LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Ġwanni 1:1-21:25
  • Skond Ġwanni

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Skond Ġwanni
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Skond Ġwanni

Skond Ġwanni*

1 Fil-bidu+ kien il-​Kelma,*+ u l-​Kelma kien m’Alla,+ u l-​Kelma kien alla.+ 2 Dan kien fil-​bidu+ m’Alla.+ 3 Kollox beda jeżisti permezz tiegħu,+ u mingħajru xejn ma beda jeżisti.

Bdiet teżisti 4 permezz tiegħu l-​ħajja,+ u l-​ħajja kienet id-​dawl+ tal-​bnedmin. 5 U d-​dawl qed jiddi fid-​dlam,+ imma d-​dlam m’għelbux.

6 Kien hemm raġel li ntbagħat bħala rappreżentant t’Alla:+ kien jismu Ġwanni.+ 7 Dan ġie biex jagħti xiehda,+ sabiex jixhed dwar id-​dawl,+ biex kull xorta taʼ nies jemmnu permezz tiegħu.+ 8 Hu ma kienx dak id-​dawl,+ imma ġie biex jixhed+ dwar dak id-​dawl.

9 Id-dawl+ veru li jdawwal+ lil kull xorta taʼ bnedmin+ kien wasal biex jiġi fid-​dinja. 10 Kien fid-​dinja,+ u d-​dinja bdiet teżisti permezz tiegħu,+ imma d-​dinja ma kinitx tafu. 11 Ġie f’daru stess, imma niesu ma laqgħuhx.+ 12 Madankollu, lil dawk kollha li laqgħuh+ tahom l-​awtorità li jsiru wlied Alla,+ għax kienu qed jeżerċitaw il-​fidi f’ismu;+ 13 u ma twildux mid-​demm jew mir-​rieda tal-​laħam jew mir-​rieda tal-​bniedem, imma minn Alla.+

14 U l-​Kelma sar bniedem+ u għammar fostna, u aħna rajna l-​glorja tiegħu, glorja bħal dik taʼ iben uniġenitu+ mingħand missieru; u kien mimli qalb tajba mhix mistħoqqa u verità.+ 15 (Ġwanni xehed dwaru, iva—kien hu li qal dan—fil-​fatt għajjat: “Dak li ġej warajja avanza quddiemi, għax eżista qabli.”)+ 16 Għax mill-​milja+ tiegħu aħna lkoll intwerejna qalb tajba mhix mistħoqqa bla tarf.*+ 17 Għax il-​Liġi ngħatat permezz taʼ Mosè;+ il-​qalb tajba mhix mistħoqqa+ u l-​verità+ seħħew permezz taʼ Ġesù Kristu. 18 Ebda bniedem ma ra lil Alla f’xi żmien;+ kien l-​alla+ uniġenitu li qiegħed fi ħdan+ il-​Missier li spjegah.+

19 Issa din hi x-​xiehda taʼ Ġwanni meta l-​Lhud bagħtulu xi qassisin u Leviti minn Ġerusalemm biex jistaqsuh: “Min int?”+ 20 Hu stqarr u ma ċaħadx, imma stqarr: “M’iniex il-​Kristu.”*+ 21 U staqsewh: “Min int, mela? Elija?”+ U qal: “M’iniex.” “Int il-​Profeta?”+ U wieġeb: “Le!” 22 Għalhekk, staqsewh: “Min int, biex inwieġbu lil dawk li bagħtuna? X’tgħid dwarek innifsek?”+ 23 Qalilhom: “Jien leħen taʼ xi ħadd li qed jgħajjat fix-​xagħri, ‘Iddrittaw it-​triq taʼ Ġeħova,’ bħalma qal il-​profeta Isaija.”+ 24 Issa dawk li ntbagħtu kienu mill-​Fariżej. 25 Għalhekk, staqsewh u qalulu: “Allura int għala tgħammed+ jekk m’intix il-​Kristu jew Elija jew il-​Profeta?” 26 Ġwanni wieġeb u qalilhom: “Jien ngħammed fl-​ilma. F’nofskom+ hemm wieħed li ma tafuhx,+ 27 dak li ġej warajja, imma li jien ma jistħoqqlix inħoll il-​qfieli tas-​sandli tiegħu.”+ 28 Dan seħħ f’Betanja,* in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, fejn kien qed jgħammed Ġwanni.+

29 L-għada lemaħ lil Ġesù ġej lejh u qal: “Ara, il-​Ħaruf+ t’Alla li jneħħi d-​dnub+ tad-​dinja!+ 30 Dan hu li dwaru għedt, Warajja jiġi raġel li avanza quddiemi, għax eżista qabli.+ 31 Lanqas jien ma kont nafu, imma għalhekk ġejt ngħammed fl-​ilma, sabiex hu jintwera lil Israel.”+ 32 Ġwanni xehed ukoll u qal: “Jien rajt l-​ispirtu nieżel bħal ħamiema mis-​sema u jibqaʼ fuqu.+ 33 Lanqas jien ma kont nafu, imma Dak li bagħatni+ ngħammed fl-​ilma qalli, ‘Fuq min tara l-​ispirtu nieżel u jibqaʼ, dan hu li jgħammed bl-​ispirtu qaddis.’+ 34 U jien rajtu dan, u xhedt li dan hu l-​Iben t’Alla.”+

35 L-għada, Ġwanni reġaʼ kien wieqaf maʼ tnejn mid-​dixxipli tiegħu 36 u, x’ħin ra lil Ġesù għaddej, qal: “Ara, il-​Ħaruf+ t’Alla!” 37 U ż-​żewġ dixxipli semgħuh jitkellem u marru wara Ġesù. 38 Imbagħad Ġesù dar u, billi rahom mexjin warajh, qalilhom: “X’qed tfittxu?” Qalulu: “Rabbi, (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Għalliem) fejn qed toqgħod?” 39 Qalilhom: “Ejjew, u taraw.”+ Għaldaqstant, marru u raw fejn kien qed joqgħod, u dakinhar baqgħu miegħu; kienet madwar l-​għaxar siegħa.* 40 Indrì,+ ħu Xmun Pietru, kien wieħed mit-​tnejn li semgħu dak li qal Ġwanni u marru wara Ġesù. 41 L-ewwel dan sab lil ħuh Xmun u qallu: “Sibna ’l-Messija”+ (kelma li meta tiġi tradotta tfisser Kristu).+ 42 U ħadu għand Ġesù. Meta Ġesù ħares+ lejh qallu: “Int Xmun+ bin Ġwanni;+ int tissejjaħ Kefa” (isem li bil-​Grieg hu tradott Pietru).*+

43 L-għada Ġesù xtaq jitlaq lejn il-​Galilija. Sab lil Filippu+ u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ 44 Issa Filippu kien minn Betsajda,+ mill-​belt taʼ Indrì u Pietru. 45 Filippu sab lil Natanjel+ u qallu: “Sibna lil dak li Mosè, fil-​Liġi,+ u l-​Profeti+ kitbu dwaru—Ġesù, bin Ġużeppi,+ minn Nazaret.” 46 Imma Natanjel qallu: “Tistaʼ xi ħaġa tajba toħroġ minn Nazaret?”+ Filippu qallu: “Ejja u ara.” 47 Ġesù ra lil Natanjel ġej lejh u qal dwaru: “Ara, Israeli fil-​veru sens tal-​kelma, li fih m’hemm ebda qerq.”+ 48 Qallu Natanjel: “Kif tafni?” Ġesù wieġeb u qallu: “Rajtek qabel ma sejjaħlek Filippu, waqt li int kont taħt is-​siġra tat-​tin.” 49 Wieġbu Natanjel: “Rabbi, int l-​Iben t’Alla,+ int is-​Sultan+ taʼ Israel.” 50 Ġesù wieġeb u qallu: “Għax għedtlek li rajtek taħt is-​siġra tat-​tin qed temmen? Għad tara affarijiet akbar minn dawn.” 51 Qallu wkoll: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Għad taraw is-​sema miftuħ u l-​anġli+ t’Alla telgħin u neżlin lejn Bin il-​Bniedem.”+

2 Issa, fit-​tielet jum, kien hemm festa tat-​tieġ f’Kana+ tal-​Galilija, u omm+ Ġesù kienet hemmhekk. 2 Ġesù u d-​dixxipli tiegħu wkoll kienu mistidnin għall-​festa tat-​tieġ.

3 Meta naqashom l-​inbid, omm+ Ġesù qaltlu: “M’għandhomx inbid.” 4 Imma Ġesù qalilha: “X’għandi x’naqsam miegħek,* mara?+ Is-​siegħa tiegħi għadha ma waslitx.”+ 5 Ommu qalet lil dawk li kienu qed iservu: “Agħmlu kulma jgħidilkom.”+ 6 Issa kien hemm sitt ġarar tal-​ġebel għall-​ilma, imqegħdin hemmhekk kif kien mitlub mir-​regoli tal-​purifikazzjoni+ tal-​Lhud. Kull waħda minnhom kienet tesaʼ żewġ jew tliet metreti.* 7 Qalilhom Ġesù: “Imlew il-​ġarar bl-​ilma.” U huma mlewhom sax-​xifer. 8 Imbagħad qalilhom: “Issa ħudu ftit minnu u agħtuh lill-​kap tal-​festa.” U hekk għamlu. 9 Issa, meta l-​kap tal-​festa daq l-​ilma mibdul fi nbid,+ peress li ma kienx jaf minfejn ġie, għalkemm dawk li kienu qed iservu u li kienu ħadulu l-​ilma kienu jafu, il-​kap tal-​festa sejjaħ lill-​għarus 10 u qallu: “Kulħadd joħroġ l-​ewwel l-​aħjar inbid,+ u meta n-​nies ikunu xurbana, imbagħad joħroġ l-​inferjuri. Int żammejt l-​aħjar inbid s’issa.” 11 Ġesù għamel dan f’Kana tal-​Galilija bħala l-​bidu tas-​sinjali tiegħu, u wera l-​glorja+ tiegħu; u d-​dixxipli tiegħu poġġew il-​fidi tagħhom fih.

12 Wara dan, niżel Kafarnahum+ m’ommu u ħutu+ u d-​dixxipli tiegħu, imma ma qagħdux hemmhekk ħafna jiem.

13 Issa l-​festa tal-​Qbiż+ tal-​Lhud kienet qrib, u Ġesù telaʼ Ġerusalemm.+ 14 U fit-​tempju sab nies ibigħu l-​baqar u n-​nagħaġ u l-​ħamiem+ u oħrajn bil-​qiegħda jsarrfu l-​flus. 15 Għalhekk, għamel frosta tal-​ħbula u keċċa mit-​tempju lil kulmin kellu n-​nagħaġ u l-​baqar, u xerred il-​muniti tas-​sarrafa tal-​flus u qalbilhom l-​imwejjed.+ 16 U qal lil dawk li kienu qed ibigħu l-​ħamiem: “Neħħu dawn minn hawn! Tibqgħux tagħmlu dar+ Missieri dar tal-​merkanzija!”+ 17 Id-dixxipli tiegħu ftakru li hu miktub: “Iż-​żelu għal darek jikolni.”+

18 Imbagħad għal dan, il-​Lhud qalulu: “X’sinjal+ għandek x’turina, ladarba qed tagħmel dan?” 19 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Ġarrfu dan it-​tempju+ u fi tlett ijiem intellgħu.” 20 Għalhekk, il-​Lhud qalulu: “Dan it-​tempju nbena f’sitta u erbgħin sena, u int se ttellgħu fi tlett ijiem?” 21 Imma hu kien qed jitkellem dwar it-​tempju+ taʼ ġismu. 22 Iżda, meta ġie mqajjem mill-​imwiet, id-​dixxipli tiegħu ftakru+ li hu kien jgħidu dan; u emmnu l-​Iskrittura u l-​kliem li qal Ġesù.

23 Madankollu, meta kien f’Ġerusalemm għall-​festa+ tal-​Qbiż, ħafna nies poġġew il-​fidi tagħhom f’ismu,+ għax raw is-​sinjali li kien qed jagħmel.+ 24 Imma min-​naħa tiegħu, Ġesù ma kienx qed jafda+ ruħu f’idejhom għax kien jafhom ilkoll 25 u għax ma kellux bżonn min jixhidlu dwar il-​bniedem, għax hu stess kien jaf x’hemm fil-​bniedem.+

3 Issa kien hemm raġel mill-​Fariżej, jismu Nikodemu,+ li kien wieħed mill-​ħakkiema tal-​Lhud. 2 Dan ġie għandu bil-​lejl+ u qallu: “Rabbi+ aħna nafu li int bħala għalliem+ ġejt mingħand Alla;+ għax ħadd ma jistaʼ jwettaq dawn is-​sinjali+ li qed twettaq int jekk Alla ma jkunx miegħu.”+ 3 Ġesù wieġeb u qallu:+ “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-​ġdid,+ ma jistax jara s-​saltna t’Alla.”+ 4 Qallu Nikodemu: “Kif jistaʼ bniedem jitwieled meta jkun xiħ? Ma jistax jidħol f’ġuf ommu t-​tieni darba u jitwieled, hux hekk?” 5 Wieġbu Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidlek, Jekk wieħed ma jitwilidx mill-​ilma+ u mill-​ispirtu,+ ma jistax jidħol fis-​saltna t’Alla. 6 Dak li twieled mil-​laħam hu laħam, u dak li twieled mill-​ispirtu hu spirtu.+ 7 Tistagħġibx għax għedtlek, Tridu titwieldu mill-​ġdid.+ 8 Ir-riħ+ jonfoħ fejn irid, u int tismaʼ l-​ħoss tiegħu, imma ma tafx mnejn jiġi u fejn sejjer. Hekk ukoll kulmin twieled mill-​ispirtu.”+

9 Nikodemu wieġeb u qallu: “Kif jistaʼ jkun dan?” 10 Ġesù wieġeb u qallu: “Int għalliem taʼ Israel u ma tafux dan?+ 11 Tassew, tassew, ngħidlek, Nitkellmu dwar dak li nafu u nixhdu+ dwar dak li rajna, imma intom ma tilqgħuhiex ix-​xiehda li nagħtu.+ 12 Jekk kellimtkom dwar affarijiet taʼ l-​art u xorta ma temmnux, kif se temmnu jekk inkellimkom dwar affarijiet tas-​sema?+ 13 Iktar minn hekk, ebda bniedem ma telaʼ fis-​sema+ ħlief dak li niżel mis-​sema,+ Bin il-​bniedem.+ 14 U bħalma Mosè għolla s-​serp+ fix-​xagħri, hekk jeħtieġ jitgħolla Bin il-​bniedem,+ 15 biex kulmin jemmen fih ikollu l-​ħajja taʼ dejjem.+

16 “Għax Alla tant ħabb+ lid-​dinja li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu,+ biex kulmin jeżerċita l-​fidi+ fih ma jinqeridx+ imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.+ 17 Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-​dinja biex jiġġudika+ d-​dinja, imma biex id-​dinja tiġi salvata+ permezz tiegħu. 18 Min jeżerċita l-​fidi fih ma jiġix ġudikat.+ Min ma jeżerċitax il-​fidi diġà ġie ġudikat, għax m’eżerċitax il-​fidi f’isem l-​Iben uniġenitu t’Alla.+ 19 Issa fuq dan hu bbażat il-​ġudizzju, li d-​dawl+ ġie fid-​dinja+ imma l-​bnedmin ħabbew id-​dlam minflok id-​dawl,+ għax l-​għemejjel tagħhom kienu mill-​agħar. 20 Għax min jipprattika affarijiet vili+ jobgħod id-​dawl u ma jiġix għad-​dawl, sabiex l-​għemejjel tiegħu ma jinkixfux.+ 21 Imma min jagħmel dak li hu veru jiġi għad-​dawl,+ sabiex l-​għemejjel tiegħu jidhru li saru fi qbil mar-​rieda t’Alla.”

22 Wara dan, Ġesù u d-​dixxipli tiegħu marru fl-​art tal-​Lhudija, u hemmhekk qattaʼ xi żmien magħhom u kien jgħammed.+ 23 Imma Ġwanni+ wkoll kien qed jgħammed f’Għajnun qrib Salim, għax kien hemm kwantità kbira taʼ ilma+ hemmhekk, u n-​nies baqgħu jiġu biex jitgħammdu;+ 24 għax Ġwanni kien għadu ma ntefax il-​ħabs.+

25 Għalhekk, qamet kwistjoni min-​naħa tad-​dixxipli taʼ Ġwanni maʼ wieħed Lhudi dwar il-​purifikazzjoni.+ 26 U ġew għand Ġwanni u qalulu: “Rabbi, ir-​raġel li kien miegħek in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, li int xhedt dwaru,+ ara, dan qed jgħammed u kulħadd sejjer għandu.”+ 27 Ġwanni wieġeb u qal: “Wieħed ma jistaʼ jirċievi xejn jekk ma jingħatalux mis-​sema.+ 28 Intom stess tixhduli li għedt, M’iniex il-​Kristu,+ imma ntbgħatt qablu.+ 29 Dak li għandu l-​għarusa hu l-​għarus.+ Madankollu, meta l-​ħabib taʼ l-​għarus jieqaf u jisimgħu, jifraħ ħafna minħabba leħen l-​għarus. Għalhekk, dan il-​ferħ tiegħi ntgħamel sħiħ.+ 30 Jeħtieġ li dak jibqaʼ jikber, imma jien nibqaʼ niċkien.”

31 Dak li jiġi minn fuq hu fuq l-​oħrajn kollha.+ Dak li hu mill-​art hu mill-​art u jitkellem dwar affarijiet taʼ l-​art.+ Dak li jiġi mis-​sema hu fuq l-​oħrajn kollha.+ 32 Hu jixhed dwar dak li ra u semaʼ,+ imma l-​ebda bniedem ma qed jaċċetta x-​xiehda tiegħu.+ 33 Min aċċetta x-​xiehda tiegħu ttimbra b’siġill il-​fatt li Alla hu veru.+ 34 Għax dak li ntbagħat minn Alla jgħid il-​kliem t’Alla,+ għax hu ma jagħtix l-​ispirtu bil-​qjies.+ 35 Il-Missier iħobb+ lill-​Iben u tah kollox f’idejh.+ 36 Min jeżerċita l-​fidi+ fl-​Iben għandu l-​ħajja taʼ dejjem;+ min ma jobdix lill-​Iben ma jarax il-​ħajja,+ imma l-​korla t’Alla tibqaʼ fuqu.+

4 Issa, meta l-​Mulej intebaħ li l-​Fariżej kienu semgħu li Ġesù kien qed jagħmel u jgħammed+ iktar dixxipli minn Ġwanni— 2 għalkemm, tabilħaqq, Ġesù nnifsu ma kienx jgħammed imma d-​dixxipli tiegħu— 3 ħalla l-​Lhudija u telaq mill-​ġdid lejn il-​Galilija. 4 Imma kien jeħtieġlu jgħaddi mis-​Samarija.+ 5 Għaldaqstant ġie f’belt tas-​Samarija, jisimha Sikar, qrib l-​għalqa li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi.+ 6 Fil-fatt, hemmhekk kien hemm l-​għajn taʼ Ġakobb.+ Issa, billi kien għajjien mill-​vjaġġ, Ġesù qagħad bil-​qiegħda ħdejn l-​għajn kif kien. Kienet madwar is-​sitt siegħa.*

7 Imbagħad ġiet mara mis-​Samarija ttellaʼ l-​ilma. Qalilha Ġesù: “Agħtini nixrob.” 8 (Għax id-​dixxipli tiegħu kienu marru l-​belt jixtru l-​ikel.) 9 Għalhekk, il-​mara Samaritana qaltlu: “Dan kif, minkejja li int Lhudi, titlobni biex tixrob, meta jien mara Samaritana?” (Għax il-​Lhud ma jagħmluhiex mas-​Samaritani.)+ 10 Ġesù wieġeb u qalilha: “Kieku għaraft l-​għotja b’xejn+ mingħand Alla u min+ qed jgħidlek, ‘Agħtini nixrob,’ kont titolbu int, u kien jagħtik ilma ħaj.”+ 11 Qaltlu: “Sinjur, lanqas biss għandek barmil biex ittellaʼ l-​ilma, u l-​bir fond. Għalhekk, minfejn se ġġibu dan l-​ilma ħaj? 12 M’intix akbar+ minn missierna Ġakobb, li tana l-​bir u li hu stess xorob minnu flimkien maʼ wliedu u l-​bhejjem tiegħu, hux hekk?” 13 Ġesù wieġeb u qalilha: “Kulmin jixrob minn dan l-​ilma jerġaʼ jaqbdu l-​għatx. 14 Kulmin jixrob mill-​ilma li nagħtih jien qatt iktar ma jaqbdu għatx,+ imma l-​ilma li nagħtih jien isir fih għajn taʼ ilma ġieri+ biex jagħtih il-​ħajja taʼ dejjem.”+ 15 Il-mara qaltlu: “Sinjur, agħtini dan l-​ilma, sabiex la jaqbadni għatx u lanqas noqgħod ġejja u sejra f’dan il-​post biex intellaʼ l-​ilma.”

16 Qalilha: “Mur sejjaħ lil żewġek u ejja hawnhekk.” 17 Il-mara wieġbet u qaltlu: “M’iniex miżżewġa.” Qalilha Ġesù: “Sewwa għedt, ‘M’iniex miżżewġa.’ 18 Għax kont miżżewġa ħames darbiet u r-​raġel li għandek issa m’huwiex żewġek. Dan int għedtu bil-​verità kollha.” 19 Qaltlu l-​mara: “Sinjur, qed nara li int profeta.+ 20 Missirijietna qiemu fuq din il-​muntanja;+ imma intom tgħidu li f’Ġerusalemm hu l-​post fejn in-​nies għandhom iqimu.”+ 21 Qalilha Ġesù: “Emminni, mara, Ġejja s-​siegħa meta la fuq din il-​muntanja u lanqas f’Ġerusalemm+ ma tqimuh+ lill-​Missier. 22 Intom tqimu dak li ma tafux;+ aħna nqimu dak li nafu, għax is-​salvazzjoni toriġina mil-​Lhud.+ 23 Madankollu, ġejja s-​siegħa, u hi issa, meta l-​aduraturi veri jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu+ u l-​verità,+ għax, tabilħaqq, il-​Missier qed ifittex nies bħal dawn biex iqimuh.+ 24 Alla hu Spirtu,+ u dawk li jqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.”+ 25 Qaltlu l-​mara: “Naf li ġej il-​Messija,+ li jgħidulu Kristu.+ Meta jasal, ixandrilna kollox bil-​miftuħ.” 26 Qalilha Ġesù: “Jien hu, li qed nitkellem miegħek.”+

27 F’dan il-​waqt waslu d-​dixxipli tiegħu u bdew jistagħġbu għax kien qed jitkellem maʼ mara. Naturalment, ħadd ma qal: “Xi trid?” jew, “Għala qed tkellimha?” 28 Għalhekk, il-​mara ħalliet warajha l-​ġarra taʼ l-​ilma u daħlet il-​belt u qalet lin-​nies: 29 “Ejjew araw raġel li qalli kulma għamilt. M’huwiex dan forsi l-​Kristu,+ hux?” 30 Huma ħarġu mill-​belt u bdew ġejjin lejh.

31 Sadanittant, id-​dixxipli tiegħu kienu qed iħeġġuh u jgħidulu: “Rabbi,+ kul.” 32 Imma hu qalilhom: “Għandi ikel x’niekol li ma tafux bih.” 33 Għalhekk, id-​dixxipli bdew jgħidu lil xulxin: “Ħadd ma ġablu x’jiekol, hux?” 34 Qalilhom Ġesù: “L-​ikel+ tiegħi hu li nagħmel ir-​rieda+ taʼ dak li bagħatni u li ntemm xogħlu.+ 35 Ma tgħidux li għad baqaʼ erbaʼ xhur għall-​ħsad? Ara! Ngħidilkom: Erfgħu għajnejkom u ħarsu lejn l-​għelieqi, kif inhuma bojod għall-​ħsad.+ Diġà 36 l-ħassâd qed jitħallas u jiġbor il-​frott għall-​ħajja taʼ dejjem,+ u b’hekk min jiżraʼ+ u min jaħsad jifirħu flimkien.+ 37 Tabilħaqq, f’dan ir-​rigward veru l-​kliem, Wieħed jiżraʼ u l-​ieħor jaħsad. 38 Jien bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih. Oħrajn tħabtu,+ u intom ibbenefikajtu mit-​taħbit tagħhom.”

39 Issa ħafna mis-​Samaritani minn dik il-​belt poġġew il-​fidi+ fih minħabba l-​kelma li xehdet il-​mara: “Hu qalli kulma għamilt.”+ 40 Għalhekk, meta s-​Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh joqgħod magħhom; u qagħad hemmhekk jumejn.+ 41 Għaldaqstant, ħafna iktar nies emmnu minħabba kliemu,+ 42 u bdew jgħidu lill-​mara: “Qed nemmnu, mhux iktar minħabba dak li għedtilna int, imma għax smajnieh aħna stess+ u nafu li dan ir-​raġel żgur hu s-​salvatur+ tad-​dinja.”

43 Wara l-​jumejn, telaq minn hemmhekk lejn il-​Galilija.+ 44 Madankollu, Ġesù nnifsu xehed li profeta m’huwiex onorat f’pajjiżu stess.+ 45 U meta wasal il-​Galilija, il-​Galilin laqgħuh għax kienu raw kulma għamel f’Ġerusalemm fil-​festa,+ peress li huma wkoll kienu marru għall-​festa.+

46 Għalhekk, reġaʼ ġie f’Kana+ tal-​Galilija, fejn kien biddel l-​ilma fi nbid.+ Issa kien hemm wieħed qaddej tas-​sultan li kellu ibnu marid f’Kafarnahum.+ 47 Meta dan ir-​raġel semaʼ li Ġesù kien telaq mil-​Lhudija u ġie l-​Galilija, mar għandu u beda jitolbu biex jinżel u jfejjaq lil ibnu, għax dan kien wasal biex imut. 48 Madankollu, Ġesù qallu: “Jekk ma tarawx sinjali+ u għeġubijiet,+ żgur ma temmnux.” 49 Qallu l-​qaddej tas-​sultan: “Mulej, inżel qabel ma jmutli t-​tifel.” 50 Qallu Ġesù: “Mur;+ ibnek jgħix.”+ Ir-​raġel emmen dak li qallu Ġesù u telaq. 51 Issa, hu u nieżel, l-​ilsiera tiegħu ltaqgħu miegħu biex jgħidulu li t-​tifel tiegħu kien ħaj.+ 52 Għalhekk, beda jistaqsihom is-​siegħa li fiha għadda għall-​aħjar. U qalulu: “Il-​bieraħ fis-​sebaʼ siegħa* ħallieh id-​deni.”+ 53 Għalhekk, il-​missier kien jaf li din kienet l-​istess siegħa+ li fiha Ġesù qallu: “Ibnek jgħix.” U emmen hu u daru kollha.+ 54 Jerġaʼ dan kien it-​tieni sinjal+ li għamel Ġesù meta telaq mil-​Lhudija u ġie l-​Galilija.

5 Wara dan kien hemm festa+ tal-​Lhud, u Ġesù telaʼ Ġerusalemm. 2 Issa f’Ġerusalemm ħdejn bieb in-​nagħaġ+ hemm għadira, li bl-​Ebrajk jisimha Betzata, b’ħames loġoġ bil-​kolonni. 3 F’dawn kien hemm mixħuta maʼ l-​art kotra taʼ morda, għomja, zopop, u nies b’partijiet minn ġisimhom nexfin. 4* —— 5 U kien hemm wieħed raġel li kien ilu marid tmienja u tletin sena. 6 Ġesù ra lil dan ir-​raġel mixħut maʼ l-​art u, peress li kien jaf li kien ilu marid żmien twil,+ qallu: “Trid tfiq?”+ 7 Wieġbu l-​marid: “Sinjur, m’għandix min iniżżilni fl-​għadira meta l-​ilma jiċċaqlaq; u x’ħin inkun nieżel jien, xi ħadd ieħor jinżel qabli.” 8 Qallu Ġesù: “Qum, erfaʼ soddtok, u imxi.”+ 9 Għal dan, ir-​raġel fieq minnufih, refaʼ soddtu, u beda jimxi.

Issa dakinhar kien is-​Sabat.*+ 10 Għalhekk, il-​Lhud bdew jgħidu lir-​raġel imfejjaq: “Illum is-​Sabat; skond il-​liġi+ ma tistax iġġorr soddtok.” 11 Imma hu wiġibhom: “Kien dak li fejjaqni li qalli, ‘Erfaʼ soddtok u imxi.’” 12 Staqsewh: “Min hu r-​raġel li qallek, ‘Erfaʼ soddtok u imxi’?” 13 Imma r-​raġel imfejjaq ma kienx jaf min kien, għax Ġesù kien warrab minħabba li l-​post kien iffollat.

14 Wara dan, Ġesù sabu fit-​tempju u qallu: “Ara, int fiqt. Tidnibx iżjed, sabiex ma tiġrilekx xi ħaġa agħar.” 15 Ir-raġel telaq u qal lil-​Lhud li kien Ġesù li fejqu. 16 Għalhekk, minħabba dan, il-​Lhud bdew jippersegwitaw+ lil Ġesù għax kien qed jagħmel dan fis-​Sabat. 17 Imma hu wiġibhom: “Missieri baqaʼ jaħdem s’issa, u jien nibqaʼ naħdem.”+ 18 Minħabba f’hekk il-​Lhud iktar bdew ifittxu opportunità biex joqtluh,+ għax mhux biss kien qed jikser is-​Sabat imma wkoll kien qed jgħid li Alla hu Missieru,+ u b’hekk jagħmel lilu nnifsu ugwali+ m’Alla.

19 Għaldaqstant, biex iwiġibhom, Ġesù kompla jgħidilhom: “Tassew, tassew, ngħidilkom, L-​Iben ma jistaʼ jagħmel xejn minn rajh, imma jagħmel biss dak li jara lill-​Missier jagħmel.+ Għax kulma jagħmel il-​Missier, jagħmlu wkoll l-​Iben bl-​istess mod. 20 Għax il-​Missier għandu affezzjoni lejn l-​Iben+ u jurih kulma jagħmel, u għad jurih għemejjel akbar minn dawn, sabiex tibqgħu mistagħġbin.+ 21 Għax bħalma l-​Missier iqajjem il-​mejtin u jagħtihom il-​ħajja,+ hekk ukoll l-​Iben jagħti l-​ħajja lil min irid.+ 22 Għax il-​Missier ma jiġġudika lil ħadd, imma ħalla f’idejn l-​Iben biex jiġġudika lil kulħadd,+ 23 sabiex kulħadd jonora lill-​Iben+ bħalma jonora lill-​Missier. Min ma jonorax lill-​Iben ma jonorax lill-​Missier li bagħtu.+ 24 Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jismaʼ kelmti u jemmen lil dak li bagħatni għandu l-​ħajja taʼ dejjem,+ u ma jingħatax ġudizzju imma jkun għadda mill-​mewt għall-​ħajja.+

25 “Tassew, tassew, ngħidilkom, Ġejja s-​siegħa, u hi issa, meta l-​mejtin+ jisimgħu leħen+ l-​Iben t’Alla u dawk li jkunu taw kas, jgħixu.+ 26 Għax bħalma l-​Missier għandu l-​ħajja fih innifsu,+ hekk ukoll ta lill-​Iben li jkollu l-​ħajja fih innifsu.+ 27 U tah awtorità biex jiġġudika,+ għax hu Bin il-​bniedem.+ 28 Tistagħġbux b’dan, għax ġejja s-​siegħa li fiha dawk kollha li qegħdin fl-​oqbra tat-​tifkira+ jisimgħu leħnu 29 u joħorġu, dawk li għamlu t-​tajjeb għal irxoxt taʼ ħajja,+ dawk li pprattikaw affarijiet vili għal irxoxt taʼ ġudizzju.+ 30 Ma nistaʼ nagħmel xejn minn rajja; bħalma nismaʼ, niġġudika; u l-​ġudizzju li nagħti hu ġust,+ għax ma nfittixx ir-​rieda tiegħi imma r-​rieda+ taʼ dak li bagħatni.

31 “Jekk nixhed jien biss+ dwari nnifsi, ix-​xiehda tiegħi ma tkunx vera.+ 32 Hemm ieħor li jixhed dwari, u naf li dak li hu jixhed+ dwari hu veru. 33 Intom bgħattu xi rġiel għand Ġwanni, u dan xehed għall-​verità.+ 34 Madankollu, ma naċċettax ix-​xiehda taʼ bniedem, imma ngħid dan biex tiġu salvati.+ 35 Dak ir-​raġel kien musbieħ jixgħel u jiddi, u għal żmien qasir kontu lesti li tifirħu bil-​kbir fid-​dawl tiegħu.+ 36 Imma jien għandi x-​xiehda li hi akbar minn dik taʼ Ġwanni, għax l-​għemejjel li tani Missieri biex inwettaq, dawn l-​istess għemejjel li qed nagħmel,+ jixhdu dwari li kien il-​Missier li bagħatni. 37 Ukoll, il-​Missier li bagħatni xehed dwari hu stess.+ Intom la qatt smajtu leħnu u lanqas rajtu s-​sura tiegħu;+ 38 u l-​kelma tiegħu ma tibqax fikom, għax lil dak li hu bagħat, ma temmnuhx.

39 “Qed tfittxu fl-​Iskrittura,+ għax taħsbu li permezz tagħha jkollkom il-​ħajja taʼ dejjem; u din stess tixhed dwari.+ 40 Imma intom ma tridux tiġu għandi biex ikollkom il-​ħajja.+ 41 Jien ma naċċettax glorja mingħand il-​bnedmin,+ 42 imma naf tajjeb li m’għandkomx l-​imħabba t’Alla fikom.+ 43 Jien ġejt f’isem Missieri,+ imma intom ma tilqgħunix; kieku ġie ħaddieħor f’ismu stess, kontu tilqgħuh. 44 Kif tistgħu temmnu, meta qed taċċettaw glorja+ mingħand xulxin u m’intomx tfittxu l-​glorja mingħand l-​uniku Alla?+ 45 Taħsbux li se nakkużakom jien quddiem il-​Missier; hemm min jakkużakom, Mosè,+ li fih ittamajtu. 46 Fil-fatt, kieku emmintu lil Mosè kontu temmnu lili, għax hu kiteb dwari.+ 47 Imma jekk ma temmnux dak li kiteb hu,+ kif se temmnu dak li ngħid jien?”

6 Wara dan, Ġesù telaq lejn in-​naħa l-​oħra tal-​baħar* tal-​Galilija, jew taʼ Tiberija.+ 2 Imma folla kbira baqgħet sejra warajh, għax kienu qed jaraw is-​sinjali li kien qed iwettaq fuq il-​morda.+ 3 Għalhekk, Ġesù telaʼ fuq muntanja,+ u hemmhekk qagħad bil-​qiegħda mad-​dixxipli tiegħu. 4 Issa kien qorob il-​Qbiż,+ il-​festa tal-​Lhud. 5 Għaldaqstant, meta refaʼ għajnejh u ra li kienet ġejja lejh folla kbira, Ġesù qal lil Filippu: “Minfejn se nixtru l-​ħobż biex dawn ikollhom x’jieklu?”+ 6 Madankollu, kien qed jgħidlu dan bi prova biex jara x’se jgħid, għax hu stess kien jaf x’se jagħmel. 7 Wieġbu Filippu: “Lanqas mitejn dinar* ħobż m’huma biżżejjed għalihom biex kulħadd jieħu ftit.”+ 8 Wieħed mid-​dixxipli tiegħu, Indrì ħu Xmun Pietru, qallu: 9 “Hawn tifel żgħir li għandu ħames ħobżiet tax-​xgħir+ u żewġ ħutiet żgħar. Imma dawn x’inhuma għal dawn in-​nies kollha?”+

10 Qal Ġesù: “Qiegħdu lin-​nies bil-​qiegħda.”+ Issa kien hemm ħafna ħaxix fil-​post. Għalhekk, l-​irġiel qagħdu bil-​qiegħda, u dawn kienu jgħoddu madwar ħamest elef.+ 11 Imbagħad, Ġesù ħa l-​ħobż u, wara li radd ħajr, qassmu lil dawk li kienu bil-​qiegħda u, bl-​istess mod, tahom kemm riedu mill-​ħut żgħir.+ 12 U meta xebgħu,+ qal lid-​dixxipli tiegħu: “Iġbru l-​bċejjeċ li fadal biex ma jinħela xejn.” 13 Għalhekk, ġabruhom u mlew tnax-il qoffa bil-​bċejjeċ li tħallew minn dawk li kienu kielu mill-​ħames ħobżiet tax-​xgħir.+

14 B’hekk, meta raw is-​sinjali li wettaq, in-​nies bdew jgħidu: “Dan żgur li hu l-​profeta+ li kellu jiġi fid-​dinja.” 15 Għalhekk, billi kien jaf li kienu ġejjin jaqbduh biex jagħmluh sultan, Ġesù reġaʼ telaq+ għalih waħdu fuq il-​muntanja.

16 X’ħin sar fil-​għaxija, id-​dixxipli tiegħu niżlu ħdejn il-​baħar,+ 17 u telgħu fid-​dgħajsa biex jaqsmu l-​baħar lejn Kafarnahum. Sadanittant kien dalam u Ġesù kien għadu ma ġiex ħdejhom. 18 Ukoll, il-​baħar beda jitqawwa għax kien qed jonfoħ riħ qawwi.+ 19 Madankollu, meta kienu qadfu madwar ħames jew sitt kilometri,* lemħu lil Ġesù miexi fuq il-​baħar u riesaq lejn id-​dgħajsa; u mtlew bil-​biżaʼ.+ 20 Imma qalilhom: “Hu jien; tibżgħux!”+ 21 Għalhekk, riedu jtellgħuh fid-​dgħajsa, iżda minnufih id-​dgħajsa waslet l-​art fejn kienu qed jipprovaw imorru.+

22 L-għada, il-​folla li kienet wieqfa fuq in-​naħa l-​oħra tal-​baħar rat li ma kienx hemm dgħajjes hemmhekk ħlief waħda żgħira, u li Ġesù ma kienx telaʼ fid-​dgħajsa mad-​dixxipli tiegħu imma li d-​dixxipli biss kienu telqu; 23 u waslu xi dgħajjes żgħar minn Tiberija ħdejn il-​post fejn kielu l-​ħobż wara li l-​Mulej kien radd ħajr. 24 Għalhekk, meta n-​nies raw li la Ġesù u lanqas id-​dixxipli tiegħu ma kienu hemmhekk, telgħu fuq dawn id-​dgħajjes u marru Kafarnahum ifittxu+ lil Ġesù.

25 Imbagħad, meta sabuh in-​naħa l-​oħra tal-​baħar, qalulu: “Rabbi,+ meta ġejt hawnhekk?” 26 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Intom mhux qed tfittxuni għax rajtu s-​sinjali imma għax kiltu mill-​ħobż u xbajtu.+ 27 Taħdmux għall-​ikel li jintemm+ imma għall-​ikel li jibqaʼ għall-​ħajja taʼ dejjem,+ li jagħtikom Bin il-​bniedem; għax lil dan, il-​Missier, iva, Alla, immarkah bis-​siġill taʼ l-​approvazzjoni tiegħu.”+

28 Għalhekk, qalulu: “Xi rridu nagħmlu biex inwettqu l-​għemejjel t’Alla?” 29 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Dan hu l-​għemil t’Alla, li teżerċitaw il-​fidi+ f’dak li Hu bagħat.”+ 30 Għalhekk, qalulu: “Allura, x’sinjal qed twettaq,+ sabiex narawh u nemmnuk? X’għemil qed tagħmel? 31 Missirijietna kielu l-​manna+ fix-​xagħri, bħalma hu miktub, ‘Tahom jieklu ħobż mis-​sema.’”+ 32 Għaldaqstant, Ġesù qalilhom: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Mosè ma takomx il-​ħobż mis-​sema, imma Missieri jagħtikom il-​ħobż veru mis-​sema.+ 33 Għax il-​ħobż t’Alla hu dak li jinżel mis-​sema u jagħti l-​ħajja lid-​dinja.” 34 Għalhekk, qalulu: “Mulej, agħtina dejjem dan il-​ħobż.”+

35 Qalilhom Ġesù: “Jien il-​ħobż tal-​ħajja. Min jiġi għandi żgur ma jaqbdux ġuħ, u min jeżerċita l-​fidi fija żgur li qatt ma jaqbdu għatx.+ 36 Imma jien għedtilkom, Intom saħansitra rajtuni u xorta ma temmnux.+ 37 Dawk kollha li jagħtini l-​Missier jiġu għandi, u min jiġi għandi żgur ma nkeċċihx;+ 38 għax jien ma nżiltx mis-​sema+ biex nagħmel ir-​rieda tiegħi imma r-​rieda taʼ dak li bagħatni.+ 39 Din hi r-​rieda taʼ dak li bagħatni, li ma nitlef lil ħadd minn dawk kollha li tani imma li nirxoxtah+ fl-​aħħar jum. 40 Għax din hi r-​rieda taʼ Missieri, li kulmin jara lill-​Iben u jeżerċita l-​fidi fih ikollu l-​ħajja taʼ dejjem,+ u jien nirxoxtah fl-​aħħar jum.”+

41 Għalhekk, il-​Lhud bdew igergru għalih għax qal: “Jien il-​ħobż li niżel mis-​sema”;+ 42 u bdew jgħidu:+ “Dan mhux Ġesù bin Ġużeppi,+ u lil missieru u lil ommu ma nafuhomx? Issa kif qed jgħid, ‘Inżilt mis-​sema’?” 43 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Tibqgħux tgergru bejnietkom. 44 Ebda bniedem ma jistaʼ jiġi għandi jekk ma jiġbdux+ il-​Missier li bagħatni; u jien nirxoxtah fl-​aħħar jum.+ 45 Hu miktub fil-​Profeti, ‘U lkoll ikunu mgħallmin minn Ġeħova.’+ Kulmin semaʼ mingħand il-​Missier u tgħallem, jiġi għandi.+ 46 Mhux għax xi ħadd ra lill-​Missier,+ ħlief dak li hu minn Alla; dan rah lill-​Missier.+ 47 Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jemmen għandu l-​ħajja taʼ dejjem.+

48 “Jien il-​ħobż+ tal-​ħajja. 49 Missirijietkom kielu l-​manna+ fix-​xagħri u xorta mietu. 50 Dan hu l-​ħobż li jinżel mis-​sema, sabiex kulmin jiekol minnu ma jmutx. 51 Jien il-​ħobż ħaj li niżel mis-​sema; jekk xi ħadd jiekol minn dan il-​ħobż jgħix għal dejjem; u, fil-​fatt, il-​ħobż li se nagħti hu laħmi+ għall-​ħajja tad-​dinja.”+

52 Għalhekk, il-​Lhud bdew jiġġieldu bejniethom u jgħidu: “Kif jistaʼ dan ir-​raġel jagħtina laħmu biex nikluh?” 53 Għaldaqstant, Ġesù qalilhom: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk ma tiklux il-​laħam+ taʼ Bin il-​bniedem u ma tixorbux demmu,+ m’għandkom ebda ħajja+ fikom infuskom. 54 Min jiekol laħmi u jixrob demmi għandu l-​ħajja taʼ dejjem, u jien nirxoxtah+ fl-​aħħar jum; 55 għax laħmi hu ikel veru, u demmi xorb veru. 56 Min jiekol laħmi u jixrob demmi jibqaʼ f’unjoni miegħi, u jien f’unjoni miegħu.+ 57 Bħalma bagħatni l-​Missier li hu ħaj+ u jien ngħix minħabba l-​Missier, anki min jiekol minni, dan ukoll jgħix minħabba fija.+ 58 Dan hu l-​ħobż li niżel mis-​sema. M’huwiex bħal meta missirijietkom kielu u mietu xorta waħda. Min jiekol dan il-​ħobż jgħix għal dejjem.”+ 59 Dan qalu waqt li kien qed jgħallem pubblikament f’assemblea f’Kafarnahum.

60 Għalhekk, meta semgħu dan, ħafna mid-​dixxipli tiegħu qalu: “Dan id-​diskors ikexkxek; min jiflaħ jisimgħu?”+ 61 Imma, peress li kien jaf li d-​dixxipli tiegħu kienu qed igergru dwar dan, Ġesù qalilhom: “Ifixkilkom+ dan? 62 Mela, x’tgħidu kieku kellkom taraw lil Bin il-​bniedem tielaʼ fejn kien qabel?+ 63 Hu l-​ispirtu li jagħti l-​ħajja;+ il-​laħam ma jiswa għal xejn. Il-​kliem li għedtilkom hu spirtu+ u ħajja.+ 64 Imma hemm xi wħud minnkom li ma jemmnux.” Għax sa mill-​bidu Ġesù kien jaf min kienu dawk li ma jemmnux u min kien dak li kellu jittradih.+ 65 Imbagħad, kompla jgħidilhom: “Huwa għalhekk li għedtilkom, Ħadd ma jistaʼ jiġi għandi jekk ma jingħatalux mill-​Missier.”+

66 Minħabba dan, ħafna mid-​dixxipli tiegħu marru lura lejn dak li ħallew warajhom+ u ma baqgħux mexjin warajh.+ 67 Għalhekk, Ġesù qal lit-​tnax: “Ma tridux tmorru intom ukoll, hux?” 68 Wieġbu Xmun Pietru:+ “Mulej, għand min tridna mmorru?+ Int għandek il-​kliem tal-​ħajja taʼ dejjem;+ 69 u aħna emminna u sirna nafu li int il-​Qaddis t’Alla.”+ 70 Wiġibhom Ġesù: “Lilkom it-​tnax mhux jien stess għażiltkom?+ Madankollu, wieħed minnkom hu kalunnjatur.”*+ 71 Fil-fatt, kien qed jitkellem dwar Ġuda, bin Xmun l-​Iskarjota, għax kien se jittradih,+ għalkemm kien wieħed mit-​tnax.

7 Issa, wara dan, Ġesù baqaʼ jdur il-​Galilija, għax ma riedx idur il-​Lhudija billi l-​Lhud kienu qed ifittxu opportunità biex joqtluh.+ 2 Madankollu, kienet qorbot il-​festa tal-​Lhud, il-​festa taʼ l-​għerejjex.+ 3 Għalhekk, ħutu+ qalulu: “Itlaq minn hawnhekk u mur il-​Lhudija, sabiex id-​dixxipli tiegħek ukoll jaraw l-​għemejjel li tagħmel. 4 Għax ħadd ma jagħmel xejn bil-​moħbi jekk ikun qed jipprova jsir magħruf pubblikament. La qed tagħmel dawn l-​affarijiet, uri ruħek lid-​dinja.” 5 Fil-fatt, ħutu+ ma kinux qed jeżerċitaw il-​fidi fih.+ 6 Għalhekk, Ġesù qalilhom: “Għalija l-​waqt għadu mhux preżenti,+ imma għalikom hu dejjem il-​waqt. 7 Id-dinja m’għandhiex għalfejn tobgħodkom, imma lili tobgħodni, għax nixhed dwarha li l-​għemejjel tagħha huma mill-​agħar.+ 8 Itilgħu intom għall-​festa; jien għadni m’iniex tielaʼ għal din il-​festa, għax il-​waqt tiegħi+ għadu ma wasalx għalkollox.”+ 9 Għalhekk, wara li qalilhom dan, baqaʼ fil-​Galilija.

10 Imma wara li ħutu telgħu għall-​festa, imbagħad telaʼ hu wkoll, mhux bid-​dieher imma qisu bil-​moħbi.+ 11 Għalhekk, fil-​festa, il-​Lhud bdew ifittxuh+ u jgħidu: “Fejn hu dak ir-​raġel?” 12 U fost il-​folol sar ħafna diskors minn taħt l-​ilsien dwaru.+ Xi wħud bdew jgħidu: “Hu raġel tajjeb.” Oħrajn bdew jgħidu: “M’huwiex, imma qed iqarraq bil-​folla.” 13 Naturalment, ħadd ma kien jitkellem dwaru fil-​pubbliku, għax kienu jibżgħu mil-​Lhud.+

14 Issa, meta l-​festa kienet waslet f’nofsha, Ġesù telaʼ fit-​tempju u beda jgħallem.+ 15 Għalhekk, il-​Lhud baqgħu mistagħġbin u qalu: “Dan ir-​raġel kif għandu dan l-​għarfien u t-​tagħlim kollu,+ meta ma studjax fl-​iskejjel?”+ 16 Imbagħad, Ġesù wieġeb u qalilhom: “Dak li ngħallem m’huwiex tiegħi, imma taʼ dak li bagħatni.+ 17 Jekk xi ħadd jixtieq jagħmel ir-​rieda Tiegħu, ikun jaf jekk it-​tagħlim huwiex minn Alla+ jew jekk iniex nitkellem minni nnifsi. 18 Min jitkellem minnu nnifsu jfittex il-​glorja tiegħu stess; imma min ifittex il-​glorja+ taʼ dak li bagħtu hu veru u fih m’hemm xejn li mhux sewwa. 19 Mhux Mosè takom il-​Liġi?+ Imma ħadd minnkom ma jobdiha l-​Liġi. Għala qed tipprovaw toqtluni?”+ 20 Wieġbet il-​folla: “Int għandek demonju.+ Min qed jipprova joqtlok?” 21 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Għemil wieħed wettaqt,+ u lkoll qed tistagħġbu. 22 Kien għalhekk li Mosè takom iċ-​ċirkonċiżjoni+—mhux għax ġejja minn Mosè, imma mill-​missirijiet+—u raġel tagħmlulu ċ-​ċirkonċiżjoni fis-​Sabat. 23 Jekk raġel issirlu ċ-​ċirkonċiżjoni fis-​Sabat sabiex ma tinkisirx il-​liġi taʼ Mosè, għala intom irrabjati bl-​aħrax għalija għax fejjaqt għalkollox lil wieħed raġel fis-​Sabat?+ 24 Tibqgħux tiġġudikaw fuq dak li jidher minn barra, imma ġġudikaw b’ġudizzju ġust.”+

25 Għalhekk, xi wħud mill-​abitanti taʼ Ġerusalemm bdew jgħidu: “Dan m’huwiex ir-​raġel li qed ifittxuh biex joqtluh?+ 26 Iżda, ara! Qed jitkellem fil-​pubbliku,+ u m’huma jgħidulu xejn. Il-​ħakkiema ma sarux jafu fiċ-​ċert li dan hu l-​Kristu, hux hekk?+ 27 Għall-kuntrarju, aħna nafu minfejn hu dan ir-​raġel;+ iżda meta jiġi l-​Kristu, ħadd m’għandu jkun jaf minfejn hu.”+ 28 Għalhekk, waqt li kien qed jgħallem fit-​tempju, Ġesù għajjat u qal: “Intom tafu kemm lili u kemm minfejn jien.+ Ukoll, jien ma ġejtx minn rajja,+ imma dak li bagħatni jeżisti tassew,+ u intom ma tafuhx.+ 29 Jien nafu,+ għax jien rappreżentant tiegħu, u Hu bagħatni.”+ 30 Għalhekk, bdew ifittxu opportunità biex jaqbduh,+ imma ħadd ma medd idu fuqu, għax is-​siegħa tiegħu+ kienet għadha ma waslitx. 31 Xorta waħda, ħafna nies mill-​folla poġġew il-​fidi fih;+ u bdew jgħidu: “Meta jasal il-​Kristu mhux se jwettaq iktar sinjali+ milli wettaq dan ir-​raġel, hux hekk?”

32 Il-Fariżej semgħu lill-​folla tgemgem dawn l-​affarijiet dwaru, u l-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej bagħtu xi uffiċjali biex jaqbduh.+ 33 Għalhekk, Ġesù qal: “Qabel ma mmur għand dak li bagħatni nibqaʼ magħkom ftit ieħor.+ 34 Imbagħad tfittxuni,+ imma ma ssibunix, u fejn inkun jien intom ma tistgħux tiġu.”+ 35 Għaldaqstant, il-​Lhud qalu bejniethom: “Dan ir-​raġel fejn bi ħsiebu jmur, biex aħna ma nsibuhx? Mhux bi ħsiebu jmur għand il-​Lhud imxerrdin+ fost il-​Griegi u jgħallem lill-​Griegi, hux? 36 Xi jfisser dan il-​kliem li qal, ‘Tfittxuni, imma ma ssibunix, u fejn inkun jien intom ma tistgħux tiġu’?”

37 Issa fl-​aħħar jum, l-​akbar jum tal-​festa,+ Ġesù kien bil-​wieqfa u għajjat u qal: “Jekk xi ħadd hu bil-​għatx,+ ħa jiġi għandi u jixrob. 38 Min ipoġġi l-​fidi fija,+ bħalma qalet l-​Iskrittura, ‘Mill-​intern tiegħu jgelglu nixxigħat taʼ ilma ħaj.’”+ 39 Madankollu, dan qalu dwar l-​ispirtu li kienu se jirċievu dawk li poġġew il-​fidi fih; għax kien għad m’hemmx spirtu,+ peress li Ġesù kien għadu ma ġiex glorifikat.+ 40 Għalhekk, xi wħud mill-​folla li semgħu dan il-​kliem bdew jgħidu: “Dan żgur il-​Profeta.”+ 41 Oħrajn kienu qed jgħidu: “Dan il-​Kristu.”+ Imma xi wħud kienu qed jgħidu: “Il-​Kristu+ mhux ġej mill-​Galilija, hux tassew?+ 42 Ma qalitx l-​Iskrittura li l-​Kristu ġej minn nisel David,+ u minn Betlehem,+ ir-​raħal fejn kien ikun David?”+ 43 U qamet firda fost il-​folla minħabba fih.+ 44 Iżda xi wħud minnhom riedu jaqbduh, imma ħadd ma medd idejh fuqu.

45 Għalhekk, l-​uffiċjali marru lura għand il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej, u dawn qalulhom: “Għala ma ġibtuhx?” 46 Wieġbu l-​uffiċjali: “Qatt ma kien hawn bniedem ieħor li tkellem bħalu.”+ 47 Imbagħad, il-​Fariżej wieġbu: “Ma ġejtux imqarrqin intom ukoll, hux? 48 Ħadd mill-​ħakkiema jew mill-​Fariżej ma poġġa l-​fidi fih, hux hekk?+ 49 Imma din il-​folla li ma tafx il-​Liġi hi misħuta.”+ 50 Nikodemu, li kien mar għandu qabel u li kien wieħed minnhom, qalilhom: 51 “Il-​liġi tagħna ma tiġġudika lil ħadd jekk ma tkunx l-​ewwel semgħetu+ u saret taf x’inhu jagħmel, hux hekk?” 52 Wieġbu u qalulu: “Jaqaw int ukoll mill-​Galilija? Fittex, u tara li ebda profeta+ mill-​Galilija m’għandu jiġi mqajjem.”*

* Il-Manuskritt Sinajtiku, il-​Manuskritt tal-​Vatikan, u l-​manuskritt Sirjaku Sinajtiku jħallu barra minn vers 53 sa vers 11 taʼ kapitlu 8, li jaqraw (b’xi differenzi fid-​diversi testi u verżjonijiet Griegi) kif ġej:

53 Għalhekk, kull wieħed telaq lejn daru.

8 Imma Ġesù mar lejn il-​Muntanja taż-​Żebbuġ. 2 Madankollu, x’ħin sebaħ, reġaʼ ġie fit-​tempju, u n-​nies kollha bdew ġejjin ħdejh, u qagħad bil-​qiegħda u beda jgħallimhom. 3 Issa l-​iskribi u l-​Fariżej ġabu mara li nqabdet tagħmel adulterju u, wara li qegħduha fin-​nofs, 4 qalulu: “Għalliem, din il-​mara għamlet adulterju u nqabdet fil-​fatt. 5 Fil-Liġi, Mosè ordnalna biex nisa bħal dawn inħaġġruhom. Għaldaqstant, int x’tgħid?” 6 Naturalment, dan qaluh biex jipprovawh, sabiex ikollhom fuqiex jakkużawh. Imma Ġesù tbaxxa u b’sebgħu beda jikteb fl-​art. 7 Meta baqgħu jistaqsuh, hu ddritta u qalilhom: “Min minnkom hu bla dnub, ħa jitfgħalha l-​ewwel ġebla.” 8 U reġaʼ tbaxxa u kompla jikteb fl-​art. 9 Imma dawk li semgħuh bdew ħerġin ’il barra, wieħed wieħed, ibda mix-​xjuħ, u baqaʼ waħdu mal-​mara li kienet fin-​nofs. 10 Ġesù ddritta u qalilha: “Mara, fejn huma? Ħadd minnhom ma kkundannak?” 11 Qaltlu: “Ħadd, sinjur.” Qalilha Ġesù: “Lanqas jien ma nikkundannak. Mur; minn issa ’l quddiem tibqax tidneb iżjed.”

12 Imbagħad Ġesù reġaʼ kellimhom u qal: “Jien id-​dawl+ tad-​dinja. Min jimxi warajja żgur ma jimxix fid-​dlam,+ imma jkollu d-​dawl tal-​ħajja.” 13 B’hekk, il-​Fariżej qalulu: “Int tixhed dwarek innifsek; ix-​xiehda tiegħek mhix vera.” 14 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Anki jekk nixhed dwari nnifsi, ix-​xiehda tiegħi+ hi vera, għax jien naf minfejn ġejt u fejn sejjer.+ Imma intom ma tafux minfejn ġejt u fejn sejjer. 15 Intom tiġġudikaw skond il-​laħam;+ jien ma niġġudika lil ħadd.+ 16 Madankollu, jekk niġġudika, il-​ġudizzju tiegħi hu fi qbil mal-​verità, għax m’iniex waħdi, imma l-​Missier li bagħatni hu miegħi.+ 17 Barra minn hekk, fil-​Liġi tagħkom stess hemm miktub, ‘Ix-​xiehda taʼ tnejn hi vera.’+ 18 Hemm jien li nixhed dwari nnifsi, u hemm il-​Missier li bagħatni li jixhed dwari.”+ 19 Għalhekk, komplew jgħidulu: “Fejn hu Missierek?” Wiġibhom Ġesù: “Intom la tafu lili u lanqas lil Missieri.+ Kieku kontu tafuni, kontu tkunu tafu lil Missieri wkoll.”+ 20 Dan il-​kliem qalu fit-​teżorerija+ waqt li kien qed jgħallem fit-​tempju. Imma ħadd ma medd idu fuqu,+ għax is-​siegħa tiegħu+ kienet għadha ma waslitx.

21 Għaldaqstant reġaʼ qalilhom: “Jien sejjer, u intom għad tfittxuni,+ u madankollu għad tmutu fi dnubkom.+ Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.” 22 Għalhekk, il-​Lhud bdew jgħidu: “Mhux se joqtol lilu nnifsu, hux? Għax qed jgħid, ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu.’”+ 23 Għalhekk, kompla jgħidilhom: “Intom mill-​oqsma taʼ taħt; jien mill-​oqsma taʼ fuq.+ Intom minn din id-​dinja;+ jien m’iniex minn din id-​dinja.+ 24 Għalhekk għedtilkom, Għad tmutu fi dnubietkom.+ Għax jekk ma temmnux li jien hu, għad tmutu fi dnubietkom.”+ 25 Imbagħad bdew jgħidulu: “Min int?” Qalilhom Ġesù: “Għala qed nitkellem magħkom wara kollox? 26 Għandi ħafna x’ngħid dwarkom u minn xiex nagħmel ġudizzju. Fil-​fatt, dak li bagħatni hu veru, u dak li smajt mingħandu qed ngħidu fid-​dinja.”+ 27 Huma ma fehmux li kien qed ikellimhom dwar il-​Missier. 28 Għalhekk, Ġesù qal: “Wara li tgħollu+ lil Bin il-​bniedem,+ imbagħad tkunu tafu li jien hu,+ u li ma nagħmel xejn minn rajja;+ imma dan ngħidu skond kif għallimni l-​Missier.+ 29 U dak li bagħatni qiegħed miegħi; hu ma telaqnix waħdi, għax dejjem nagħmel dak li jogħġob lilu.”+ 30 Waqt li kien qed jgħid dan, ħafna poġġew il-​fidi fih.+

31 U Ġesù kompla jgħid lil-​Lhud li emmnuh: “Jekk tibqgħu fil-​kelma tiegħi,+ tkunu tassew dixxipli tiegħi, 32 u tkunu tafu l-​verità,+ u l-​verità teħliskom.”+ 33 Wiġbuh: “Aħna wlied Abraham+ u qatt ma konna lsiera taʼ ħadd.+ Kif qed tgħidilna, ‘Se tinħelsu’?” 34 Wiġibhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Kulmin jagħmel id-​dnub hu lsir tad-​dnub.+ 35 Iktar minn hekk, l-​ilsir ma jibqax fid-​dar għal dejjem; l-​iben jibqaʼ għal dejjem.+ 36 Għalhekk, jekk l-​Iben jeħliskom, tkunu ħielsa tassew.+ 37 Naf li intom ulied Abraham; imma qed tipprovaw toqtluni,+ għax kelmti mhix ikollha suċċess fostkom.+ 38 Jien ngħid+ dak li rajt maʼ Missieri;+ u intom, fil-​fatt, tagħmlu dak li smajtu mingħand missierkom.” 39 Wieġbu u qalulu: “Missierna hu Abraham.”+ Qalilhom Ġesù: “Jekk intom ulied Abraham,+ agħmlu l-​għemejjel t’Abraham. 40 Imma issa qed tipprovaw toqtluni lili, bniedem li għedtilkom il-​verità li smajt mingħand Alla.+ Abraham m’għamlux dan.+ 41 Intom tagħmlu l-​għemejjel taʼ missierkom.” Qalulu: “Aħna ma twilidniex miż-​żína; Missier wieħed għandna,+ lil Alla.”

42 Ġesù qalilhom: “Kieku Alla kien Missierkom, kontu tħobbuni,+ għax mingħand Alla ġejt u qiegħed hawnhekk.+ Lanqas ma ġejt minn rajja, imma kien Hu li bagħatni.+ 43 Għala ma tafux x’qed ngħid? Għax kelmti ma tistgħux tisimgħuha.+ 44 Intom minn missierkom ix-​Xitan,+ u tixtiequ tagħmlu x-​xewqat taʼ missierkom.+ Dan kien qattiel meta beda,+ u ma żammx sħiħ fil-​verità, għax il-​verità mhix fih. Meta jigdeb, jitkellem skond il-​karattru tiegħu, għax hu giddieb u missier il-​gidba.+ 45 Mill-banda l-​oħra, għax jien ngħid il-​verità, intom ma temmnunix.+ 46 Min minnkom isibni ħati taʼ xi dnub?+ Jekk ngħid il-​verità, għala ma temmnunix? 47 Min hu minn Alla jismaʼ l-​kliem t’Alla.+ Huwa għalhekk li intom ma tisimgħux, għax m’intomx minn Alla.”+

48 Il-Lhud wieġbu u qalulu: “Mhux sewwa ngħidulek, Int Samaritan+ u għandek demonju?”+ 49 Wieġeb Ġesù: “Jien m’għandix demonju, imma nonora lil Missieri,+ u intom tiddiżonorawni. 50 Imma jien m’iniex infittex glorja għalija nnifsi;+ hemm Wieħed li qed ifittex u jiġġudika.+ 51 Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jara l-​mewt.”+ 52 Qalulu l-​Lhud: “Issa tassew nafu li għandek demonju.+ Abraham miet,+ il-​profeti wkoll;+ imma int tgħid, ‘Jekk xi ħadd josserva kelmti, qatt ma jduq+ il-​mewt.’ 53 M’intix akbar+ minn missierna Abraham li miet, hux? Anki l-​profeti mietu.+ Min taħseb li int?” 54 Wieġeb Ġesù: “Jekk nigglorifika lili nnifsi, il-​glorja tiegħi m’hi xejn. Hu Missieri li jigglorifikani,+ dak li tgħidu li hu Alla tagħkom, 55 u madankollu ma sirtux tafuh.+ Imma jien nafu.+ U kieku għedt li ma nafux kont inkun giddieb bħalkom. Imma jien tassew nafu u qed nosserva kelmtu.+ 56 Missierkom Abraham feraħ ħafna bil-​prospett li jara l-​jum tiegħi,+ u rah u feraħ.”+ 57 Imbagħad il-​Lhud qalulu: “Lanqas għad għandek ħamsin sena, u rajt lil Abraham?” 58 Qalilhom Ġesù: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Qabel m’eżista Abraham, kont neżisti.”+ 59 Għalhekk, huma qabdu l-​ġebel biex jitfgħuhulu;+ imma Ġesù staħba u ħareġ mit-​tempju.

9 Issa, waqt li kien għaddej, ra raġel agħma mit-​twelid. 2 U d-​dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi,+ min dineb,+ dan ir-​raġel jew il-​ġenituri tiegħu,+ biex twieled agħma?” 3 Ġesù wieġeb: “La dan ir-​raġel ma dineb u lanqas il-​ġenituri tiegħu, imma dan ġara sabiex fil-​każ tiegħu jintwerew l-​għemejjel t’Alla.+ 4 Irridu nwettqu l-​għemejjel taʼ dak li bagħatni waqt li hu bi nhar;+ ġej il-​lejl+ meta ebda bniedem ma jkun jistaʼ jaħdem. 5 Sakemm qiegħed fid-​dinja, jien id-​dawl tad-​dinja.”+ 6 Wara li qal dan, beżaq fl-​art, għamel it-​tajn bil-​bżieq, u poġġieh fuq għajnejn ir-​raġel+ 7 u qallu: “Mur inħasel+ fl-​għadira taʼ Silogħam”*+ (isem li hu tradott ‘Mibgħut’). Għalhekk, dan telaq u nħasel,+ u ġie lura jara.+

8 Imbagħad il-​ġirien u dawk li qabel kienu jarawh jittallab bdew jgħidu: “Dan mhux ir-​raġel li kien joqgħod bil-​qiegħda jittallab?”+ 9 Xi wħud qalu: “Dan hu.” Oħrajn qalu: “Le mhux hu, imma jixbhu.” Ir-​raġel qal: “Jien hu.” 10 Għaldaqstant bdew jgħidulu: “Allura, kif infetħulek għajnejk?”+ 11 Wiġibhom: “Ir-​raġel li jgħidulu Ġesù għamel it-​tajn, poġġihuli fuq għajnejja, u qalli, ‘Mur Silogħam+ u nħasel.’ Għalhekk, mort u nħsilt u ksibt id-​dawl.” 12 Għal dan, qalulu: “Fejn hu dak ir-​raġel?” Qalilhom: “Ma nafx.”

13 U lir-​raġel li qabel kien agħma ħaduh għand il-​Fariżej. 14 Inzerta li dakinhar li Ġesù għamel it-​tajn u fetaħlu għajnejh+ kien is-​Sabat.+ 15 Għalhekk, issa anki l-​Fariżej qabdu jistaqsuh kif kiseb id-​dawl.+ Qalilhom: “Poġġa t-​tajn fuq għajnejja, u nħsilt u ġejt nara.” 16 Imbagħad xi wħud mill-​Fariżej bdew jgħidu: “Dan ir-​raġel mhux ġej minn Alla, għax ma josservax is-​Sabat.”+ Oħrajn bdew jgħidu: “Kif jistaʼ raġel midneb iwettaq sinjali bħal dawn?”+ Għalhekk, kien hemm firda+ bejniethom. 17 U reġgħu qalu lill-​agħma: “X’tgħid dwaru, peress li fetaħlek għajnejk?” Qalilhom ir-​raġel: “Hu profeta.”+

18 Madankollu, il-​Lhud m’emmnux li kien agħma u kiseb id-​dawl, sakemm sejħu lill-​ġenituri tiegħu. 19 U staqsewhom: “Dan binkom li tgħidu li twieled agħma? Allura issa kif qed jara?” 20 Imbagħad il-​ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: “Nafu li dan hu t-​tifel tagħna li twieled agħma. 21 Imma kif issa qed jara ma nafux, u lanqas nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu. Għandu l-​età tiegħu. Ħa jitkellem għalih innifsu.” 22 Il-ġenituri tiegħu qalu dan għax kienu jibżgħu+ mil-​Lhud, għax il-​Lhud kienu diġà ftiehmu li min jistqarru bħala Kristu jitkeċċa mis-​sinagoga.+ 23 Huwa għalhekk li l-​ġenituri tiegħu qalu: “Għandu l-​età tiegħu. Staqsu lilu.”

24 U sejħu għat-​tieni darba lir-​raġel li kien agħma u qalulu: “Agħti glorja lil Alla;+ aħna nafu li dan ir-​raġel hu midneb.” 25 Imbagħad hu wieġeb: “Jekk hux midneb jien ma nafx. Ħaġa waħda naf, li kont agħma u issa qed nara.” 26 Għalhekk, qalulu: “X’għamillek? Kif fetaħlek għajnejk?” 27 Wiġibhom: “Diġà għedtilkom u ma smajtux. Għala tridu terġgħu tisimgħu dan? Ma tridux issiru dixxipli tiegħu wkoll, hux?” 28 Għal dan, għajruh u qalulu: “Int dixxiplu tiegħu, imma aħna dixxipli taʼ Mosè. 29 Aħna nafu li Alla kellem lil Mosè;+ imma dan ir-​raġel ma nafux minfejn hu.”+ 30 Ir-raġel wieġeb u qalilhom: “Din tassew ħaġa taʼ l-​għaġeb,+ li ma tafux minfejn hu, u madankollu lili fetaħli għajnejja. 31 Nafu li Alla ma jismax lill-​midinbin,+ imma jekk xi ħadd jibżaʼ minn Alla u jagħmel ir-​rieda tiegħu, lil dan jisimgħu.+ 32 Mill-qedem qatt ma nstemaʼ li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed imwieled agħma. 33 Kieku dan ir-​raġel ma kienx ġej minn Alla,+ ma kien ikun jistaʼ jagħmel xejn.” 34 Wieġbu u qalulu: “Int twilidt kollok kemm int fid-​dnubiet+ u tgħallem lilna?” U tefgħuh ’il barra!+

35 Ġesù semaʼ li kienu tefgħuh ’il barra u, meta sabu, qallu: “Qiegħed int tpoġġi l-​fidi f’Bin+ il-​bniedem?” 36 Wieġeb ir-​raġel: “U min hu, sinjur, biex inpoġġi l-​fidi fih?” 37 Qallu Ġesù: “Int rajtu u, barra minn dan, hu dak li qed jitkellem miegħek.”+ 38 Imbagħad hu qallu: “Jien tassew inpoġġi l-​fidi fih, Mulej.” U miel+ quddiemu. 39 U Ġesù qal: “Għal dan il-​ġudizzju+ ġejt f’din id-​dinja: biex dawk li ma jarawx, jaraw,+ u dawk li jaraw, isiru għomja.”+ 40 Dawk mill-​Fariżej li kienu miegħu semgħu dan u qalulu: “M’aħniex għomja aħna wkoll,+ hux?” 41 Qalilhom Ġesù: “Kieku kontu għomja, ma kien ikollkom ebda dnub. Imma issa qed tgħidu, ‘Aħna naraw.’+ Dnubkom+ jibqaʼ.”

10 “Tassew, tassew, ngħidilkom, Min ma jidħolx fil-​maqjel tan-​nagħaġ mill-​bieb+ imma jitlaʼ minn xi mkien ieħor, dan ikun ħalliel u ħattâf.+ 2 Imma min jidħol mill-​bieb+ hu r-​ragħaj+ tan-​nagħaġ.+ 3 Min ikun mal-​bieb+ jiftaħlu lil dan, u n-​nagħaġ+ jisimgħu leħnu, u hu jsejjaħ lin-​nagħaġ tiegħu b’isimhom u joħroġhom barra. 4 Meta jkun ħareġ in-​nagħaġ tiegħu kollha barra, imur quddiemhom, u dawn imorru warajh+ għax jagħrfu leħnu.+ 5 Wara barrani żgur ma jmorrux imma jaħarbu+ minnu, għax leħen il-​barranin ma jagħrfuhx.”+ 6 Ġesù ġabilhom dan il-​paragun; imma ma kinux jafu x’kien ifisser dak li kien qed jgħidilhom.+

7 Għalhekk, Ġesù reġaʼ qal: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Jien il-​bieb+ tan-​nagħaġ. 8 Dawk kollha li ġew minfloki huma ħallelin u ħattafin;+ imma n-​nagħaġ ma semgħuhomx.+ 9 Jien il-​bieb;+ kulmin jidħol minni jkun salvat, u jidħol u joħroġ u jsib fejn jirgħa.+ 10 Il-ħalliel+ jiġi biss biex jisraq, joqtol, u jeqred.+ Jien ġejt biex ikollhom il-​ħajja, ħajja bl-​abbundanza. 11 Jien ir-​ragħaj mill-​aħjar;+ ir-​ragħaj mill-​aħjar jagħti ruħu għan-​nagħaġ.+ 12 Il-lavrant,+ li mhux ragħaj u li n-​nagħaġ m’humiex tiegħu, jara l-​lupu ġej u jabbanduna n-​nagħaġ u jaħrab—u l-​lupu jaħtafhom u jxerridhom+— 13 għax hu lavrant+ u ma jimpurtahx min-​nagħaġ.+ 14 Jien ir-​ragħaj mill-​aħjar, u naf lin-​nagħaġ tiegħi+ u n-​nagħaġ tiegħi jafu lili,+ 15 bħalma l-​Missier jaf lili u jien naf lill-​Missier;+ u nagħti ruħi għan-​nagħaġ.+

16 “U għandi nagħaġ oħrajn,+ li m’humiex minn dan il-​maqjel;+ lil dawn ukoll irrid inġibhom, u jisimgħu leħni,+ u jsiru merħla waħda, ragħaj wieħed.+ 17 Għalhekk iħobbni l-​Missier,+ għax nagħti ruħi,+ sabiex nerġaʼ nirċiviha. 18 Ħadd ma ħadhieli, imma nagħtiha minn rajja. Għandi l-​awtorità li nagħtiha, u għandi l-​awtorità li nerġaʼ nirċiviha.+ Il-​kmand+ dwar dan tahuli Missieri.”

19 Reġaʼ kien hemm firda+ fost il-​Lhud minħabba dan il-​kliem. 20 Ħafna minnhom bdew jgħidu: “Għandu demonju+ u hu miġnun. Għala tisimgħuh?” 21 Oħrajn bdew jgħidu: “Dan mhux il-​kliem taʼ raġel maħkum minn demonju. Demonju ma jistax jiftaħ għajnejn l-​għomja, hux hekk?”

22 Dak iż-​żmien saret il-​festa tad-​dedikazzjoni* f’Ġerusalemm. Kienet ix-​xitwa, 23 u Ġesù kien miexi fit-​tempju fil-​loġġa taʼ Salamun.+ 24 Għalhekk, il-​Lhud daru miegħu u bdew jgħidulu: “Kemm se ddum taqlgħalna ruħna? Jekk int il-​Kristu,+ għidilna ċar u tond.”+ 25 Wiġibhom Ġesù: “Għedtilkom, u madankollu ma temmnux. L-​għemejjel li qed nagħmel f’isem Missieri, dawn jixhdu dwari.+ 26 Imma intom ma temmnux, għax ħadd minnkom m’hu min-​nagħaġ tiegħi.+ 27 In-nagħaġ tiegħi+ jisimgħu leħni, u jien nafhom, u huma jiġu warajja.+ 28 U nagħtihom il-​ħajja taʼ dejjem,+ u żgur li qatt ma jinqerdu,+ u ħadd ma jaħtafhomli minn idi.+ 29 Dak li tani Missieri+ hu xi ħaġa akbar minn kull ħaġa oħra,+ u ħadd ma jistaʼ jaħtafhom minn id il-​Missier.+ 30 Jien u l-​Missier ħaġa waħda.”+

31 Għal darb’oħra l-​Lhud qabdu l-​ġebel biex iħaġġruh.+ 32 Wiġibhom Ġesù: “Urejtkom ħafna għemejjel tajbin mingħand il-​Missier. Għal liema minn dawn l-​għemejjel tridu tħaġġruni?” 33 Wiġbuh il-​Lhud: “Ma rridux inħaġġruk għal xi għemil tajjeb, imma għad-​dagħa,+ u għax int, għalkemm bniedem, tagħmel lilek innifsek alla.”+ 34 Wiġibhom Ġesù: “Fil-​Liġi tagħkom+ m’huwiex miktub, ‘Jien għedt: “Intom allat”’?+ 35 Jekk sejjaħ ‘allat’+ lil dawk li l-​kelma t’Alla kienet kontrihom, u l-​Iskrittura ma tistax tiġi annullata,+ 36 lili, li tqaddist mill-​Missier u ntbgħatt fid-​dinja, tgħiduli ‘Qed tidgħi,’ għax għedt, Jien l-​Iben t’Alla?+ 37 Jekk m’iniex nagħmel l-​għemejjel+ taʼ Missieri, temmnunix. 38 Imma jekk qed nagħmilhom, avolja ma temmnux lili, emmnu l-​għemejjel,+ sabiex issiru tafu u tkomplu tkunu tafu li l-​Missier hu f’unjoni miegħi u jien f’unjoni mal-​Missier.”+ 39 Għalhekk, reġgħu pprovaw jaħtfuh;+ imma ħarbilhom minn taħt idejhom.+

40 Għal darb’oħra telaq in-​naħa l-​oħra tal-​Ġordan, lejn il-​post fejn Ġwanni kien beda jgħammed,+ u qagħad hemmhekk. 41 U ħafna nies ġew ħdejh, u bdew jgħidu: “Tabilħaqq, Ġwanni ma wettaq ebda sinjal, imma kulma qal Ġwanni dwar dan ir-​raġel kollu kien veru.”+ 42 U ħafna poġġew il-​fidi fih hemmhekk.+

11 Issa kien hemm wieħed marid, Lazzru minn Betanja, mir-​raħal taʼ Marija u oħtha Marta.+ 2 Fil-fatt, Marija kienet l-​istess waħda li dilket lill-​Mulej b’żejt ifuħ+ u xxottatlu saqajh b’xagħarha,+ u l-​marid kien ħuha Lazzru. 3 Għalhekk, ħutu n-​nisa bagħtu jgħidulu: “Mulej, ara! Il-​ħabib għażiż tiegħek+ marid.” 4 Imma, meta Ġesù semaʼ dan, qal: “Din mhix marda li twassal għall-​mewt, imma hi għall-​glorja t’Alla,+ sabiex permezz tagħha l-​Iben t’Alla jiġi glorifikat.”

5 Issa Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lazzru. 6 Madankollu, meta semaʼ li kien marid, baqaʼ jumejn oħra fil-​post fejn kien. 7 Imbagħad wara dan qal lid-​dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-​Lhudija.” 8 Qalulu d-​dixxipli: “Rabbi,+ il-​Lhud għadhom kif kienu qed jipprovaw iħaġġruk,+ u se terġaʼ tmur hemmhekk?” 9 Wieġeb Ġesù: “Il-​jum fih tnax-il siegħa dawl, hux hekk? Jekk xi ħadd jimxi fid-​dawl tal-​jum+ ma jaħbat maʼ xejn, għax jara d-​dawl taʼ din id-​dinja. 10 Imma jekk xi ħadd jimxi bil-​lejl,+ jaħbat maʼ xi ħaġa, għax id-​dawl mhux fih.”

11 Wara li qal dan, qalilhom: “Il-​ħabib tagħna Lazzru mar jistrieħ, imma jien se mmur inqajmu mill-​irqad.”+ 12 Għalhekk, id-​dixxipli qalulu: “Mulej, jekk mar jistrieħ, jgħaddilu.” 13 Issa Ġesù kien tkellem dwar il-​mewt tiegħu. Imma huma immaġinaw li kien qed jitkellem dwar il-​mistrieħ fl-​irqad. 14 Għalhekk, dak il-​ħin Ġesù qalilhom bla tlaqliq: “Lazzru miet,+ 15 u nifraħ minħabba fikom li ma kontx hemmhekk, sabiex b’hekk temmnu. Imma ejjew immorru ħdejh.” 16 Għalhekk, Tumas, li kienu jgħidulu t-​Tewmi, qal lid-​dixxipli sħabu: “Ejjew immorru aħna wkoll, biex immutu miegħu.”+

17 Għaldaqstant, meta wasal, Ġesù sab li diġà kien ilu erbat ijiem fil-​qabar tat-​tifkira.+ 18 Issa Betanja kienet ħdejn Ġerusalemm, xi tliet kilometri* ’l bogħod. 19 U ħafna mil-​Lhud kienu ġew għand Marta u Marija sabiex ifarrġuhom+ minħabba ħuhom. 20 Meta semgħet li kien ġej Ġesù, Marta ħarġet tiltaqaʼ miegħu; imma Marija+ baqgħet bil-​qiegħda d-​dar. 21 U Marta qalet lil Ġesù: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.+ 22 Imma xorta naf li anki issa kulma titlob lil Alla,+ Alla jagħtihulek.” 23 Qalilha Ġesù: “Ħuk iqum.”+ 24 Qaltlu Marta: “Naf li jqum fl-​irxoxt+ fl-​aħħar jum.” 25 Qalilha Ġesù: “Jien l-​irxoxt u l-​ħajja.+ Min jeżerċita l-​fidi fija, avolja jmut, se jieħu l-​ħajja;+ 26 u kulmin qed jgħix u jeżerċita l-​fidi fija ma jmut qatt.+ Temmnu dan?” 27 Qaltlu: “Iva, Mulej; jien nemmen li int il-​Kristu, l-​Iben t’Alla, Dak li ġie fid-​dinja.”+ 28 U meta qalet dan, telqet issejjaħ lil oħtha Marija, u qaltilha bil-​moħbi: “L-​Għalliem+ qiegħed preżenti hawnhekk u qed isejjaħlek.” 29 Meta semgħet dan, din qamet tiġri u marret ħdejh.

30 Ġesù kien għadu ma daħalx fir-​raħal, imma kien għadu fil-​post fejn iltaqgħet miegħu Marta. 31 Għalhekk, il-​Lhud li kienu d-​dar+ maʼ Marija u li kienu qed ifarrġuha, malli rawha tqum tiġri u toħroġ barra, marru warajha għax ħasbu li kienet sejra ħdejn il-​qabar tat-​tifkira+ biex tibki hemmhekk. 32 U x’ħin Marija waslet fejn kien Ġesù u lemħitu, inxteħtet f’riġlejh u qaltlu: “Mulej, kieku kont hawnhekk ħija ma kienx imut.”+ 33 Meta rahom jibku, lilha u lil-​Lhud li ġew magħha, Ġesù karab fl-​ispirtu tiegħu u tnikket;+ 34 u qal: “Fejn qegħedtuh?” Qalulu: “Mulej, ejja u ara.” 35 Ġesù qabiżlu d-​dmugħ.+ 36 Għalhekk, il-​Lhud bdew jgħidu: “Ara, x’affezzjoni kellu lejh!”+ 37 Imma xi wħud minnhom qalu: “Ma kellux il-​ħila dan ir-​raġel li fetaħ għajnejn+ l-​agħma ma jħallix lil dan imut?”

38 Għaldaqstant, wara li reġaʼ tniehed fih innifsu, Ġesù ġie ħdejn il-​qabar tat-​tifkira.+ Fil-​fatt, dan kien għar, u kien magħluq b’ġebla.+ 39 Ġesù qal: “Neħħu l-​ġebla.”+ Marta, oħt il-​mejjet, qaltlu: “Mulej, s’issa żgur niten għax ilu erbat ijiem.” 40 Qalilha Ġesù: “M’għedtlekx li jekk temmen tara l-​glorja t’Alla?”+ 41 Għalhekk, neħħew il-​ġebla. Issa Ġesù refaʼ għajnejh lejn is-​sema+ u qal: “Missier, nirringrazzjak li smajtni.+ 42 Veru, kont naf li dejjem tismagħni; imma għedt dan minħabba l-​folla+ li qiegħda madwari, sabiex jemmnu li int bgħattni.”+ 43 U wara li qal dan, għajjat b’leħen qawwi: “Lazzru, oħroġ!”+ 44 Dak li qabel kien mejjet ħareġ b’saqajh u b’idejh infaxxati,+ u wiċċu kien mgħotti b’ċarruta. Qalilhom Ġesù: “Ħolluh u ħalluh imur.”

45 Imbagħad, ħafna mil-​Lhud, li kienu ġew għand Marija u li raw x’kien għamel, poġġew il-​fidi fih;+ 46 imma xi wħud minnhom marru għand il-​Fariżej u qalulhom x’kien għamel Ġesù.+ 47 Għaldaqstant, il-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej laqqgħu s-​Sinedriju+ u bdew jgħidu: “X’se nagħmlu, għax dan ir-​raġel qed iwettaq ħafna sinjali?+ 48 Jekk inħalluh sejjer hekk, kulħadd ipoġġi l-​fidi fih,+ u jiġu r-​Rumani+ u jiħdulna postna+ u ġensna.” 49 Imma Kajfa, wieħed minnhom, li dik is-​sena kien il-​qassis il-​kbir,+ qalilhom: “Intom ma tafu xejn, 50 u m’intomx tirraġunaw li hu għall-​ġid tagħkom li raġel wieħed imut+ għan-​nom tan-​nies u ma jinqeridx il-​ġens kollu kemm hu.”+ 51 Iżda dan ma qalux minnu nnifsu; imma billi dik is-​sena kien il-​qassis il-​kbir, ipprofetizza li Ġesù kellu jmut għall-​ġens, 52 u mhux għall-​ġens biss, imma sabiex jiġbor ukoll f’unità+ lil ulied Alla li huma mxerrdin.+ 53 Għalhekk, minn dakinhar ’l hemm ftiehmu bejniethom biex joqtluh.+

54 B’hekk, Ġesù ma baqax idur bid-​dieher+ fost il-​Lhud,+ imma telaq minn hemmhekk lejn reġjun ħdejn ix-​xagħri, f’belt jisimha Efrajm,+ u baqaʼ hemmhekk mad-​dixxipli. 55 Issa kien qorob il-​Qbiż+ tal-​Lhud, u ħafna nies telgħu mill-​kampanja lejn Ġerusalemm sabiex jitnaddfu b’mod ċerimonjali+ qabel il-​Qbiż. 56 Għalhekk, bdew ifittxu lil Ġesù u, waqt li kienu fit-​tempju, bdew jgħidu lil xulxin: “X’taħsbu? Mhux ġej għall-​festa?” 57 Issa l-​qassisin ewlenin u l-​Fariżej kienu taw ordnijiet li jekk xi ħadd isir jaf fejn kien, għandu jgħarrafhom b’dan sabiex jaħtfuh taħt idejhom.

12 Sitt ijiem qabel il-​Qbiż, Ġesù wasal f’Betanja,+ fejn kien joqgħod Lazzru+ li Ġesù kien qajjem mill-​imwiet. 2 Għalhekk, għamlulu ikla taʼ fil-​għaxija hemmhekk, u Marta+ kienet qed isservihom,+ u Lazzru kien wieħed minn dawk li kienu mal-​mejda miegħu.+ 3 Imbagħad Marija ħadet libbra* żejt ifuħ, nard pur,+ jiswa ħafna flus, u dilket saqajn Ġesù u xxottathomlu b’xagħarha.+ Id-​dar imtliet bir-​riħa taż-​żejt ifuħ. 4 Imma Ġuda l-​Iskarjota,+ wieħed mid-​dixxipli tiegħu, li dalwaqt kien se jittradih, qal: 5 “Dan iż-​żejt ifuħ+ għala ma nbiegħx għal tliet mitt dinar* u ngħata lill-​foqra?”+ 6 Iżda qal dan mhux għax kien jimpurtah mill-​foqra, imma għax kien ħalliel+ u, billi kellu l-​kaxxa tal-​flus,+ kien jieħu l-​flus li kienu jintefgħu fiha. 7 Għalhekk, Ġesù qal: “Ħalluha ħa żżomm din id-​drawwa minħabba l-​jum tad-​difna tiegħi.+ 8 Għax il-​foqra dejjem magħkom,+ imma jien mhux dejjem se nkun magħkom.”

9 Imbagħad folla kbira mil-​Lhud saru jafu li kien hemmhekk u ma ġewx biss minħabba Ġesù, imma wkoll biex jaraw lil Lazzru, li hu kien qajjem mill-​imwiet.+ 10 Il-qassisin ewlenin issa ftiehmu bejniethom biex joqtlu lil Lazzru wkoll,+ 11 għax minħabba fih ħafna mil-​Lhud kienu qed imorru hemmhekk u jpoġġu l-​fidi f’Ġesù.+

12 L-għada, malli semgħu li Ġesù kien ġej Ġerusalemm, il-​folla kbira taʼ nies li kienu ġew għall-​festa 13 ħadu l-​friegħi tas-​siġar tal-​palm+ u ħarġu biex jilqgħuh. U bdew jgħajtu:+ “Salva, nitolbuk!+ Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova,+ iva, is-​sultan+ taʼ Israel!” 14 Issa meta Ġesù sab ħmar żgħir,+ qagħad bil-​qiegħda fuqu, bħalma hu miktub: 15 “Tibżax, bint Sijon. Ara! Is-​sultan tiegħek ġej,+ bil-​qiegħda fuq felu taʼ ħmara.”+ 16 Għall-ewwel id-​dixxipli tiegħu ma tawx kasu dan,+ imma meta Ġesù ġie glorifikat,+ imbagħad ftakru li dan kien inkiteb dwaru u li hekk kienu għamlulu.+

17 Għaldaqstant, il-​folla li kienet miegħu meta sejjaħ lil Lazzru+ mill-​qabar tat-​tifkira u qajmu mill-​imwiet baqgħet tagħti xiehda.+ 18 Minħabba dan, iltaqgħet miegħu wkoll il-​folla għax semgħet li kien wettaq dan is-​sinjal.+ 19 Għalhekk, il-​Fariżej+ qalu bejniethom: “Qed taraw kif m’intom se taslu mkien! Ara, id-​dinja kollha marret warajh!”+

20 Issa kien hemm xi Griegi+ fost dawk li telgħu jqimu fil-​festa. 21 Għalhekk, dawn resqu lejn Filippu,+ li kien minn Betsajda tal-​Galilija, u bdew jitolbuh u jgħidulu: “Sinjur, irridu naraw lil Ġesù.”+ 22 Filippu mar u qal lil Indrì. Indrì u Filippu marru u qalu lil Ġesù.

23 Imbagħad Ġesù wieġeb u qalilhom: “Waslet is-​siegħa biex Bin il-​bniedem jiġi glorifikat.+ 24 Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk qamħa ma taqax fl-​art u tmut, tibqaʼ waħedha; imma jekk tmut,+ tagħti ħafna frott. 25 Min jgħożż lil ruħu jeqridha, imma min jobgħod lil ruħu+ f’din id-​dinja jħarisha għall-​ħajja taʼ dejjem.+ 26 Jekk xi ħadd irid jaqdini, ħa jiġi warajja, u fejn inkun jien hemm ukoll ikun il-​qaddej tiegħi.+ Jekk xi ħadd irid jaqdini, il-​Missier jonorah.+ 27 Issa ruħi mnikkta,+ u x’naqbad ngħid? Missier, salvani minn din is-​siegħa.+ Madankollu, għalhekk wasalt għal din is-​siegħa. 28 Missier, igglorifika lil ismek.” Imbagħad, ġie leħen+ mis-​sema: “Jien igglorifikajtu u nerġaʼ nigglorifikah.”+

29 Issa n-​nies li kienu hemmhekk u semgħu dan bdew jgħidu li kien riegħed. Oħrajn bdew jgħidu: “Kellmu xi anġlu.” 30 Ġesù wieġeb u qal: “Dan il-​leħen ma nstemax minħabba fija, imma minħabba fikom.+ 31 Issa din id-​dinja qed tiġi ġudikata; issa l-​ħakkiem taʼ din id-​dinja+ se jitkeċċa ’l barra.+ 32 U meta nitgħolla+ ’l fuq mill-​art, niġbed lejja lil kull xorta taʼ bnedmin.”+ 33 Tabilħaqq, dan kien qed jgħidu biex juri liema xorta taʼ mewt kien se jmut dalwaqt.+ 34 Għalhekk, il-​folla wiġbitu: “Mil-​Liġi smajna li l-​Kristu jibqaʼ għal dejjem;+ kif qed tgħid li Bin il-​bniedem irid jitgħolla ’l fuq?+ Min hu dan Bin il-​bniedem?”+ 35 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Id-​dawl se jkun fostkom ftit ieħor. Imxu waqt li għandkom id-​dawl, biex id-​dlam+ ma jegħlibkomx; u min jimxi fid-​dlam ma jafx fejn hu sejjer.+ 36 Waqt li għandkom id-​dawl, eżerċitaw il-​fidi fid-​dawl sabiex issiru wlied id-​dawl.”+

Ġesù qal dan u telaq jinħeba minnhom. 37 Imma għalkemm kien wettaq ħafna sinjali quddiemhom, ma kinux qed ipoġġu l-​fidi fih, 38 sabiex b’hekk twettqet il-​kelma tal-​profeta Isaija li qal: “Ġeħova, min poġġa l-​fidi f’dak li nstemaʼ minna?+ U lil min ġie rivelat id-​driegħ taʼ Ġeħova?”+ 39 Ir-raġuni għala ma setgħux jemmnu hi li Isaija qal ukoll: 40 “Hu għamielhom għajnejhom u webbsilhom qlubhom,+ biex ma jarawx b’għajnejhom u jifhmu bi qlubhom u jduru lura u jien infejjaqhom.”+ 41 Isaija qal dan għax ra l-​glorja tiegħu+ u tkellem dwaru. 42 Xorta waħda, ħafna mill-​ħakkiema wkoll poġġew il-​fidi fih,+ imma minħabba l-​Fariżej ma kinux jistqarruh, sabiex ma jitkeċċewx mis-​sinagoga;+ 43 għax kienu jħobbu l-​glorja tal-​bnedmin saħansitra iktar mill-​glorja t’Alla.+

44 Ġesù għajjat u qal: “Min ipoġġi l-​fidi fija ma jpoġġix il-​fidi fija biss, imma wkoll f’dak li bagħatni;+ 45 u min jara lili jara wkoll lil dak li bagħatni.+ 46 Jien ġejt bħala dawl fid-​dinja,+ sabiex kulmin ipoġġi l-​fidi fija ma jibqax fid-​dlam.+ 47 Imma jekk xi ħadd jismaʼ kliemi u ma jħarsux, jien ma niġġudikahx; għax ma ġejtx biex niġġudika lid-​dinja,+ imma biex insalva lid-​dinja.+ 48 Min ma jagħtix kasi u ma jilqax kliemi hemm wieħed li jiġġudikah. Tkun il-​kelma+ li għedt jien li tiġġudikah fl-​aħħar jum; 49 għax ma tkellimtx minn jeddi, imma l-​Missier li bagħatni, hu stess ordnali x’għandi ngħid u x’għandi nitkellem.+ 50 Ukoll, jien naf li l-​kmand tiegħu jfisser ħajja taʼ dejjem.+ Għalhekk, dak li nitkellem nitkellmu skond kif qalhuli l-​Missier.”+

13 Peress li minn qabel il-​festa tal-​Qbiż kien jaf li kienet waslet is-​siegħa tiegħu+ biex imur minn din id-​dinja għal għand Missieru,+ Ġesù, għax ħabb lil tiegħu li kienu fid-​dinja,+ baqaʼ jħobbhom sa l-​aħħar. 2 Issa kienu waqt l-​ikla taʼ fil-​għaxija. Ix-​Xitan kien diġà daħħalha f’qalb Ġuda l-​Iskarjota,+ bin Xmun, biex jittradih.+ 3 Billi kien jaf li l-​Missier tah kollox f’idejh+ u li kien ġie mingħand Alla u kien sejjer għand Alla,+ Ġesù 4 qam mill-​ikla taʼ fil-​għaxija u poġġa l-​mantar tiegħu fil-​ġenb. U qabad xugaman u tħażżem.+ 5 Imbagħad, poġġa l-​ilma ġo friskatur u beda jaħsel saqajn+ id-​dixxipli u jixxottahomlhom bix-​xugaman li kien imħażżem bih. 6 U wasal ħdejn Xmun Pietru. Dan qallu: “Mulej, se taħsilli saqajja?”+ 7 Ġesù wieġeb u qallu: “Dak li qed nagħmel ma tifhmux għalissa, imma tifhmu iktar ’il quddiem.”+ 8 Qallu Pietru: “Żgur li qatt m’int se taħsilli saqajja.” Wieġbu Ġesù: “Jekk ma naħsilhomlokx,+ ma jkollok ebda sehem miegħi.” 9 Qallu Xmun Pietru: “Mulej, mhux saqajja biss, imma wkoll idejja u rasi.” 10 Qallu Ġesù: “Min inħasel,+ saqajh biss għandu bżonn jinħaslulu, għax ikun nadif kollu kemm hu. U intom nodfa, imma mhux ilkoll.” 11 Fil-fatt, kien jaf min kien se jittradih.+ Għalhekk qal: “M’intomx ilkoll nodfa.”

12 Issa, meta kien ħaslilhom saqajhom u libes il-​mantar, reġaʼ qagħad mal-​mejda u qalilhom: “Tafu x’għamiltilkom? 13 Intom issejħuli, ‘Għalliem,’+ u, ‘Mulej,’+ u sewwa tgħidu, għax hekk jien.+ 14 Għalhekk, jekk jien, għalkemm Mulej u Għalliem, ħsiltilkom saqajkom,+ intom ukoll għandkom taħslu saqajn xulxin.+ 15 Għax ħallejtilkom mudell sabiex, bħalma għamiltilkom jien, tagħmlu intom ukoll.+ 16 Tassew, tassew, ngħidilkom, L-​ilsir mhux akbar minn sidu, lanqas il-​mibgħut m’hu akbar minn dak li bagħtu.+ 17 Jekk tafu dan, henjin intom jekk tagħmluh.+ 18 M’iniex qed ngħid għalikom ilkoll; naf lil min għażilt.+ Imma dan sabiex titwettaq l-​Iskrittura,+ ‘Dak li kien jiekol mill-​ħobż tiegħi għolla għarqubu kontrija.’+ 19 Qed ngħidilkom minn issa qabel ma jiġri,+ sabiex meta jiġri, temmnu li jien hu. 20 Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jilqaʼ lil min nibgħat jien, jilqaʼ lili wkoll.+ U min jilqaʼ lili, jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.”+

21 Wara li qal dan, Ġesù tnikket fl-​ispirtu tiegħu, u xehed u qal: “Tassew, tassew, ngħidilkom, Wieħed minnkom se jittradini.”+ 22 Id-dixxipli bdew iħarsu lejn xulxin, għax ma kinux jafu għal min kien qed jgħid dan.+ 23 Kien hemm bil-​qiegħda qrib ħdan Ġesù wieħed mid-​dixxipli tiegħu, u Ġesù kien iħobbu.+ 24 Għalhekk, Xmun Pietru għamillu sinjal b’rasu u qallu: “Għidlu għal min qed jgħid.” 25 Għalhekk, dan id-​dixxiplu ntelaq lura fuq sider Ġesù u qallu: “Mulej, min hu?”+ 26 Imbagħad, Ġesù wieġbu: “Hu dak li se nagħtih il-​loqma li nbill.”+ U wara li bill il-​loqma, qabad u taha lil Ġuda, bin Xmun l-​Iskarjota. 27 U wara li Ġuda ħa l-​loqma daħal fih Satana.+ Għalhekk, Ġesù qallu: “Dak li se tagħmel, agħmlu iktar malajr.” 28 Madankollu, ħadd minn dawk li kienu mal-​mejda ma kien jaf għal liema skop qallu dan. 29 Fil-fatt, peress li Ġuda kien iżomm il-​kaxxa tal-​flus,+ xi wħud kienu qed jimmaġinaw li Ġesù kien qed jgħidlu: “Ixtri dak li għandna bżonn għall-​festa,” jew biex jagħti xi ħaġa lill-​foqra.+ 30 Għalhekk, wara li ngħata l-​loqma, ħareġ minnufih. U kien bil-​lejl.+

31 Wara li ħareġ, Ġesù qal: “Issa Bin il-​bniedem hu glorifikat,+ u Alla hu glorifikat permezz tiegħu. 32 Alla nnifsu jigglorifikah,+ u se jigglorifikah minnufih. 33 Uliedi ċkejknin,+ qiegħed magħkom ftit ieħor. Tfittxuni; u bħalma għedt lil-​Lhud, ‘Fejn sejjer jien intom ma tistgħux tiġu,’+ l-​istess ngħid lilkom fil-​preżent. 34 Qed nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin; bħalma ħabbejtkom jien,+ ħobbu intom ukoll lil xulxin.+ 35 B’dan ikun jaf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jekk ikollkom l-​imħabba bejnietkom.”+

36 Qallu Xmun Pietru: “Mulej, fejn sejjer?” Ġesù wieġbu: “Fejn sejjer jien int ma tistax tiġi warajja issa, imma tiġi warajja iktar tard.”+ 37 Qallu Pietru: “Mulej, għala ma nistax niġi warajk fil-​preżent? Jien nagħti ruħi għalik.”+ 38 Ġesù wieġbu: “Tagħti ruħek għalija? Tassew, tassew, ngħidlek, Żgur ma jiddinx is-​serduq qabel ma tkun ċħadtni tliet darbiet.”+

14 “Tħallux lil qlubkom jitħawdu.+ Eżerċitaw il-​fidi f’Alla,+ eżerċitaw il-​fidi fija wkoll.+ 2 F’dar Missieri hemm ħafna postijiet fejn toqogħdu.+ Kieku ma kienx hekk kont ngħidilkom, għax sejjer inħejji post+ għalikom. 3 U meta mmur inħejji post għalikom, nerġaʼ niġi+ u nilqagħkