għax smajna bil-​fama tiegħu u b’kulma għamel fl-​Eġittu,+ 10 u b’kulma għamel liż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, jiġifieri, lil Siħon+ is-​sultan taʼ Ħesbon u lil Għog+ is-​sultan taʼ Basan, li kien f’Għastarot.+ 11 Għalhekk, ix-​xjuħ tagħna u l-​abitanti kollha taʼ pajjiżna qalulna,+ ‘Ħudu l-​provvisti f’idejkom għall-​vjaġġ u morru ltaqgħu magħhom, u għidulhom: “Aħna l-​qaddejja tagħkom.+ U issa agħmlu patt magħna.”’+ 12 Dan il-​ħobż tagħna kien sħun meta ħadnieh għall-​provvisti tagħna minn ġo djarna dakinhar li ħriġna biex niġu għandkom hawnhekk, u issa, ara, nixef u tfarrak.+ 13 U dawn huma l-​fliexken tal-​ġild taʼ l-​inbid li mlejniehom ġodda, u, ara, infaqgħu,+ u dawn l-​ilbiesi u s-​sandlijiet tagħna qdiemu tant kemm kien twil il-​vjaġġ.”

14 Għaldaqstant, l-​irġiel qabdu ftit mill-​provvisti tagħhom, u ma stħarrġux+ x’jgħid fomm Ġeħova. 15 U Ġożwè għamel paċi magħhom+ u għamel patt magħhom biex iħallihom jgħixu, u għalhekk il-​kapijiet ewlenin+ tal-​ġemgħa ħalfulhom.+

16 U ġara li wara tlett ijiem, wara li kienu għamlu patt magħhom, semgħu li kienu joqogħdu qribhom u li kienu jgħammru viċin. 17 Imbagħad ulied Israel telqu u waslu fi bliethom fit-​tielet jum, u bliethom kienu Gibegħon+ u Kefira+ u Birot+ u Kirjat-ġegħarim.+ 18 U wlied Israel ma ħabtux għalihom, għax il-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa kienu ħalfulhom+ b’Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel.+ U l-​ġemgħa kollha bdiet tgerger kontra l-​kapijiet ewlenin.+ 19 Għal dan, il-​kapijiet ewlenin kollha qalu lill-​assemblea: “Aħna, min-​naħa tagħna, ħlifnielhom b’Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, u issa ma nistgħux nagħmlulhom ħsara.+ 20 Hekk se nagħmlu biex inħalluhom jgħixu u ma jiġi fuqna ebda għadab minħabba l-​ħalfa li ħlifnielhom.”+ 21 Għalhekk, il-​kapijiet ewlenin qalulhom: “Ħa jgħixu u jsiru wħud li jiġbru l-​injam u jtellgħu l-​ilma għall-​ġemgħa kollha,+ sewwasew bħalma wegħduhom il-​kapijiet ewlenin.”+

22 Imbagħad Ġożwè sejħilhom u kellimhom, u qal: “Għala qarraqtu bina, billi għedtu, ‘Aħna noqogħdu ’l bogħod ħafna minnkom,’+ filwaqt li tgħammru fostna stess?+ 23 U issa intom nies misħutin,+ u qatt ma se tieqfu tkunu lsiera+ u wħud li tiġbru l-​injam u li ttellgħu l-​ilma għad-​dar t’Alla tiegħi.”+ 24 Imbagħad huma wieġbu lil Ġożwè u qalu: “Dan kien għax lill-​qaddejja tiegħek intqalilhom b’mod ċar li Ġeħova Alla tiegħek kien ikkmanda lil Mosè l-​qaddej tiegħu biex jagħtikom l-​art kollha u li jinqerdu għalkollox l-​abitanti kollha taʼ l-​art minn quddiemkom,+ u bdejna nibżgħu ħafna għal ruħna minħabba fikom.+ Għalhekk għamilna dan.+ 25 U issa hawnhekk aħna, f’idejk. Agħmel bina skond dak li jidhirlek li hu tajjeb u sewwa f’għajnejk.”+ 26 U hekk għamlilhom u ħelishom minn id ulied Israel, u ma qatluhomx.+ 27 Għaldaqstant, Ġożwè għamilhom*+ f’dak il-​jum bħala wħud li jiġbru l-​injam u li jtellgħu l-​ilma għall-​ġemgħa+ u għall-​artal taʼ Ġeħova, sal-​ġurnata taʼ llum, fil-​post li jagħżel hu.+

10 U ġara li malli Adoni-sedek is-​sultan taʼ Ġerusalemm semaʼ li Ġożwè kien rebaħ lil Għaj+ u mbagħad qeridha* għalkollox,+ li lil Għaj u lis-​sultan tagħha+ għamlilhom bħalma kien għamel lil Ġeriko+ u lis-​sultan tagħha,+ u li l-​abitanti taʼ Gibegħon kienu għamlu paċi maʼ Israel+ u kienu baqgħu fosthom, 2 beda jibżaʼ ħafna,+ għax Gibegħon kienet belt kbira, bħal waħda mill-​bliet irjali, u kienet akbar minn Għaj,+ u l-​irġiel kollha tagħha kienu setgħanin. 3 Għaldaqstant, Adoni-sedek is-​sultan taʼ Ġerusalemm+ bagħat jgħid lil Ħoħam is-​sultan taʼ Ħebron+ u lil Piram is-​sultan taʼ Ġarmut+ u lil Ġafigħa s-​sultan taʼ Lakis+ u lil Debir is-​sultan t’Għeglon,+ 4 “Itilgħu għandi u għinuni u ejjew naħbtu għal Gibegħon, għax għamlet paċi maʼ Ġożwè u wlied Israel.”+ 5 Għal dan, huma nġabru flimkien u telgħu, ħames slaten taʼ l-​Amurrin,+ is-​sultan taʼ Ġerusalemm, is-​sultan taʼ Ħebron, is-​sultan taʼ Ġarmut, is-​sultan taʼ Lakis, u s-​sultan t’Għeglon, dawn u l-​kampijiet kollha tagħhom, u kkampjaw kontra Gibegħon u ggwerraw kontriha.

6 Għal dan, l-​irġiel taʼ Gibegħon bagħtu jgħidu lil Ġożwè fil-​kamp f’Gilgal:+ “Terħix idek mill-​ilsiera tiegħek.+ Itlaʼ għandna malajr u salvana u għinna, għax is-​slaten kollha taʼ l-​Amurrin li jgħammru fil-​muntanji nġabru flimkien kontrina.” 7 Għalhekk, Ġożwè telaʼ minn Gilgal, hu u l-​gwerriera kollha miegħu+ u l-​irġiel qalbenin u setgħanin kollha.+

8 Imbagħad Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minnhom,+ għax jien tajthom f’idejk.+ Lanqas raġel minnhom ma jieqaf kontrik.”+ 9 U Ġożwè ġie kontrihom għal għarrieda. Matul il-​lejl kollu hu kien telaʼ minn Gilgal. 10 U Ġeħova tefagħhom f’konfużjoni quddiem Israel,+ u dawn bdew joqtluhom u l-​qatla kienet kbira f’Gibegħon+ u marru jiġru warajhom mit-​telgħa għal Bet-ħoron u baqgħu sejrin joqtluhom s’Għażeka+ u Makkeda.+ 11 U ġara li waqt li kienu qed jaħarbu minn quddiem Israel u kienu fin-​niżla taʼ Bet-ħoron, Ġeħova xeħet fuqhom biċċiet kbar tas-​silġ+ mis-​smewwiet s’Għażeka, u mietu. Kien hemm iktar li mietu bil-​biċċiet tas-​silġ milli nqatlu bis-​sejf minn ulied Israel.

12 Imbagħad Ġożwè kellem lil Ġeħova, dakinhar li Ġeħova reħa lill-​Amurrin f’idejn ulied Israel, u quddiem għajnejn Israel qal:

“Xemx,+ tiċċaqlaqx minn fuq Gibegħon,+

U, qamar, minn fuq il-​pjanura l-​baxxa t’Ajjalon.”+

13 Għaldaqstant, ix-​xemx ma ċċaqalqitx, u l-​qamar baqaʼ wieqaf, sakemm il-​ġens setaʼ jegħleb lill-​għedewwa tiegħu.+ M’huwiex dan miktub fil-​ktieb taʼ Ġasar?+ U x-​xemx baqgħet wieqfa f’nofs is-​smewwiet u m’għaġġlitx biex tinżel għal madwar jum sħiħ.+ 14 U ma kien hemm ebda jum bħal dak, la qablu u lanqas warajh, bil-​mod li Ġeħova semaʼ minn leħen taʼ raġel,+ għax Ġeħova nnifsu kien qed jiġġieled għal Israel.+

15 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-​kamp f’Gilgal.+

16 Sadanittant, dawn il-​ħames slaten ħarbu+ u marru jinħbew fl-​għar f’Makkeda.+ 17 Imbagħad wasal rapport għand Ġożwè, jgħid: “Il-​ħames slaten instabu moħbijin fl-​għar f’Makkeda.”+ 18 Għal dan, Ġożwè qal: “Gerbu ġebel kbir lejn il-​bokka taʼ l-​għar u qabbdu lil xi rġiel għassa magħhom. 19 U intom, tiqfux. Iġru wara l-​għedewwa tagħkom, u aħbtu għalihom minn wara.+ Tħalluhomx jidħlu fi bliethom, għax Ġeħova Alla tagħkom tahom f’idejkom.”+

20 U ġara li malli Ġożwè u wlied Israel waqfu joqtluhom b’qatla kbira, sakemm dawn kienu ġew fi tmiemhom,+ u dawk li baqgħu ħajjin minnhom ħarbu u daħlu fil-​bliet fortifikati,+ 21 in-nies kollha mbagħad reġgħu lura bis-​sliem lejn il-​kamp, lejn Ġożwè, f’Makkeda. Lanqas ħadd ma qal xejn kontra wlied Israel.+ 22 Imbagħad Ġożwè qal: “Iftħu l-​bokka taʼ l-​għar u oħorġuli lil dawn il-​ħames slaten minn ġo l-​għar.” 23 Għaldaqstant, hekk għamlu u ħarġulu minn ġo l-​għar lil dawn il-​ħames slaten, is-​sultan taʼ Ġerusalemm,+ is-​sultan taʼ Ħebron,+ is-​sultan taʼ Ġarmut, is-​sultan taʼ Lakis,+ u s-​sultan t’Għeglon.+ 24 U ġara li malli kienu ħarġu lil dawn is-​slaten quddiem Ġożwè, Ġożwè sejjaħ lill-​irġiel kollha taʼ Israel u qal lill-​kmandanti tal-​gwerriera li kienu marru miegħu: “Ersqu ’l quddiem. Poġġu saqajkom fuq in-​naħa taʼ wara t’għonq dawn is-​slaten.”+ Għalhekk, resqu ’l quddiem u poġġew saqajhom fuq in-​naħa taʼ wara t’għonqhom.+ 25 U Ġożwè kompla jgħidilhom: “Tibżgħux u titwerwrux.+ Kunu kuraġġużi u agħmlu l-​ħila, għax hekk se jagħmel Ġeħova lill-​għedewwa kollha tagħkom li qed tiggwerraw kontrihom.”+

26 U wara dan Ġożwè darabhom u tahom il-​mewt u dendilhom fuq ħamest izkuk, u baqgħu mdendlin fuq iz-​zkuk sa fil-​għaxija.+ 27 U x’ħin kienet nieżla x-​xemx Ġożwè ta kmand, u niżżluhom minn fuq iz-​zkuk+ u tefgħuhom fl-​għar fejn kienu nħbew. Imbagħad poġġew ġebel kbir fil-​bokka taʼ l-​għar—sa llum.

28 U dakinhar Ġożwè rebaħ lil Makkeda+ u ħabat għaliha b’xifer is-​sejf. U lis-​sultan tagħha u lil kull ruħ li kien hemm fiha qeridhom.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj. Għalhekk, lis-​sultan taʼ Makkeda+ għamillu bħalma kien għamel lis-​sultan taʼ Ġeriko.

29 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Makkeda għal Libna u ggwerraw kontra Libna.+ 30 Għaldaqstant, Ġeħova ta wkoll f’idejn Israel lil din il-​belt u lis-​sultan tagħha, u huma ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf. Ma ħallew ’il ħadd ħaj fiha. Għalhekk, lis-​sultan tagħha għamlulu bħalma kienu għamlu lis-​sultan taʼ Ġeriko.+

31 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Libna għal Lakis+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 32 Għaldaqstant, Ġeħova ta lil Lakis f’idejn Israel, u b’hekk huma rebħuha fit-​tieni jum, u ħabtu għaliha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf,+ skond kulma kienu għamlu lil Libna.

33 Kien imbagħad li Ħoram is-​sultan taʼ Geżer+ telaʼ biex jgħin lil Lakis. Għalhekk, Ġożwè ħabat għalih u għan-​nies tiegħu sakemm ma ħallielu ’l ħadd ħaj.+

34 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telqu minn Lakis għal Għeglon+ u kkampjaw u ggwerraw kontriha. 35 U dakinhar rebħuha u darbuha b’xifer is-​sejf, u dakinhar qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha, skond kulma kienu għamlu lil Lakis.+

36 Imbagħad Ġożwè u Israel kollu miegħu telgħu minn Għeglon għal Ħebron+ u bdew jiggwerraw kontriha. 37 U rebħuha u ħabtu għaliha u għas-​sultan tagħha u għal blietha kollha u għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, skond kulma kien għamel lil Għeglon. Għalhekk, qered lilha u lil kull ruħ li kien hemm fiha.+

38 Fl-aħħarnett, Ġożwè u Israel kollu miegħu daru lura lejn Debir+ u bdew jiggwerraw kontriha. 39 U rebaħ lilha u lis-​sultan tagħha u lil blietha kollha, u ħabtu għalihom b’xifer is-​sejf u qerdu lil kull ruħ li kien hemm fiha.+ Ma ħalla ’l ħadd ħaj.+ Bħalma kien għamel lil Ħebron, hekk għamel lil Debir u lis-​sultan tagħha, l-​istess bħalma kien għamel lil Libna u lis-​sultan tagħha.+

40 Hekk Ġożwè ħabat għall-​art kollha tar-​reġjun muntanjuż+ u tan-​Negeb+ u tas-​Sefela+ u tat-​tlajjaʼ+ u s-​slaten kollha tagħhom. Ma ħalla ’l ħadd ħaj, u lil kull ħaġa li kienet tieħu n-​nifs+ qeridha,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova l-​Alla taʼ Israel.+ 41 U Ġożwè ħabat għalihom minn Kades-barnegħa+ sa Gaża+ u l-​art kollha taʼ Gosen+ u ’l fuq sa Gibegħon.+ 42 U Ġożwè rebaħ lil dawn is-​slaten kollha u lil arthom f’darba waħda,+ għax kien Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, li kien qed jiġġieled għal Israel.+ 43 Wara dan, Ġożwè u Israel kollu miegħu reġgħu lura lejn il-​kamp f’Gilgal.+

11 U ġara li malli Ġabin is-​sultan taʼ Ħasor semaʼ b’dan, hu bagħat jgħid lil Ġobab is-​sultan taʼ Madon+ u lis-​sultan taʼ Simron u s-​sultan t’Aksaf,+ 2 u lis-​slaten li kienu lejn it-​tramuntana fir-​reġjun muntanjuż u fil-​pjanuri tad-​deżert fin-​nofsinhar taʼ Kinneret+ u fis-​Sefela+ u fuq l-​għoljiet taʼ Dor+ lejn il-​punent, 3 il-Kangħanin+ lejn il-​lvant u l-​punent, u l-​Amurrin+ u l-​Ħittin+ u l-​Pereżin+ u l-​Ġebusin+ fir-​reġjun muntanjuż u l-​Ħiwwin+ taħt il-​Ħermon+ fl-​art taʼ Mispa.+ 4 Għalhekk, dawn ħarġu, huma u l-​kampijiet kollha tagħhom, poplu numeruż bħar-​ramel li hemm f’xatt il-​baħar daqskemm kien kotran,+ u ħafna u ħafna żwiemel+ u karrijiet tal-​gwerra. 5 Imbagħad dawn is-​slaten kollha ltaqgħu flimkien kif ftiehmu u ġew u kkampjaw flimkien ħdejn l-​ilmijiet taʼ Merom biex jiġġieldu kontra Israel.+

6 Għal dan, Ġeħova qal lil Ġożwè: “Tibżax minħabba fihom,+ għax għada madwar dan il-​ħin se nerħihom kollha maqtulin f’idejn Israel. Liż-​żwiemel tagħhom se taqtgħalhom l-​għerq t’għarqubhom,+ u l-​karrijiet tagħhom se taħraqhom fin-​nar.”+ 7 U Ġożwè u l-​gwerriera kollha miegħu ġew kontrihom għal għarrieda ħdejn l-​ilmijiet taʼ Merom u attakkawhom. 8 Imbagħad Ġeħova tahom f’idejn Israel,+ u huma ħabtu għalihom u ġrew warajhom sa Sidon+ li kellha ħafna abitanti u Misrefot-majm+ u l-​pjanura tal-​wied taʼ Mispe+ lejn il-​lvant; u baqgħu jaħbtu għalihom sakemm ma ħallewlhom ’il ħadd ħaj.+ 9 Wara dan, Ġożwè għamlilhom bħalma kien qallu Ġeħova: liż-​żwiemel tagħhom qatgħalhom l-​għerq t’għarqubhom,+ u l-​karrijiet tagħhom ħaraqhom fin-​nar.+

10 Iktar minn hekk, Ġożwè dar lura f’dak iż-​żmien+ u rebaħ lil Ħasor;+ u lis-​sultan tagħha qatlu bis-​sejf,+ għax qabel dan Ħasor kienet fuq dawn is-​saltniet kollha. 11 U huma ħabtu għal kull ruħ li kien hemm fiha b’xifer is-​sejf u qerduhom.*+ Ma tħalliet ebda ħaġa li tieħu n-​nifs,+ u lil Ħasor ħaraqha fin-​nar. 12 U Ġożwè rebaħ il-​bliet kollha taʼ dawn is-​slaten u lis-​slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom b’xifer is-​sejf.+ Hu qeridhom għalkollox,+ bħalma kien ikkmanda Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova.+ 13 Biss il-​bliet kollha weqfin fuq l-​għoljiet tagħhom Israel ma ħaraqhomx, ħlief għal Ħasor waħedha li ħaraqha Ġożwè. 14 U l-​priża kollha taʼ dawn il-​bliet u l-​annimali domestiċi, ulied Israel ħaduhom għalihom infushom.+ Biss huma ħabtu b’xifer is-​sejf għan-​nies kollha sakemm kienu qerduhom għalkollox.+ Ma ħallew ’il ħadd li jieħu n-​nifs ħaj.+ 15 Bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè l-​qaddej tiegħu, hekk ikkmanda Mosè lil Ġożwè,+ u hekk għamel Ġożwè. Ma warrabx kelma minn dak kollu li Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

16 U Ġożwè ħa din l-​art kollha, ir-​reġjun muntanjuż u n-​Negeb+ kollu u l-​art kollha taʼ Gosen+ u s-​Sefela+ u l-​Għaraba+ u r-​reġjun muntanjuż taʼ Israel u s-​Sefela tiegħu,+ 17 mill-Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-​Segħir,+ sa Bagħal-gad+ fil-​pjanura fil-​wied tal-​Libanu taħt il-​Muntanja Ħermon,+ u hu rebaħ lis-​slaten kollha tagħhom u ħabat għalihom u tahom il-​mewt.+ 18 Ġożwè dam jiggwerra maʼ dawn is-​slaten kollha għal ħafna jiem. 19 Ma kien hemm ebda belt li għamlet paċi maʼ wlied Israel ħlief il-​Ħiwwin+ li kienu jgħammru f’Gibegħon.+ L-​oħrajn kollha ħaduhom bil-​gwerra.+ 20 Għax il-​mod kif mexa magħhom Ġeħova kien li ħalla lil qlubhom isiru stinati+ sabiex jiddikjaraw gwerra kontra Israel, biex b’hekk hu jiddedikahom għall-​qerda, ħalli ma jintwerew ebda ħniena,+ imma jeqridhom għalkollox, bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

21 Iktar minn hekk, f’dak iż-​żmien partikulari Ġożwè mar u qaċċat l-​Għanakin+ mir-​reġjun muntanjuż, minn Ħebron, minn Debir, minn Għanab,+ u mir-​reġjun muntanjuż kollu taʼ Ġuda, u mir-​reġjun muntanjuż kollu taʼ Israel.+ Ġożwè qeridhom għalkollox+ flimkien maʼ bliethom. 22 L-Għanakin ma tħallewx fl-​art taʼ wlied Israel. Baqgħu+ biss f’Gaża,+ Gat,+ u Asdod.+ 23 Għalhekk, Ġożwè ħa l-​art kollha, skond kulma Ġeħova kien wiegħed lil Mosè,+ u Ġożwè mbagħad taha bħala wirt lil Israel skond l-​ishma tagħhom, skond it-​tribujiet tagħhom.+ U l-​art ma ġietx imfixkla mill-​gwerra.+

12 Issa dawn huma s-​slaten taʼ l-​art li għelbu wlied Israel u li mbagħad ħadu arthom f’idejhom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx,+ mill-​wied* taʼ l-​Arnon+ sal-​Muntanja Ħermon+ u l-​Għaraba kollha+ lejn tlugħ ix-​xemx: 2 Siħon+ is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li kien jgħammar f’Ħesbon,+ li kien jaħkem minn Għarogħer,+ li kienet max-​xatt tal-​wied taʼ l-​Arnon,+ u nofs il-​wied, u nofs Gilegħad sal-​wied tal-​Ġabbok,+ il-​fruntiera taʼ wlied Għammon, 3 u l-​Għaraba+ sal-​baħar* taʼ Kinneret+ lejn il-​lvant u sal-​baħar taʼ l-​Għaraba, il-​Baħar il-​Mielaħ,+ lejn il-​lvant fid-​direzzjoni taʼ Bet-ġesimot,+ u lejn in-​nofsinhar taħt it-​tlajjaʼ tal-​Pisga.+

4 U ħadu t-​territorju t’Għog+ is-​sultan tal-​Basan, taʼ dak li kien baqaʼ mir-​Refajin,+ li kien jgħammar f’Għastarot+ u Edrej,+ 5 u li kien jaħkem fuq il-​Muntanja Ħermon+ u f’Saleka u fil-​Basan kollu,+ sal-​fruntiera tal-​Gesurin+ u l-​Magħkatin,+ u nofs Gilegħad, sat-​territorju taʼ Siħon+ is-​sultan taʼ Ħesbon.+

6 Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova u wlied Israel kienu għelbuhom,+ u mbagħad Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova ta t-​territorju tagħhom lir-​Rubenin+ u lill-​Gadin+ u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse+ bħala proprjetà tagħhom.

7 U dawn huma s-​slaten taʼ l-​art li għelbu Ġożwè u wlied Israel fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent, minn Bagħal-gad+ fil-​pjanura fil-​wied tal-​Libanu+ sal-​Muntanja Ħalak,+ li titlaʼ lejn is-​Segħir,+ u wara dan Ġożwè ta din l-​art bħala proprjetà lit-​tribujiet taʼ Israel skond l-​ishma tagħhom,+ 8 fir-reġjun muntanjuż u fis-​Sefela u fl-​Għaraba u fuq it-​tlajjaʼ u fix-​xagħri u fin-​Negeb+—il-​Ħittin, l-​Amurrin+ u l-​Kangħanin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin u l-​Ġebusin:+

 9 Is-sultan taʼ Ġeriko,+ wieħed; is-​sultan t’Għaj,+ li kienet ħdejn Betel, wieħed;

10 is-sultan taʼ Ġerusalemm,+ wieħed; is-​sultan taʼ Ħebron,+ wieħed;

11 is-sultan taʼ Ġarmut,+ wieħed; is-​sultan taʼ Lakis,+ wieħed;

12 is-sultan t’Għeglon,+ wieħed; is-​sultan taʼ Geżer,+ wieħed;

13 is-sultan taʼ Debir,+ wieħed; is-​sultan taʼ Geder, wieħed;

14 is-sultan taʼ Ħorma, wieħed; is-​sultan t’Għarad, wieħed;

15 is-sultan taʼ Libna,+ wieħed; is-​sultan t’Għadullam, wieħed;

16 is-sultan taʼ Makkeda,+ wieħed; is-​sultan taʼ Betel,+ wieħed;

17 is-sultan taʼ Taffugħa, wieħed; is-​sultan taʼ Ħefer,+ wieħed;

18 is-sultan t’Afek, wieħed; is-​sultan taʼ Lassaron, wieħed;

19 is-sultan taʼ Madon,+ wieħed; is-​sultan taʼ Ħasor,+ wieħed;

20 is-sultan taʼ Simron-meron, wieħed; is-​sultan t’Aksaf,+ wieħed;

21 is-sultan taʼ Tagħnak, wieħed; is-​sultan taʼ Megiddo,+ wieħed;

22 is-sultan taʼ Kedes, wieħed; is-​sultan taʼ Ġoknegħam+ fil-​Karmel, wieħed;

23 is-sultan taʼ Dor fuq l-​għoljiet taʼ Dor,+ wieħed; is-​sultan taʼ Gojjim f’Gilgal, wieħed;

24 is-sultan taʼ Tirsa, wieħed;

b’kollox is-​slaten huma wieħed u tletin.+

13 Issa Ġożwè kien xiħ, imdaħħal fiż-​żmien.+ Għalhekk, Ġeħova qallu: “Int issa xiħ u mdaħħal fiż-​żmien, u għad baqaʼ parti kbira ferm mill-​art li trid tittieħed bħala proprjetà.+ 2 Din hi l-​art li għad baqaʼ:+ ir-​reġjuni kollha tal-​Filistin+ u tal-​Gesurin+ kollha 3 (mill-fergħa tan-​Nil li tinsab quddiem l-​Eġittu sal-​fruntiera t’Għekron lejn it-​tramuntana,+ it-​territorju kien jitqies tal-​Kangħanin);+ ħames sidien alleati+ tal-​Filistin, il-​Gażin+ u l-​Asdodin,+ l-​Askelonin,+ il-​Gittin+ u l-​Għekronin;+ u l-​Għawwin.+ 4 Lejn in-​nofsinhar l-​art kollha tal-​Kangħanin; u Meara, li hi tas-​Sidonin,+ s’Afek, sal-​fruntiera taʼ l-​Amurrin; 5 u l-​art tal-​Gebalin+ u l-​Libanu kollu lejn tlugħ ix-​xemx, minn Bagħal-gad+ taħt il-​Muntanja Ħermon sad-​daħla taʼ Ħamat;+ 6 l-abitanti kollha tar-​reġjun muntanjuż, mil-​Libanu+ sa Misrefot-majm,+ is-​Sidonin kollha;+ jien innifsi se niħdilhom il-​proprjetà tagħhom quddiem ulied Israel.+ Biss agħtiha lil Israel bħala wirt, bħalma kkmandajtek.+ 7 U issa qassam din l-​art bħala wirt lid-​disaʼ tribujiet u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse.”+

8 Flimkien man-​nofs l-​ieħor tat-​tribù taʼ Manasse, ir-​Rubenin u l-​Gadin ħadu wirthom li tahom Mosè fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​lvant, bħalma kien tahom+ Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova, 9 minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-​wied taʼ l-​Arnon,+ u l-​belt f’nofs il-​wied, u l-​pjanura kollha fl-​għoli taʼ Medeba+ sa Dibon;+ 10 u l-​bliet kollha taʼ Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li saltan f’Ħesbon, sal-​fruntiera taʼ wlied Għammon;+ 11 u Gilegħad u t-​territorju tal-​Gesurin+ u l-​Magħkatin u l-​Muntanja Ħermon kollha+ u l-​Basan kollu+ sa Saleka;+ 12 it-territorju rjali kollu t’Għog+ fil-​Basan, li saltan f’Għastarot u f’Edrej+—hu kien baqaʼ mill-​bqija tar-​Refajin+—u Mosè ħabat għalihom u ħadilhom il-​proprjetà tagħhom.+ 13 U wlied Israel ma ħadux il-​proprjetà+ tal-​Gesurin u l-​Magħkatin, imma l-​Gesuri+ u l-​Magħkati għadhom jgħammru f’nofs Israel sa llum.

14 Lit-tribù tal-​Leviti biss ma tahx wirt.+ L-​offerti magħmulin bin-​nar+ lil Ġeħova l-​Alla taʼ Israel huma wirthom,+ sewwasew bħalma wegħedhom.+

15 U Mosè ta għotja lit-​tribù taʼ wlied Ruben skond il-​familji tagħhom, 16 u t-​territorju li ħadu kien minn Għarogħer,+ li qiegħda f’xatt il-​wied taʼ l-​Arnon, u l-​belt f’nofs il-​wied, u l-​pjanura kollha fl-​għoli ħdejn Medeba;+ 17 Ħesbon+ u l-​bliet kollha tagħha+ li huma fuq il-​pjanura fl-​għoli, Dibon+ u Bamot-bagħal+ u Bet-bagħal-megħon,+ 18 u Ġaħas+ u Kedemot+ u Mefgħat,+ 19 u Kirjatajm+ u Sibma+ u Seret-saħar fuq il-​muntanja tal-​pjanura l-​baxxa, 20 u Bet-pegħor u t-​tlajjaʼ tal-​Pisga+ u Bet-ġesimot,+ 21 u l-​bliet kollha tal-​pjanura fl-​għoli+ u t-​territorju rjali kollu taʼ Siħon is-​sultan taʼ l-​Amurrin, li saltan f’Ħesbon,+ u li Mosè ħabat għalih,+ kif ukoll għall-​kapijiet ewlenin tat-​tribujiet taʼ Midjan, Evi u Rekem u Żur u Ħur u Reba,+ id-​duki taʼ Siħon, li kienu qed jgħammru f’dik l-​art. 22 U Balgħam bin Begħor,+ is-​saħħâr,+ kien wieħed li nqatel bis-​sejf minn ulied Israel flimkien maʼ dawk li ġew maqtulin minnhom. 23 U l-​fruntiera taʼ wlied Ruben kienet il-​Ġordan; u dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt taʼ wlied Ruben+ skond il-​familji tagħhom.

24 Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lit-​tribù taʼ Gad, ulied Gad skond il-​familji tagħhom,+ 25 u t-​territorju tagħhom kien Ġagħżer+ u l-​bliet kollha taʼ Gilegħad+ u nofs l-​art taʼ wlied Għammon+ s’Għarogħer,+ li qiegħda quddiem Rabba;+ 26 u minn Ħesbon+ sa Ramat-mispe u Betonim u minn Maħanajm+ sal-​fruntiera taʼ Debir;+ 27 u fil-​pjanura l-​baxxa Bet-ħaram+ u Bet-nimra+ u Sukkot+ u Safon, il-​bqija tat-​territorju rjali taʼ Siħon is-​sultan taʼ Ħesbon,+ bil-​Ġordan bħala l-​fruntiera sa tarf il-​baħar taʼ Kinneret+ fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​lvant. 28 Dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt taʼ wlied Gad+ skond il-​familji tagħhom.

29 Iktar minn hekk, Mosè ta għotja lil nofs it-​tribù taʼ Manasse, u din saret taʼ nofs it-​tribù taʼ wlied Manasse skond il-​familji tagħhom.+ 30 U t-​territorju tagħhom kien minn Maħanajm+ u kien jinkludi l-​Basan kollu, it-​territorju rjali kollu t’Għog is-​sultan tal-​Basan,+ u l-​irħula kollha tat-​tined taʼ Ġajir+ li huma fil-​Basan, sittin belt. 31 U nofs Gilegħad, u Għastarot+ u Edrej,+ il-​bliet tat-​territorju rjali t’Għog fil-​Basan, marru għand ulied Makir+ bin Manasse, għand nofs ulied Makir skond il-​familji tagħhom.

32 Dawn tahom Mosè bħala wirt, fuq il-​pjanuri tad-​deżert taʼ Mowab fuq in-​naħa tal-​Ġordan, qrib Ġeriko, lejn il-​lvant.+

33 U lit-​tribù tal-​Leviti Mosè ma tahx wirt.+ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel hu wirthom, sewwasew bħalma wegħedhom.+

14 Issa dan ħadu wlied Israel bħala wirt fl-​art taʼ Kangħan,+ li Elegħażar il-​qassis u Ġożwè bin Nun u l-​kapijiet taʼ missirijiet it-​tribujiet taʼ wlied Israel tawhom bħala wirt.+ 2 Wirthom tqassam bix-​xorti,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova permezz taʼ Mosè għad-​disaʼ tribujiet u għan-​nofs tribù.+ 3 Għax liż-​żewġ tribujiet l-​oħrajn u lin-​nofs l-​ieħor tat-​tribù Mosè kien tahom il-​wirt fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan;+ u lil-​Leviti ma tahomx wirt f’nofshom.+ 4 Għax ulied Ġużeppi kienu saru żewġ tribujiet,+ Manasse+ u Efrajm;+ u ma kinux taw sehem lil-​Leviti fl-​art, ħlief bliet+ fejn jgħammru u l-​mergħat tagħhom għall-​bhejjem tagħhom u l-​proprjetà tagħhom.+ 5 Bħalma kien ikkmanda Ġeħova lil Mosè, hekk għamlu wlied Israel; u qassmu l-​art.

6 Imbagħad ulied Ġuda resqu lejn Ġożwè f’Gilgal,+ u Kaleb+ bin Ġefunne l-​Keneżi+ qallu: “Int taf sew il-​kelma li Ġeħova qal+ lil Mosè l-​bniedem taʼ l-​Alla l-​veru+ dwari u dwarek f’Kades-barnegħa.+ 7 Erbgħin sena kelli meta Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova bagħatni minn Kades-barnegħa biex nitkixxef l-​art,+ u meta ġejt lura għedtlu eżatt kif qanqlitni qalbi.+ 8 U ħuti li telgħu miegħi ġiegħlu qalb il-​poplu ddub;+ imma inkwantu għalija, jien imxejt wara Ġeħova Alla tiegħi bis-​sħiħ.+ 9 Għaldaqstant, Mosè ħalef f’dak il-​jum, billi qal, ‘L-​art li sieqek rifset fuqha+ se ssir tiegħek u taʼ wliedek bħala wirt għal żmien indefinit, għax imxejt wara Ġeħova Alla tiegħi bis-​sħiħ.’+ 10 U issa, ara, Ġeħova żammni ħaj,+ sewwasew bħalma wiegħed,+ dawn il-​ħamsa u erbgħin sena mindu Ġeħova għamel din il-​wegħda lil Mosè meta Israel mexa fix-​xagħri,+ u issa hawn jien illum fl-​età taʼ ħamsa u tmenin sena. 11 Madankollu, jien illum b’saħħti daqs dakinhar li bagħatni Mosè.+ Bħalma kienet il-​qawwa tiegħi dakinhar, hekk hija issa l-​qawwa tiegħi għall-​gwerra, kemm biex noħroġ u kemm biex nidħol.+ 12 U issa agħtini dan ir-​reġjun muntanjuż li Ġeħova wiegħed dakinhar,+ għax dakinhar int innifsek smajt li hemmhekk kien hemm l-​Għanakin+ u bliet fortifikati kbar.+ Jidher li Ġeħova se jkun miegħi,+ u jien niħdilhom il-​proprjetà tagħhom, bħalma wiegħed Ġeħova.”+

13 Għal dan, Ġożwè bierku u ta Ħebron lil Kaleb bin Ġefunne bħala wirt.+ 14 Huwa għalhekk li Ħebron saret taʼ Kaleb bin Ġefunne l-​Keneżi bħala wirt sa dan il-​jum, għax hu mexa wara Ġeħova l-​Alla taʼ Israel bis-​sħiħ.+ 15 Qabel dan isem Ħebron kien Kirjat-arba+ (dan Arba+ kien il-​kbir fost l-​Għanakin). U l-​art ma ġietx imfixkla mill-​gwerra.+

15 U x-​xorti+ tat-​tribù taʼ wlied Ġuda skond il-​familji tagħhom waqgħet lejn il-​fruntiera t’Edom,+ ix-​xagħri taż-​Żin,+ lejn in-​Negeb+ fit-​tarf tan-​nofsinhar tiegħu. 2 U l-​fruntiera tagħhom tan-​nofsinhar kienet minn tarf il-​Baħar il-​Mielaħ,+ mill-​bajja li tħares lejn in-​nofsinhar. 3 U kienet toħroġ lejn in-​nofsinhar lejn it-​telgħa t’Għakrabbim+ u tibqaʼ għaddejja lejn iż-​Żin+ u titlaʼ min-​nofsinhar lejn Kades-barnegħa+ u tibqaʼ għaddejja lejn Ħesron u titlaʼ lejn Addar u ddur lejn Karka. 4 U kienet tibqaʼ għaddejja lejn Għasmon+ u toħroġ lejn il-​wied* taʼ l-​Eġittu;+ u l-​fruntiera kienet tispiċċa fil-​baħar. Din kienet il-​fruntiera tan-​nofsinhar tagħhom.

5 U l-​fruntiera tal-​lvant kienet il-​Baħar il-​Mielaħ safejn tispiċċa l-​Ġordan, u l-​fruntiera fir-​rokna tat-​tramuntana kienet mal-​bajja tal-​baħar, fejn tispiċċa l-​Ġordan.+ 6 U l-​fruntiera kienet titlaʼ lejn Bet-ħogla+ u tgħaddi mit-​tramuntana taʼ Bet-għaraba,+ u kienet titlaʼ lejn il-​ġebla taʼ Boħan+ bin Ruben. 7 U kienet tibqaʼ tielgħa lejn Debir fil-​pjanura l-​baxxa t’Għakor+ u ddur lejn it-​tramuntana lejn Gilgal,+ quddiem it-​telgħa t’Adummim fin-​nofsinhar tal-​wied; u l-​fruntiera kienet tgħaddi mill-​ilmijiet t’Għajn-xemex,+ u kienet tispiċċa f’Għajn-rogel.+ 8 U kienet titlaʼ lejn wied bin Ħinnom+ lejn it-​telgħa tal-​Ġebusi+ fin-​nofsinhar, jiġifieri, Ġerusalemm;+ u l-​fruntiera kienet titlaʼ sal-​quċċata tal-​muntanja li tħares lejn wied Ħinnom lejn il-​punent, li qiegħda f’tarf il-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm+ lejn it-​tramuntana. 9 U l-​fruntiera kienet mill-​quċċata tal-​muntanja lejn l-​għajn taʼ l-​ilmijiet taʼ Neftogħa,+ u kienet toħroġ lejn il-​bliet tal-​Muntanja Għefron; u l-​fruntiera kienet sa Bagħala,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim.+ 10 U l-​fruntiera kienet iddur minn Bagħala lejn il-​punent, lejn il-​Muntanja Segħir, u tibqaʼ għaddejja lejn it-​telgħa tal-​Muntanja Ġegħarim fit-​tramuntana, jiġifieri, Kesalon; u kienet tinżel lejn Bet-xemex+ u tgħaddi lejn Timna.+ 11 U l-​fruntiera kienet toħroġ lejn it-​telgħa t’Għekron+ lejn it-​tramuntana, u kienet sa Sikkeron u kienet tgħaddi lejn il-​Muntanja Bagħala u toħroġ lejn Ġabnel; u l-​fruntiera kienet tispiċċa fil-​baħar.

12 U l-​fruntiera tal-​punent kienet mal-​Baħar il-​Kbir+ u l-​kosta tiegħu. Din kienet il-​fruntiera dawramejt taʼ wlied Ġuda skond il-​familji tagħhom.

13 U lil Kaleb+ bin Ġefunne tah sehem f’nofs ulied Ġuda bl-​ordni taʼ Ġeħova lil Ġożwè, jiġifieri, Kirjat-arba (dan Arba kien missier Għanak), jiġifieri, Ħebron.+ 14 Għalhekk, Kaleb keċċa minn hemmhekk lit-​tliet ulied t’Għanak,+ jiġifieri, Sesaj+ u Aħiman u Talmaj,+ dawk imnisslin minn Għanak.+ 15 Imbagħad telaʼ minn hemmhekk għal kontra l-​abitanti taʼ Debir.+ (Issa isem Debir qabel kien Kirjat-sefer.)+ 16 U Kaleb qal: “Min jaħbat għal Kirjat-sefer u jirbaħha, jien nagħtih lil binti Għaksa+ b’martu.” 17 U rebaħha Għotnijel+ bin Kenaż,+ ħu Kaleb. Għalhekk, tah lil bintu Għaksa+ b’martu. 18 U ġara li meta kienet sejra d-​dar, hi baqgħet tipprova ġġiegħlu jitlob għalqa mingħand missierha. Imbagħad waqt li kienet fuq il-​ħmar ċapċpet idejha.* Għal dan, Kaleb qalilha: “Xi trid?”+ 19 Għalhekk, hi qalet: “Agħtini barka, għax tajtni biċċa art lejn in-​nofsinhar, imma trid tagħtini Gullot-majm.” Għaldaqstant taha Gullot taʼ Fuq u Gullot t’Isfel.+

20 Dan kien il-​wirt+ tat-​tribù taʼ wlied Ġuda+ skond il-​familji tagħhom.

21 U l-​bliet f’tarf it-​tribù taʼ wlied Ġuda lejn il-​fruntiera t’Edom+ fin-​nofsinhar kienu Kabsil+ u Għeder u Ġagur, 22 u Kina u Dimona u Għadgħada, 23 u Kedes u Ħasor u Itnan, 24 Żif u Telem+ u Begħalot, 25 u Ħasor-ħadatta u Kerjot-ħesron, jiġifieri, Ħasor, 26 Amam u Sema u Molada,+ 27 u Ħasar-gadda u Ħesmon u Bet-pelet,+ 28 u Ħasar-sugħal+ u Bir-​xeba+ u Biżjotija, 29 Bagħala+ u Ijjim u Għesem,+ 30 u Eltolad u Kesil u Ħorma,+ 31 u Siklag+ u Madmanna u Sansanna, 32 u Lebagħot u Silħim u Għajn+ u Rimmon;+ il-​bliet kollha kienu disgħa u għoxrin, flimkien maʼ l-​irħula tagħhom.

33 Fis-Sefela+ kien hemm Estagħol+ u Sorgħa+ u Asnah, 34 u Żanogħa+ u Għajn-gannim, Taffugħa u Għenam, 35 Ġarmut+ u Għadullam,+ Sokoh+ u Għażeka,+ 36 u Sagħrajm+ u Għaditajm u Gedera u Gederotajm; erbatax-il belt u l-​irħula tagħhom.

37 Senan u Ħadasa u Migdal-gad, 38 u Dilegħan u Mispe u Ġoktel, 39 Lakis+ u Boskat+ u Għeglon,+ 40 u Kabbon u Laħmam u Kitlis, 41 u Gederot, Bet-dagon u Nagħma u Makkeda;+ sittax-il belt u l-​irħula tagħhom.

42 Libna+ u Għeter+ u Għasan, 43 u Iftaħ u Asnah u Nesib, 44 u Kejla+ u Akżib+ u Maresah;+ disat ibliet u l-​irħula tagħhom.

45 Għekron+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha. 46 Minn Għekron lejn il-​punent il-​bliet kollha maġenb Asdod u l-​irħula tagħhom.

47 Asdod,+ il-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha; Gaża,+ il-​bliet li jiddependu minnha u l-​irħula tagħha, ’l isfel lejn il-​wied taʼ l-​Eġittu, u l-​Baħar il-​Kbir u r-​reġjun taʼ ħdejh.+

48 U fir-​reġjun muntanjuż taʼ Samir u Ġattir+ u Sokoh, 49 u Danna u Kirjat-sanna, jiġifieri, Debir, 50 u Għanab u Estemo+ u Għanim, 51 u Gosen+ u Ħolon u Gilo;+ ħdax-il belt u l-​irħula tagħhom.

52 Arab u Duma u Esgħan, 53 u Ġanim u Bet-taffugħa u Afeka, 54 u Ħumta u Kirjat-arba, jiġifieri, Ħebron,+ u Sigħor; disat ibliet u l-​irħula tagħhom.

55 Magħon,+ Karmel u Żif+ u Ġutta, 56 u Ġeżragħel u Ġokdegħam u Żanogħa, 57 Qajin, Gibegħa u Timna;+ għaxart ibliet u l-​irħula tagħhom.

58 Ħalħul, Bet-sur u Gedor, 59 u Magħrat u Bet-għanot u Eltekon; sitt ibliet u l-​irħula tagħhom.

60 Kirjat-bagħal,+ jiġifieri, Kirjat-ġegħarim,+ u Rabba; żewġt ibliet u l-​irħula tagħhom.

61 Fix-xagħri Bet-għaraba,+ Middin u Sekaka, 62 u Nibsan u Belt il-​Melħ u Għajn-gedi;+ sitt ibliet u l-​irħula tagħhom.

63 U lill-​Ġebusin+ li kienu jgħammru f’Ġerusalemm,+ ulied Ġuda ma rnexxilhomx ikeċċuhom;+ u l-​Ġebusin għadhom jgħammru maʼ wlied Ġuda f’Ġerusalemm sa llum.

16 U x-​xorti+ li ħarġet għal ulied Ġużeppi+ kienet mill-​Ġordan+ f’Ġeriko sa l-​ilmijiet taʼ Ġeriko lejn il-​lvant, lejn ix-​xagħri li jitlaʼ minn Ġeriko għar-​reġjun muntanjuż taʼ Betel.+ 2 U kienet toħroġ minn Betel taʼ Luż+ u tgħaddi għall-​fruntiera taʼ l-​Arkin+ f’Għatarot, 3 u tinżel lejn il-​punent lejn il-​fruntiera tal-​Ġafletin sal-​fruntiera taʼ Bet-ħoron+ t’Isfel u Geżer,+ u kienet tispiċċa fil-​baħar.+

4 U wlied Ġużeppi,+ Manasse u Efrajm,+ ħadu l-​art.+ 5 U l-​fruntiera taʼ wlied Efrajm skond il-​familji tagħhom kienet, iva, il-​fruntiera taʼ wirthom lejn il-​lvant kienet Għatarot-addar,+ sa Bet-ħoron taʼ Fuq;+ 6 u l-​fruntiera kienet toħroġ lejn il-​baħar. Mikmetat+ kienet lejn it-​tramuntana, u l-​fruntiera kienet iddur lejn il-​lvant għal Tagħnat-silo, u kienet tgħaddi lejn il-​lvant għal Ġanogħa. 7 U kienet tinżel minn Ġanogħa s’Għatarot u Nagħra u kienet tilħaq sa Ġeriko+ u toħroġ lejn il-​Ġordan. 8 Minn Taffugħa+ l-​fruntiera kienet tkompli lejn il-​punent lejn il-​wied* taʼ Kanah,+ u kienet tispiċċa fil-​baħar.+ Dan hu l-​wirt tat-​tribù taʼ wlied Efrajm skond il-​familji tagħhom. 9 U kien jinkludi wkoll il-​bliet kollha+ maqtugħin għalihom u l-​irħula tagħhom li wlied Efrajm kellhom f’nofs il-​wirt taʼ wlied Manasse.

10 U ma keċċewx lill-​Kangħanin+ li kienu qed jgħammru f’Geżer,+ u l-​Kangħanin għadhom jgħammru fost Efrajm sa llum+ u saru lsiera li jagħmlu xogħol forzat.+

17 U x-​xorti+ waqgħet għat-​tribù taʼ Manasse,+ għax kien l-​ewwel imwieled taʼ Ġużeppi,+ għal Makir+ l-​ewwel imwieled taʼ Manasse, missier Gilegħad,+ għax wera li kien gwerrier;+ u Gilegħad+ u l-​Basan saru tiegħu. 2 U waqgħet ix-​xorti wkoll għal ulied Manasse li kien baqaʼ skond il-​familji tagħhom, għal ulied Abi-għeżer+ u wlied Ħelek+ u wlied Asrijel u wlied Sikem+ u wlied Ħefer u wlied Semida.+ Dawn kienu wlied Manasse bin Ġużeppi, l-​irġiel skond il-​familji tagħhom. 3 U Selofeħad+ bin Ħefer, bin Gilegħad, bin Makir, bin Manasse, ma kellux subien, imma bniet, u dawn kienu l-​ismijiet tal-​bniet tiegħu: Maħla u Nogħa, Ħogla, Milka u Tirsa.+ 4 Għalhekk, resqu quddiem Elegħażar+ il-​qassis u Ġożwè bin Nun u l-​kapijiet ewlenin, u qalu: “Ġeħova kien li kkmanda lil Mosè biex jagħtina wirt f’nofs ħutna.”+ Fi qbil maʼ dan, hu tahom, bl-​ordni taʼ Ġeħova, wirt f’nofs ħut missierhom.+

5 U tqassmu għaxar biċċiet art oħrajn li messew lil Manasse minbarra l-​art taʼ Gilegħad u l-​Basan, li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan;+ 6 għax il-​bniet taʼ Manasse ngħataw wirt f’nofs uliedu s-​subien; u l-​art taʼ Gilegħad saret il-​proprjetà taʼ wlied Manasse li kien baqaʼ.

7 U l-​fruntiera taʼ Manasse kienet minn Aser sa Mikmetat,+ li qiegħda quddiem Sikem,+ u l-​fruntiera kienet tgħaddi lejn il-​lemin, lejn l-​abitanti t’Għajn-Taffugħa. 8 L-art taʼ Taffugħa+ saret taʼ Manasse, imma Taffugħa mal-​fruntiera taʼ Manasse kienet taʼ wlied Efrajm. 9 U l-​fruntiera kienet tinżel lejn il-​wied taʼ Kanah, lejn in-​nofsinhar lejn il-​wied taʼ dawn il-​bliet+ t’Efrajm f’nofs il-​bliet taʼ Manasse, u l-​fruntiera taʼ Manasse kienet fit-​tramuntana tal-​wied, u kienet tispiċċa fil-​baħar.+ 10 Lejn in-​nofsinhar kien t’Efrajm u lejn it-​tramuntana, taʼ Manasse, u l-​baħar kien il-​fruntiera tiegħu;+ u fit-​tramuntana jilħaq s’Aser u fil-​lvant, sa Issakar.

11 U f’Issakar u f’Aser, Manasse+ kellu Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha u Iblegħam+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti t’Għajn-dor+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Tagħnak+ u l-​bliet li jiddependu minnha u l-​abitanti taʼ Megiddo+ u l-​bliet li jiddependu minnha, tliet reġjuni bl-​għoljiet.

12 U wlied Manasse ma rnexxilhomx jieħdu dawn il-​bliet f’idejhom,+ imma l-​Kangħanin riedu bilfors jibqgħu jgħammru f’din l-​art.+ 13 U ġara li meta wlied Israel kienu saru b’saħħithom,+ għabbew lill-​Kangħanin b’xogħol forzat,+ u ma ħadulhomx il-​proprjetà tagħhom għalkollox.+

14 U wlied Ġużeppi kellmu lil Ġożwè, u qalulu: “Għala tajtna bħala wirt sehem wieħed bix-​xorti+ u qassamtilna biċċa art waħda, meta aħna poplu kotran għax Ġeħova berikna s’issa?”+ 15 Għal dan, Ġożwè qalilhom: “Jekk intom poplu numeruż, itilgħu lejn il-​foresta, u qaċċtuha għalikom hemmhekk fl-​art tal-​Pereżin+ u r-​Refajin,+ għax ir-​reġjun muntanjuż+ t’Efrajm sar dejjaq wisq għalikom.” 16 Imbagħad ulied Ġużeppi qalu: “Ir-​reġjun muntanjuż mhux biżżejjed għalina, u hemm karrijiet tal-​gwerra+ armati bi xfafar tal-​ħadid fost il-​Kangħanin kollha li qed jgħammru fl-​art tal-​pjanura l-​baxxa, kemm dawk li huma f’Bet-segħan+ u l-​bliet li jiddependu minnha u kemm dawk li huma fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Ġeżragħel.”+ 17 Għaldaqstant, Ġożwè qal hekk lid-​dar taʼ Ġużeppi, lil Efrajm u Manasse: “Intom poplu kotran, u għandkom qawwa kbira.+ M’għandux jingħatalkom sehem wieħed bix-​xorti,+ 18 imma r-​reġjun muntanjuż għandu jsir tagħkom.+ Peress li hu foresta, qaċċtuha, u hemmhekk jispiċċa t-​territorju tagħkom. Għax intom għandkom tkeċċu lill-​Kangħanin, għalkemm għandhom karrijiet tal-​gwerra armati bi xfafar tal-​ħadid u huma b’saħħithom.”+

18 Imbagħad il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel kienet miġbura f’Silo,+ u huma qiegħdu t-​tinda tal-​laqgħa hemmhekk,+ billi l-​art issa kienet imrażżna quddiemhom.+ 2 Imma fost ulied Israel xorta kien għad baqaʼ dawk li wirthom kien għadu ma tqassamx, jiġifieri, sebaʼ tribujiet. 3 Għalhekk, Ġożwè qal lil ulied Israel: “Kemm se ddumu tonqsu minn dmirkom? Meta se tidħlu u tieħdu f’idejkom l-​art+ li takom Ġeħova l-​Alla taʼ missirijietkom?+ 4 Sibu tlett irġiel minn kull tribù u jien nibgħathom, sabiex imorru u jduru dawra maʼ l-​art u jniżżlu dettalji dwarha biex jitqassam wirthom, u jiġu għandi.+ 5 U jqassmuha bejniethom f’sebaʼ ishma.+ Ġuda jibqaʼ fit-​territorju tiegħu lejn in-​nofsinhar,+ u d-​dar taʼ Ġużeppi tibqaʼ fit-​territorju tagħha lejn it-​tramuntana.+ 6 U intom niżżlu dettalji dwar l-​art u aqsmuha f’sebaʼ ishma u ġibuhom hawnhekk għandi, u jien nitfaʼ x-​xorti+ għalikom hawnhekk quddiem Ġeħova Alla tagħna. 7 Għax il-​Leviti m’għandhom ebda sehem fostkom,+ għax is-​saċerdozju taʼ Ġeħova hu wirthom;+ u Gad u Ruben+ u nofs it-​tribù taʼ Manasse+ ħadu wirthom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​lvant, li tahom Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova.”+

8 Għalhekk, l-​irġiel lestew biex jitilqu, u Ġożwè kkmanda+ lil dawk li kienu se jniżżlu dettalji dwar l-​art: “Morru u duru dawra maʼ l-​art u niżżlu dettalji dwarha u erġgħu lura għandi, u hawnhekk intellaʼ x-​xorti+ għalikom quddiem Ġeħova f’Silo.”+ 9 Wara dan, l-​irġiel telqu u għaddew mill-​art u niżżlu fi ktieb dettalji dwarha+ skond il-​bliet u qasmuha f’sebaʼ ishma. Imbagħad ġew għand Ġożwè fil-​kamp f’Silo, 10 u Ġożwè tellaʼ x-​xorti għalihom f’Silo quddiem Ġeħova.+ Għaldaqstant, hemmhekk Ġożwè qassam l-​art lil ulied Israel skond l-​ishma tagħhom.+

11 Imbagħad telgħet ix-​xorti+ tat-​tribù taʼ wlied Benjamin+ skond il-​familji tagħhom, u t-​territorju tax-​xorti tagħhom ħareġ bejn ulied Ġuda+ u wlied Ġużeppi.+ 12 U l-​fruntiera tat-​tramuntana tat-​territorju tagħhom kienet tibda mill-​Ġordan, u kienet titlaʼ sat-​telgħa taʼ Ġeriko+ fit-​tramuntana u sal-​muntanja lejn il-​punent, u kienet tispiċċa fix-​xagħri taʼ Bet-awen.+ 13 U l-​fruntiera kienet tgħaddi minn hemmhekk għal Luż,+ mat-​telgħa tan-​nofsinhar taʼ Luż, jiġifieri, Betel;+ u l-​fruntiera kienet tinżel lejn Għatarot-addar+ fuq il-​muntanja li qiegħda fin-​nofsinhar taʼ Bet-ħoron t’Isfel.+ 14 U l-​fruntiera kienet iddur lejn in-​nofsinhar ħdejn il-​muntanja li tħares lejn Bet-ħoron lejn in-​nofsinhar u minn hemmhekk tibqaʼ għaddejja man-​naħa tal-​punent tat-​territorju; kienet tispiċċa f’Kirjat-bagħal, jiġifieri, Kirjat-ġegħarim,+ belt taʼ wlied Ġuda. Din hi n-​naħa tal-​punent.

15 U n-​naħa tan-​nofsinhar kienet minn tarf Kirjat-ġegħarim, u l-​fruntiera kienet toħroġ lejn il-​punent u lejn l-​għajn taʼ l-​ilmijiet taʼ Neftogħa.+ 16 U kienet tinżel lejn tarf il-​muntanja li tħares lejn wied bin Ħinnom,+ li qiegħed fil-​pjanura l-​baxxa taʼ Refajm+ lejn it-​tramuntana, u kienet tinżel lejn wied Ħinnom, lejn it-​telgħa tal-​Ġebusi+ fin-​nofsinhar, u tinżel lejn Għajn-rogel.+ 17 U kienet tibqaʼ sejra lejn it-​tramuntana u toħroġ lejn Għajn-xemex u lejn Gelilot, quddiem it-​telgħa t’Adummim;+ u kienet tinżel lejn il-​ġebla+ taʼ Boħan+ bin Ruben. 18 U kienet tgħaddi lejn it-​telgħa tat-​tramuntana quddiem l-​Għaraba u tinżel lejn l-​Għaraba. 19 U l-​fruntiera kienet tgħaddi lejn it-​telgħa tat-​tramuntana taʼ Bet-ħogla,+ u kienet tispiċċa fil-​bajja tat-​tramuntana tal-​Baħar il-​Mielaħ+ fit-​tarf tan-​nofsinhar tal-​Ġordan. Din kienet il-​fruntiera tan-​nofsinhar. 20 U l-​Ġordan serviet bħala l-​fruntiera fin-​naħa tal-​lvant. Dan kien il-​wirt taʼ wlied Benjamin skond il-​familji tagħhom, skond il-​fruntieri tiegħu dawramejt.

21 U l-​bliet tat-​tribù taʼ wlied Benjamin skond il-​familji tagħhom kienu Ġeriko+ u Bet-ħogla u Għemek-kesis, 22 u Bet-għaraba+ u Semarajm u Betel,+ 23 u Għawwim u Para u Għofra,+ 24 u Kefar-għammoni u Għofni u Geba;+ tnax-il belt u l-​irħula tagħhom.

25 Gibegħon+ u Rama u Birot, 26 u Mispe+ u Kefira+ u Mosah, 27 u Rekem u Irfel u Tarala, 28 u Żelah,+ Ħa-elef u l-​belt tal-​Ġebusi, jiġifieri, Ġerusalemm,+ Gibegħa+ u Kirjat; erbatax-il belt u l-​irħula tagħhom.

Dan kien wirt ulied Benjamin skond il-​familji tagħhom.+

19 Imbagħad ħarġet it-​tieni xorti+ għal Simegħon, għat-​tribù taʼ wlied Simegħon+ skond il-​familji tagħhom. U wirthom kien f’nofs il-​wirt taʼ wlied Ġuda.+ 2 U f’wirthom kellhom Bir-​xeba+ flimkien maʼ Xeba, u Molada,+ 3 u Ħasar-sugħal+ u Bala u Għesem,+ 4 u Eltolad+ u Betul u Ħorma, 5 u Siklag+ u Bet-markabot u Ħasar-susa,+ 6 u Bet-lebagħot+ u Saruħen; tlettax-il belt u l-​irħula tagħhom. 7 Għajn,+ Rimmon+ u Għeter u Għasan;+ erbat ibliet u l-​irħula tagħhom, 8 u l-​irħula kollha li kienu madwar dawn il-​bliet sa Bagħalat-bir,+ Rama+ tan-​nofsinhar. Dan kien il-​wirt tat-​tribù taʼ wlied Simegħon skond il-​familji tagħhom. 9 Il-wirt taʼ wlied Simegħon ittieħed minn dak li tqassam lil ulied Ġuda, għax sehem ulied Ġuda kien kbir wisq għalihom.+ Għalhekk, ulied Simegħon kisbu proprjetà f’nofs wirthom.+

10 Imbagħad telgħet it-​tielet xorti+ għal ulied Żebulun+ skond il-​familji tagħhom, u l-​fruntiera taʼ wirthom kienet sa Sarid. 11 U l-​fruntiera tagħhom kienet titlaʼ lejn il-​punent u wkoll lejn Maregħal u tilħaq sa Dabbeset u sal-​wied* taʼ quddiem Ġoknegħam.+ 12 U kienet tmur lura minn Sarid lejn il-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx sat-​tarf taʼ Kislot-tabor u toħroġ lejn Daberat+ u titlaʼ lejn Ġafigħa. 13 U minn hemmhekk kienet tgħaddi lejn il-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx għal Gat-ħefer,+ s’Għet-kasin, u kienet toħroġ għal Rimmon u kienet tibqaʼ sejra sa Negħa. 14 U l-​fruntiera kienet iddur magħha fit-​tramuntana għal Ħannaton, u kienet tispiċċa fil-​wied taʼ Iftaħ-el, 15 u Kattat u Naħalal u Simron+ u Idla u Betlehem;+ tnax-il belt u l-​irħula tagħhom. 16 Dan kien il-​wirt+ taʼ wlied Żebulun skond il-​familji tagħhom.+ Dawn kienu l-​bliet u l-​irħula tagħhom.

17 U r-​rabaʼ xorti ħarġet għal Issakar,+ għal ulied Issakar skond il-​familji tagħhom. 18 U l-​fruntiera tagħhom kienet sa Ġeżragħel+ u Kesullot u Sunem,+ 19 u Ħafarajm u Sihon u Anaħarat, 20 u Rabbit u Kisjon u Ebes, 21 u Remet u Għajn-gannim+ u Għajn-ħadda u Bet-passes. 22 U l-​fruntiera kienet tilħaq sa Tabor+ u Saħasuma u Bet-xemex, u t-​tarf tagħhom kien jispiċċa fil-​Ġordan; sittax-il belt u l-​irħula tagħhom. 23 Dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt tat-​tribù taʼ wlied Issakar skond il-​familji tagħhom.+

24 Imbagħad il-​ħames xorti+ ħarġet għat-​tribù taʼ wlied Aser+ skond il-​familji tagħhom. 25 U l-​fruntiera tagħhom kienet Ħelkat+ u Ħali u Beten u Aksaf,+ 26 u Allammelek u Għamgħad u Misal.+ U kienet tilħaq lejn il-​punent sal-​Karmel+ u sa Siħor-libnat, 27 u kienet tmur lura lejn tlugħ ix-​xemx sa Bet-dagon u tilħaq sa Żebulun+ u l-​wied taʼ Iftaħ-el lejn it-​tramuntana, sa Bet-għemek u Negħijel, u kienet toħroġ sax-​xellug taʼ Kabul, 28 u s’Għebron u Reħob u Ħammon u Kanah sa Sidon li kellha ħafna abitanti.+ 29 U l-​fruntiera kienet tmur lura lejn Rama sal-​belt fortifikata taʼ Tir.+ U kienet tmur lura sa Ħosa, u kienet tispiċċa fil-​baħar fir-​reġjun t’Akżib,+ 30 u Umma u Afek+ u Reħob;+ tnejn u għoxrin belt u l-​irħula tagħhom. 31 Dan kien il-​wirt tat-​tribù taʼ wlied Aser skond il-​familji tagħhom.+ Dawn kienu l-​bliet u l-​irħula tagħhom.

32 U s-​sitt xorti+ ħarġet għal ulied Naftali,+ għal ulied Naftali skond il-​familji tagħhom. 33 U l-​fruntiera tagħhom kienet tibda minn Ħelef u s-​siġra l-​kbira f’Sagħnannim,+ u kienet tibqaʼ sejra lejn Adami-nekeb u Ġabnel sa Lakkum; u kienet tispiċċa fil-​Ġordan. 34 U l-​fruntiera kienet tmur lura lejn il-​punent s’Ażnot-tabor u minn hemmhekk toħroġ lejn Ħukkok u tilħaq sa Żebulun+ fin-​nofsinhar, u s’Aser+ fil-​punent u sa Ġuda+ fil-​Ġordan lejn tlugħ ix-​xemx. 35 U l-​bliet fortifikati kienu Żiddim, Ser u Ħammat,+ Rakkat u Kinneret,+ 36 u Adama u Rama u Ħasor,+ 37 u Kedes+ u Edrej u Għajn-ħasor, 38 u Iron u Migdal-el, Ħorem u Bet-għanat u Bet-xemex;+ dsatax-il belt u l-​irħula tagħhom. 39 Dan it-​territorju, bil-​bliet u l-​irħula tagħhom, kien il-​wirt+ tat-​tribù taʼ wlied Naftali skond il-​familji tagħhom.+

40 U s-​sebaʼ xorti+ ħarġet għat-​tribù taʼ wlied Dan+ skond il-​familji tagħhom. 41 U tarf wirthom kien Sorgħa+ u Estagħol u Ir-​xemex, 42 u Sagħlabbin+ u Ajjalon+ u Itla, 43 u Elon u Timna+ u Għekron,+ 44 u Elteke u Gibbeton+ u Bagħalat,+ 45 u Ġeħud u Bene-berak u Gat-rimmon,+ 46 u Me-ġarkon u Rakkon, bit-​tarf quddiem Ġaffa.+ 47 U t-​territorju taʼ wlied Dan kien marsus iżżejjed+ għalihom. U wlied Dan telgħu u ggwerraw kontra Lesem+ u rebħuha u ħabtu għaliha b’xifer is-​sejf. Imbagħad ħaduha f’idejhom u marru jgħammru fiha, u lil Lesem bdew isejħulha Dan, skond isem missierhom, Dan.+ 48 Għalhekk, dan kien il-​wirt tat-​tribù taʼ wlied Dan skond il-​familji tagħhom. Dawn kienu l-​bliet u l-​irħula tagħhom.

49 B’hekk, temmew jaqsmu l-​art biex tkun proprjetà tagħhom skond it-​territorji tagħha. Imbagħad ulied Israel taw wirt lil Ġożwè bin Nun f’nofshom. 50 Bl-ordni taʼ Ġeħova tawh il-​belt li talab,+ jiġifieri, Timnat-sera,+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm; u hu beda jibni l-​belt u jgħammar fiha.

51 Dawn kienu l-​ishma tal-​wirt li Elegħażar il-​qassis u Ġożwè bin Nun u l-​kapijiet taʼ missirijiet it-​tribujiet taʼ wlied Israel qassmu+ bħala proprjetà bix-​xorti f’Silo+ quddiem Ġeħova, fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ U b’hekk waqfu jqassmu l-​art.

20 Imbagħad Ġeħova kellem lil Ġożwè, u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Agħżlu għalikom il-​bliet tar-​refuġju+ li kellimtkom dwarhom permezz taʼ Mosè, 3 biex jaħrab fihom dak li joqtol+ lil xi ruħ mhux apposta u bla ma jkun jaf kif; u jridu jservukom bħala refuġju minn dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm.+ 4 U hu jrid jaħrab+ lejn waħda minn dawn il-​bliet u jieqaf fid-​daħla taʼ bieb+ il-​belt u jitkellem biex jisimgħuh ix-​xjuħ+ taʼ dik il-​belt; u huma jridu jilqgħuh għandhom fil-​belt u jagħtuh post u jgħammar magħhom. 5 U jekk dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm jiġri warajh, m’għandhomx jagħtu f’idejh lil dak li qatel;+ għax hu qatel lil sieħbu bla ma kien jaf kif, u ma kienx jobogħdu qabel.+ 6 U jrid jgħammar f’dik il-​belt sakemm jidher quddiem il-​ġemgħa għall-​ġudizzju,+ sal-​mewt tal-​qassis il-​kbir+ li jkun hemm dak iż-​żmien. Imbagħad dak li qatel jistaʼ jerġaʼ lura,+ u jidħol f’beltu u f’daru, fil-​belt li kien ħarab minnha.’”

7 Fi qbil maʼ dan, huma taw stat sagru lil Kedes+ fil-​Galilija fir-​reġjun muntanjuż taʼ Naftali, u lil Sikem+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, u lil Kirjat-arba,+ jiġifieri, Ħebron, fir-​reġjun muntanjuż taʼ Ġuda. 8 U fir-​reġjun tal-​Ġordan, ħdejn Ġeriko, lejn il-​lvant huma taw mit-​tribù taʼ Ruben+ lil Beser+ fix-​xagħri fuq il-​pjanura fl-​għoli, u lil Ramot+ f’Gilegħad mit-​tribù taʼ Gad, u lil Golan+ fil-​Basan mit-​tribù taʼ Manasse.

9 Dawn saru l-​bliet maħturin għal ulied Israel kollha u għar-​resident barrani li jgħammar bħala barrani f’nofshom, biex jekk xi ħadd joqtol lil xi ruħ mhux apposta jaħrab hemmhekk,+ sabiex ma jmutx b’id dak li jkollu d-​dritt jivvendika ruħu għad-​demm qabel jidher quddiem il-​ġemgħa.+

21 Il-kapijiet taʼ missirijiet il-​Leviti issa resqu lejn Elegħażar+ il-​qassis u Ġożwè+ bin Nun u l-​kapijiet taʼ missirijiet it-​tribujiet taʼ wlied Israel, 2 u kellmuhom f’Silo+ fl-​art taʼ Kangħan, u qalulhom: “Ġeħova permezz taʼ Mosè kkmanda li jingħatawlna bliet biex ngħammru fihom, flimkien mal-​mergħat tagħhom għall-​annimali domestiċi tagħna.”+ 3 Għalhekk, ulied Israel taw lil-​Leviti,+ bl-​ordni taʼ Ġeħova, dawn il-​bliet u l-​mergħat tagħhom minn wirthom.+

4 Imbagħad ħarġet ix-​xorti għall-​familji tal-​Keħatin,+ u tlettax-il belt saru taʼ wlied Aron il-​qassis, tal-​Leviti, bix-​xorti, mit-​tribù taʼ Ġuda+ u mit-​tribù tas-​Simegħonin+ u mit-​tribù taʼ Benjamin.+

5 U lil ulied Keħat+ li kien baqaʼ messhom bix-​xorti għaxart ibliet mill-​familji tat-​tribù t’Efrajm+ u mit-​tribù taʼ Dan+ u minn nofs it-​tribù taʼ Manasse.+

6 U lil ulied Gerson+ messhom bix-​xorti tlettax-il belt mill-​familji tat-​tribù taʼ Issakar+ u mit-​tribù t’Aser+ u mit-​tribù taʼ Naftali+ u minn nofs it-​tribù taʼ Manasse fil-​Basan.+

7 Lil ulied Merari+ skond il-​familji tagħhom messhom tnax-il belt mit-​tribù taʼ Ruben+ u mit-​tribù taʼ Gad+ u mit-​tribù taʼ Żebulun.+

8 B’hekk, ulied Israel taw lil-​Leviti dawn il-​bliet u l-​mergħat tagħhom+ bix-​xorti,+ bħalma kien ikkmanda Ġeħova permezz taʼ Mosè.+

9 Għalhekk, mit-​tribù taʼ wlied Ġuda u mit-​tribù taʼ wlied Simegħon huma taw dawn il-​bliet li kienu msemmijin b’isimhom,+ 10 u saru taʼ wlied Aron, waħda mill-​familji tal-​Keħatin, taʼ wlied Levi, għax l-​ewwel xorti kienet tagħhom.+ 11 B’hekk, tawhom Kirjat-arba+ (dan Arba kien missier Għanak),+ jiġifieri, Ħebron,+ fir-​reġjun muntanjuż taʼ Ġuda,+ u l-​mergħa tagħha taʼ madwarha; 12 u r-​rabaʼ tal-​belt u l-​irħula tagħha tawhom lil Kaleb bin Ġefunne bħala proprjetà tiegħu.+

13 U lil ulied Aron il-​qassis tawhom il-​belt tar-​refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Ħebron,+ u l-​mergħa tagħha, kif ukoll Libna+ u l-​mergħa tagħha, 14 u Ġattir+ u l-​mergħa tagħha, u Estemogħa+ u l-​mergħa tagħha, 15 u Ħolon*+ u l-​mergħa tagħha, u Debir+ u l-​mergħa tagħha, 16 u Għajn*+ u l-​mergħa tagħha, u Ġutta+ u l-​mergħa tagħha, Bet-xemex+ u l-​mergħa tagħha; disat ibliet minn dawn iż-​żewġ tribujiet.

17 U mit-​tribù taʼ Benjamin, Gibegħon+ u l-​mergħa tagħha, Geba+ u l-​mergħa tagħha, 18 Għanatot+ u l-​mergħa tagħha, u Għalmon*+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

19 Il-bliet kollha taʼ wlied Aron,+ il-​qassisin, kienu tlettax-il belt u l-​mergħat tagħhom.+

20 U lill-​familji taʼ wlied Keħat, il-​Leviti li kien għad baqaʼ minn ulied Keħat, messhom bix-​xorti bliet mit-​tribù t’Efrajm.+ 21 Għaldaqstant tawhom il-​belt tar-​refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Sikem+ u l-​mergħa tagħha+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, Geżer+ u l-​mergħa tagħha, 22 Kibsajim*+ u l-​mergħa tagħha, u Bet-ħoron+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

23 U mit-​tribù taʼ Dan, Elteke u l-​mergħa tagħha, Gibbeton+ u l-​mergħa tagħha, 24 Ajjalon+ u l-​mergħa tagħha, Gat-rimmon+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

25 U minn nofs it-​tribù taʼ Manasse, Tagħnak+ u l-​mergħa tagħha, u Gat-rimmon u l-​mergħa tagħha; żewġt ibliet.

26 Għaxra kienu l-​bliet kollha u l-​mergħat tagħhom li kellhom il-​familji taʼ wlied Keħat li kien baqaʼ.

27 U għal ulied Gerson,+ tal-​familji tal-​Leviti, kien hemm minn nofs it-​tribù taʼ Manasse+ l-​belt tar-​refuġju għal dak li joqtol, jiġifieri, Golan,+ fil-​Basan, u l-​mergħa tagħha, u Begħstera*+ u l-​mergħa tagħha; żewġt ibliet.

28 U mit-​tribù taʼ Issakar,+ Kisjon+ u l-​mergħa tagħha, Daberat+ u l-​mergħa tagħha, 29 Ġarmut*+ u l-​mergħa tagħha, Għajn-gannim+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

30 U mit-​tribù t’Aser,+ Misal+ u l-​mergħa tagħha, Għabdon+ u l-​mergħa tagħha, 31 Ħelkat+ u l-​mergħa tagħha, u Reħob+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

32 U mit-​tribù taʼ Naftali,+ il-​belt tar-​refuġju+ għal dak li joqtol,+ jiġifieri, Kedes+ fil-​Galilija, u l-​mergħa tagħha, u Ħammot-dor+ u l-​mergħa tagħha, u Kartan* u l-​mergħa tagħha; tlett ibliet.

33 Il-bliet kollha tal-​Gersonin skond il-​familji tagħhom kienu tlettax-il belt u l-​mergħat tagħhom.

34 U l-​familji taʼ wlied Merari,+ il-​Leviti li kien baqaʼ, ħadu mit-​tribù taʼ Żebulun+ Ġoknegħam+ u l-​mergħa tagħha, Karta u l-​mergħa tagħha, 35 Dimna*+ u l-​mergħa tagħha, Naħalal+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

36 U mit-​tribù taʼ Ruben,+ Beser+ u l-​mergħa tagħha, u Ġaħas+ u l-​mergħa tagħha, 37 Kedemot+ u l-​mergħa tagħha, u Mefgħat+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet.

38 U mit-​tribù taʼ Gad,+ il-​belt tar-​refuġju għal dak li joqtol, jiġifieri, Ramot f’Gilegħad,+ u l-​mergħa tagħha, u Maħanajm+ u l-​mergħa tagħha, 39 Ħesbon+ u l-​mergħa tagħha, Ġagħżer+ u l-​mergħa tagħha; erbat ibliet b’kollox.

40 Il-bliet kollha li saru taʼ wlied Merari+ skond il-​familji tagħhom, li kien baqaʼ mill-​familji tal-​Leviti, bħala s-​sehem li messhom, kienu tnax-il belt.

41 Il-bliet kollha tal-​Leviti f’nofs il-​proprjetà taʼ wlied Israel kienu tmienja u erbgħin belt+ bil-​mergħat tagħhom.+ 42 Kull waħda minn dawn il-​bliet kienu belt bil-​mergħa tagħha taʼ madwarha—hekk kien għal dawn il-​bliet kollha.+

43 Għalhekk, Ġeħova ta lil Israel l-​art kollha li kien ħalef li jagħti lil missirijiethom,+ u ħaduha f’idejhom+ u għammru fiha. 44 Iktar minn hekk, Ġeħova tahom il-​mistrieħ+ minn kullimkien, skond kulma kien ħalef+ lil missirijiethom, u lanqas ħadd mill-​għedewwa kollha tagħhom ma baqaʼ wieqaf quddiemhom.+ L-​għedewwa kollha tagħhom Ġeħova tahomlhom f’idejhom.+ 45 Lanqas wegħda waħda ma naqset mill-​wegħdi tajbin kollha li Ġeħova kien għamel lil dar Israel; kollha seħħew.+

22 F’dak iż-​żmien Ġożwè sejjaħ lir-​Rubenin u lill-​Gadin u lil nofs it-​tribù taʼ Manasse+ 2 u qalilhom: “Min-​naħa tagħkom, ħaristu kulma kkmandakom+ Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova, u kontu ubbidjenti lejn leħni f’kulma kkmandajtkom.+ 3 Ma tlaqtux lil ħutkom dan iż-​żmien kollu+ sa llum, u ħaristu l-​obbligu tal-​kmandament taʼ Ġeħova Alla tagħkom.+ 4 U issa Ġeħova Alla tagħkom ta l-​mistrieħ lil ħutkom, bħalma wegħedhom.+ Mela, issa, duru u morru lejn it-​tined tagħkom fl-​art li hi l-​proprjetà tagħkom, li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova takom fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan.+ 5 Biss oqogħdu attenti ferm li twettqu l-​kmandament+ u l-​liġi li Mosè l-​qaddej taʼ Ġeħova kkmandakom billi tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom+ u billi timxu fi triqatu kollha+ u tħarsu l-​kmandamenti tiegħu+ u tibqgħu mqabbdin miegħu+ u taqduh+ b’qalbkom kollha+ u b’ruħkom kollha.”+

6 Imbagħad Ġożwè berikhom+ u bagħathom u huma marru lejn it-​tined tagħhom. 7 U lil nofs it-​tribù taʼ Manasse Mosè kien tah għotja fil-​Basan,+ u lin-​nofs l-​ieħor Ġożwè tah għotja maʼ ħuthom fuq in-​naħa tal-​Ġordan lejn il-​punent.+ U Ġożwè bierek lilhom ukoll meta bagħathom lejn it-​tined tagħhom. 8 U kompla jgħidilhom: “Erġgħu lura lejn it-​tined tagħkom b’ħafna rikkezzi u b’għadd kbir taʼ bhejjem, b’fidda u deheb u ram aħmar u ħadid u lbiesi fi kwantità kbira ferm.+ Ħudu sehemkom mill-​priża+ taʼ l-​għedewwa tagħkom flimkien maʼ ħutkom.”

9 Imbagħad ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse reġgħu lura u telqu lill-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel f’Silo, li qiegħda fl-​art taʼ Kangħan, sabiex imorru lejn l-​art taʼ Gilegħad,+ lejn arthom li kienu qagħdu fiha bl-​ordni taʼ Ġeħova permezz taʼ Mosè.+ 10 Meta waslu fl-​inħawi tal-​Ġordan li kienu fl-​art taʼ Kangħan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse bnew artal hemmhekk ħdejn il-​Ġordan, artal+ li kien jispikka ħafna. 11 Iktar tard l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel semgħu+ lil min jgħid: “Ara! Ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse bnew artal mal-​fruntiera taʼ l-​art taʼ Kangħan fl-​inħawi tal-​Ġordan fuq in-​naħa li hi taʼ wlied Israel.” 12 Meta wlied Israel semgħu b’dan, il-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel+ iltaqgħu f’Silo+ biex jitilgħu jiggwerraw kontrihom.+

13 Imbagħad ulied Israel bagħtu+ għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse fl-​art taʼ Gilegħad lil Fineħas+ bin Elegħażar il-​qassis, 14 u għaxar kapijiet ewlenin miegħu, kap ewlieni taʼ kull familja min-​naħa tal-​missier tat-​tribujiet kollha taʼ Israel, u kull wieħed minnhom kien kap tad-​dar taʼ missirijietu fost l-​eluf taʼ Israel.+ 15 U huma ġew għand ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse fl-​art taʼ Gilegħad u kellmuhom+ u qalulhom:

16 “Hekk qalet il-​ġemgħa kollha taʼ Ġeħova,+ ‘X’inhu dan l-​att taʼ infedeltà+ li wettaqtu kontra l-​Alla taʼ Israel? Għala dortu+ lura llum milli timxu wara Ġeħova u bnejtu artal għalikom,+ biex illum tirribellaw kontra Ġeħova? 17 Kien l-​iżball taʼ Pegħor+ żgħir wisq għalina, li sa llum għadna ma tnaddafniex minnu, għalkemm ġie l-​kastig fuq il-​ġemgħa taʼ Ġeħova?+ 18 U tridu intom idduru lura llum milli timxu wara Ġeħova? Imma jrid iseħħ li jekk intom, min-​naħa tagħkom, tirribellaw illum kontra Ġeħova, għada hu jagħdab kontra l-​ġemgħa kollha kemm hi.+ 19 Issa jekk l-​art li għandkom bħala proprjetà fil-​fatt m’hijiex nadifa,+ aqsmu għan-​naħa l-​oħra lejn l-​art li hi proprjetà taʼ Ġeħova+ fejn jinsab it-​tabernaklu* taʼ Ġeħova,+ u ibqgħu f’nofsna; u tirribellawx kontra Ġeħova, u ġġegħlux lilna nkunu ribelli billi tibnu għalikom artal minbarra l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna.+ 20 Ma kienx Għakan+ bin Żeraħ li wettaq att taʼ infedeltà bil-​ħaġa dedikata għall-​qerda,* u l-​għadab mhux kontra l-​ġemgħa kollha taʼ Israel ġie?+ U hu ma kienx l-​uniku wieħed li miet minħabba l-​iżball tiegħu.’”+

21 Għal dan, ulied Ruben u wlied Gad u nofs it-​tribù taʼ Manasse wieġbu+ u qalu lill-​kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel:+ 22 “Id-​Divin,+ Alla,+ Ġeħova, id-​Divin, Alla, Ġeħova,+ hu jaf,+ u Israel ukoll se jkun jaf.+ Jekk kien hemm irvell+ u jekk kien hemm infedeltà kontra Ġeħova,+ issalvaniex illum. 23 Jekk bnejna artal għalina biex induru lura milli nimxu wara Ġeħova, u jekk għamilna dan biex noffru offerti tal-​ħruq u offerti tal-​qmuħ fuqu,+ u jekk għamilna dan biex noffru sagrifiċċji taʼ sħubija fuqu, Ġeħova nnifsu se jikkunsidra l-​każ;+ 24 jew jekk kienx pjuttost minħabba li inkwetajna dwar xi ħaġa oħra li għamilna dan, għax għedna, ‘Xi darba fil-​futur uliedkom se jgħidu lil uliedna: “X’għandkom x’taqsmu maʼ Ġeħova l-​Alla taʼ Israel? 25 U Ġeħova qiegħed fruntiera bejnna u bejnkom, ulied Ruben u wlied Gad, jiġifieri, il-​Ġordan. Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”+ U wliedkom iwaqqfu lil uliedna milli jibżgħu minn Ġeħova.’+

26 “Għalhekk għedna, ‘Ejjew issa naġixxu għan-​nom tagħna, billi nibnu l-​artal, mhux għall-​offerti tal-​ħruq u lanqas għas-​sagrifiċċji, 27 imma biex jistaʼ jkun xiehda bejnna+ u bejnkom u l-​ġenerazzjonijiet tagħna warajna li se nwettqu s-​servizz taʼ Ġeħova quddiemu bl-​offerti tal-​ħruq u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija u sagrifiċċji oħrajn li nagħmlu,+ biex uliedkom ma jgħidux lil uliedna xi darba fil-​futur: “Intom m’għandkom ebda sehem f’Ġeħova.”’ 28 Għalhekk, għedna, ‘U jekk xi darba fil-​futur jgħidu dan lilna u lill-​ġenerazzjonijiet tagħna, aħna ngħidulhom: “Araw ir-​rappreżentazzjoni taʼ l-​artal taʼ Ġeħova li għamlu missirijietna, mhux għall-​offerti tal-​ħruq u lanqas għas-​sagrifiċċji, imma bħala xiehda bejnna u bejnkom.”’ 29 Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna, min-​naħa tagħna, li nirribellaw minn jeddna kontra Ġeħova u li nduru lura llum milli nimxu wara Ġeħova+ billi nibnu artal għall-​offerti tal-​ħruq, l-​offerti tal-​qmuħ u s-​sagrifiċċji minbarra l-​artal taʼ Ġeħova Alla tagħna li qiegħed quddiem it-​tabernaklu tiegħu!”+

30 Issa meta Fineħas+ il-​qassis u l-​kapijiet ewlenin tal-​ġemgħa+ u l-​kapijiet taʼ l-​eluf taʼ Israel li kienu miegħu semgħu l-​kliem li qalu wlied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse, dan kien tajjeb f’għajnejhom. 31 Għalhekk, Fineħas bin Elegħażar il-​qassis qal lil ulied Ruben u wlied Gad u wlied Manasse: “Illum nafu li Ġeħova qiegħed f’nofsna,+ għax intom ma wettaqtux dan l-​att taʼ infedeltà kontra Ġeħova. Issa intom ħlistu lil ulied Israel minn id Ġeħova.”+

32 Wara dan, Fineħas bin Elegħażar il-​qassis u l-​kapijiet ewlenin irritornaw+ mingħand ulied Ruben u wlied Gad fl-​art taʼ Gilegħad lejn l-​art taʼ Kangħan għand l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel u wasslulhom ir-​risposta.+ 33 U dak li qalu kien tajjeb f’għajnejn ulied Israel; u wlied Israel bierku lil Alla,+ u ma tkellmux dwar li jitilgħu jiggwerraw kontrihom biex jirrovinaw l-​art li kienu qed jgħammru fiha wlied Ruben u wlied Gad.

34 U wlied Ruben u wlied Gad taw isem lill-​artal, għax “hu xiehda bejnietna li Ġeħova hu l-​Alla l-​veru.”+

23 U ħafna jiem wara li Ġeħova kien ta lil Israel il-​mistrieħ+ mill-​għedewwa kollha tiegħu minn kullimkien, meta Ġożwè kien xiħ u mdaħħal fiż-​żmien,+ 2 ġara li Ġożwè sejjaħ lil Israel kollu,+ ix-​xjuħ u l-​kapijiet u l-​imħallfin u l-​uffiċjali tiegħu,+ u qalilhom: “Inkwantu għalija, jien xjaħt, u issa mdaħħal fiż-​żmien. 3 U min-​naħa tagħkom rajtu kulma Ġeħova Alla tagħkom għamel lil dawn il-​ġnus kollha minħabba fikom,+ għax kien Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom.+ 4 Araw, jien qassamtilkom bix-​xorti+ bħala wirt għat-​tribujiet tagħkom l-​art taʼ dawn il-​ġnus li baqaʼ, u l-​art tal-​ġnus kollha li qridt,+ mill-​Ġordan sal-​Baħar il-​Kbir lejn inżul ix-​xemx.+ 5 U kien Ġeħova Alla tagħkom li baqaʼ jwarrabhom minn quddiemkom,+ u ħadilhom il-​proprjetà tagħhom minħabba fikom, u intom ħadtu arthom f’idejkom, sewwasew bħalma kien wegħedkom Ġeħova Alla tagħkom.+

6 “U tridu tkunu kuraġġużi+ ħafna ħalli tħarsu u tagħmlu kulma hemm miktub fil-​ktieb+ tal-​liġi taʼ Mosè billi qatt ma dduru minnu lejn il-​lemin jew lejn ix-​xellug,+ 7 billi qatt ma tagħmluha maʼ dawn il-​ġnus,+ dawn li baqaʼ magħkom. U ssemmux l-​ismijiet t’allathom+ u taħilfux bihom,+ u taqduhomx u tmilux quddiemhom.+ 8 Imma huwa maʼ Ġeħova Alla tagħkom li għandkom tibqgħu mqabbdin,+ bħalma għamiltu sa llum. 9 U Ġeħova se jkeċċi lil ġnus kbar u setgħanin minn quddiemkom.+ (Lanqas ħadd ma baqaʼ wieqaf quddiemkom sa llum.)+ 10 Wieħed biss minnkom se jiġri wara elf,+ għax hu Ġeħova Alla tagħkom li qed jiġġieled għalikom,+ sewwasew bħalma wegħedkom.+ 11 U tridu tgħassu ruħkom il-​ħin kollu+ billi tħobbu lil Ġeħova Alla tagħkom.+

12 “Imma jekk qatt idduru lura+ u taqbdu maʼ dawk li baqaʼ minn dawn il-​ġnus,+ dawn li baqaʼ magħkom, u titħalltu b’rabta taż-​żwieġ+ magħhom u tagħmluha magħhom, u huma magħkom, 13 għandkom tkunu tafu fiċ-​ċert li Ġeħova Alla tagħkom mhux se jkompli jieħu l-​proprjetà taʼ dawn il-​ġnus minħabba fikom;+ u huma jsiru għalikom bħal nasba u bħal nassa u bħal flaġell fuq ġenbejkom+ u bħal xewk f’għajnejkom sakemm tgħibu minn fuq din l-​art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom.+

14 “Issa, ara, illum jien sejjer fit-​triq li jgħaddu minnha n-​nies kollha taʼ l-​art,+ u intom tafu sew b’qalbkom kollha u b’ruħkom kollha li lanqas kelma waħda mill-​kliem tajjeb kollu li Ġeħova Alla tagħkom qalilkom ma naqset. Kollu seħħ għalikom. Lanqas kelma waħda ma naqset.+ 15 U jrid iseħħ li, bħalma ġiet fuqkom il-​kelma tajba kollha li qalilkom Ġeħova Alla tagħkom,+ hekk Ġeħova jġib fuqkom il-​kelma ħażina kollha sakemm ikun qeridkom għalkollox minn fuq din l-​art tajba li takom Ġeħova Alla tagħkom,+ 16 talli tkunu ksirtu l-​patt taʼ Ġeħova Alla tagħkom li hu kkmandakom, u talli tkunu mortu u qdejtu allat oħrajn u miltu quddiemhom.+ U r-​rabja taʼ Ġeħova ċertament li se tixgħel kontrikom,+ u intom tgħibu bil-​ħeffa mill-​art tajba li takom hu.”+

24 U Ġożwè ġemaʼ lit-​tribujiet kollha taʼ Israel flimkien f’Sikem+ u sejjaħ lix-​xjuħ taʼ Israel+ u l-​kapijiet u l-​imħallfin u l-​uffiċjali tiegħu, u huma waqfu quddiem l-​Alla l-​veru.+ 2 U Ġożwè kompla jgħid lill-​poplu kollu: “Hekk qal Ġeħova l-​Alla taʼ Israel, ‘Żmien twil ilu missirijietkom+ kienu jgħammru fuq in-​naħa l-​oħra tax-​Xmara,*+ Teraħ missier Abraham u missier Naħor,+ u kienu jaqdu allat oħrajn.

3 “‘Maż-​żmien, ħadt lil missierkom Abraham+ min-​naħa l-​oħra tax-​Xmara+ u ġegħeltu jimxi maʼ l-​art kollha taʼ Kangħan u kattart lil nislu.+ Għalhekk, jien tajtu lil Iżakk.+ 4 Imbagħad lil Iżakk tajtu lil Ġakobb u lil Għesaw.+ Iktar tard lil Għesaw tajtu l-​Muntanja Segħir biex jiħodha f’idejh;+ u Ġakobb u wliedu niżlu l-​Eġittu.+ 5 Iktar tard bgħatt lil Mosè u lil Aron,+ u kkastigajt l-​Eġittu b’dak li għamilt f’nofsu;+ u mbagħad ħriġtkom.+ 6 Meta kont qed noħroġ lil missirijietkom mill-​Eġittu+ u wasaltu ħdejn il-​baħar, l-​Eġizzjani marru jiġru wara+ missirijietkom b’karrijiet tal-​gwerra u suldati tal-​kavallerija sal-​Baħar l-​Aħmar. 7 U huma bdew jgħajtu lil Ġeħova.+ Għalhekk, hu qiegħed dalma bejnkom u bejn l-​Eġizzjani+ u ġab il-​baħar fuqhom u għattiehom,+ u għajnejkom raw dak li għamilt fl-​Eġittu;+ u bdejtu tgħammru fix-​xagħri għal bosta jiem.+

8 “‘Maż-​żmien ġibtkom lejn l-​art taʼ l-​Amurrin li kienu jgħammru fuq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, u huma ġġildulkom.+ Għalhekk, jien tajthom f’idejkom biex tkunu tistgħu tiħdulhom arthom, u qridthom għalkollox minn quddiemkom.+ 9 Imbagħad Balak bin Siffur,+ is-​sultan taʼ Mowab, qam u mar jiġġieled kontra Israel.+ Għalhekk, bagħat isejjaħ lil Balgħam bin Begħor biex jisħitkom.+ 10 U jien ma ridtx nismaʼ lil Balgħam.+ Għaldaqstant, hu berikkom darba wara l-​oħra.+ B’hekk, ħlistkom minn idu.+

11 “‘Imbagħad qsamtu l-​Ġordan+ u ġejtu Ġeriko.+ U s-​sidien taʼ l-​art taʼ Ġeriko, l-​Amurrin u l-​Pereżin u l-​Kangħanin u l-​Ħittin u l-​Girgasin, il-​Ħiwwin u l-​Ġebusin bdew jiġġildulkom; imma jien tajthom f’idejkom.+ 12 Għaldaqstant, jien bgħatt l-​iskuraġġiment qabilkom, u dan bil-​mod il-​mod keċċiehom minn quddiemkom+—bħalma ġara liż-​żewġ slaten taʼ l-​Amurrin—mhux bis-​sejf tagħkom u mhux bil-​qaws tagħkom.+ 13 B’hekk, tajtkom art li ma kontux tħabattu għaliha u bliet li ma kontux bnejtu,+ u bdejtu tgħammru fihom. Għelieqi tad-​dwieli u msaġar taż-​żebbuġ li ma ħawwiltux qed tieklu.’+

14 “U issa ibżgħu minn Ġeħova+ u aqduh mingħajr nuqqas u bil-​verità,+ u neħħu l-​allat li missirijietkom qdew fuq in-​naħa l-​oħra tax-​Xmara u fl-​Eġittu,+ u aqdu lil Ġeħova. 15 Issa jekk hu ħażin f’għajnejkom li taqdu lil Ġeħova, agħżlu għalikom infuskom illum lil min se taqdu,+ jekk hux l-​allat li qdew missirijietkom li kienu fuq in-​naħa l-​oħra tax-​Xmara+ jew l-​allat taʼ l-​Amurrin li qed tgħammru f’arthom.+ Imma ngħid għalija u għan-​nies taʼ dari, aħna se naqdu lil Ġeħova.”+

16 Għal dan, il-​poplu wieġeb u qal: “Lanqas biss jgħaddilna minn moħħna, min-​naħa tagħna, li nitilqu lil Ġeħova sabiex naqdu allat oħrajn. 17 Għax kien Ġeħova Alla tagħna li ħareġ lilna u lil missirijietna mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ mid-​dar taʼ l-​ilsiera,+ u li wettaq dawn is-​sinjali kbar quddiem għajnejna+ u li baqaʼ jħarisna tul it-​triq kollha li mxejna fiha u fost il-​popli kollha li għaddejna minn ġo nofshom.+ 18 U Ġeħova keċċa minn quddiemna lill-​popli kollha,+ lill-​Amurrin, li kienu qed jgħammru fl-​art. Ngħidu għalina, aħna wkoll se naqdu lil Ġeħova, għax hu Alla tagħna.”+

19 Imbagħad Ġożwè qal lill-​poplu: “Tassew li se tkunu tistgħu taqdu lil Ġeħova? Għax hu Alla qaddis;+ hu Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.+ Ma jaħfirx l-​irvellar tagħkom u dnubietkom.+ 20 Jekk titilqu lil Ġeħova+ u taqdu allat barranin,+ hu wkoll idur għalikom u jagħmlilkom il-​ħsara u jeqridkom għalkollox wara li jkun għamlilkom il-​ġid.”+

21 Għalhekk, il-​poplu qal lil Ġożwè: “Le, imma lil Ġeħova se naqdu!”+ 22 Imbagħad Ġożwè qal lill-​poplu: “Intom xhieda kontrikom stess+ li minn jeddkom għażiltu lil Ġeħova, biex taqduh.”+ Għal dan, huma qalu: “Aħna xhieda.”

23 “U issa neħħu l-​allat barranin li hemm f’nofskom,+ u mejlu qlubkom lejn Ġeħova l-​Alla taʼ Israel.” 24 Għal dan, il-​poplu qal lil Ġożwè: “Lil Ġeħova Alla tagħna se naqdu, u minn leħnu se nisimgħu!”+

25 U dakinhar Ġożwè għamel patt mal-​poplu u stabbilixxa għalihom regolament u deċiżjoni ġudizzjarja+ f’Sikem. 26 Imbagħad Ġożwè kiteb dan il-​kliem fil-​ktieb tal-​liġi t’Alla+ u ħa ġebla kbira+ u waqqafha hemmhekk taħt is-​siġra immensa+ li qiegħda ħdejn is-​santwarju taʼ Ġeħova.

27 U Ġożwè kompla jgħid lill-​poplu kollu: “Ara! Din il-​ġebla se sservi taʼ xiehda kontrina,+ għax din stess semgħet il-​kliem kollu li qalilna Ġeħova, u se sservi taʼ xiehda kontrikom, biex ma tiċħdux lil Alla tagħkom.” 28 Wara dan, Ġożwè bagħat lill-​poplu, kulħadd lejn wirtu.+

29 U ġara li wara dawn l-​affarijiet Ġożwè bin Nun, il-​qaddej taʼ Ġeħova, miet fl-​età taʼ mija u għaxar snin.+ 30 Għalhekk, difnuh fit-​territorju taʼ wirtu f’Timnat-sera,+ fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm, fit-​tramuntana tal-​Muntanja Gagħas. 31 U Israel kompla jaqdi lil Ġeħova l-​jiem kollha taʼ Ġożwè u l-​jiem kollha tax-​xjuħ li baqgħu ħajjin wara Ġożwè+ u li kienu jafu l-​għemejjel kollha li Ġeħova għamel għal Israel.+

32 U l-​għadam taʼ Ġużeppi,+ li wlied Israel kienu ħarġu mill-​Eġittu, difnuh f’Sikem fil-​medda rabaʼ li Ġakobb kien kiseb mingħand ulied Ħamor,+ missier Sikem, għal mitt biċċa flus;+ u din saret taʼ wlied Ġużeppi bħala wirt.+

33 U Elegħażar bin Aron miet ukoll.+ Għalhekk, difnuh fl-​Għolja taʼ Fineħas ibnu,+ li hu kien tah fir-​reġjun muntanjuż t’Efrajm.

Ifisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”

Jiġifieri, “il-​Baħar Mediterran.”

Jew, “u trid taqra minn taħt l-​ilsien.”

Jew, “iddedikajtu għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “Ħa jmutu erwieħna.”

Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “gerbibt ’l hemm.”

Ifisser “Tgerbib ’l Hemm.”

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Relatat m’Għakar (1Kr 2:7), li jfisser “Iġiegħel lil Ħaddieħor Jiġi Mwarrab; Iġib l-​Inkwiet.”

Ifisser “Barrieri.”

Ifisser “Twarrib; Inkwiet.”

Letteralment, “ġavellott.”

Jew, “iddedika għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.

“Għaldaqstant . . . [hu] għamilhom.” Letteralment, “U [hu] tahom.” Bl-​Ebrajk, wajjittenem (minn natan, li minnha ġejja l-​kelma “Netinin.”)

Jew, “iddedikaha għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’versi 28, 35, 37, 39, u 40 ukoll.

Jew, “iddedikawhom għall-​qerda.” Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt. F’versi 12 u 21 ukoll.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt. F’vers 2 ukoll.

Ara Nu 34:11, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “Imbagħad iżżerżqet (niżlet) minn fuq il-​ħmar.”

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

Ara Ġen 26:17, in-​nota taʼ taħt.

“Ħilen” fl-​1Kr 6:58.

“Għasan” f’Ġoż 15:42; 19:7; 1Kr 6:59.

“Għalemet” fl-​1Kr 6:60.

“Ġokmegħam” fl-​1Kr 6:68.

“Għastarot” fl-​1Kr 6:71.

“Remet” f’Ġoż 19:21; “Ramot” fl-​1Kr 6:73.

“Kirjatajm” fl-​1Kr 6:76.

“Rimmono” fl-​1Kr 6:77.

Jew, “tinda tal-​qima.”

Ara Eżo 22:20, in-​nota taʼ taħt.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja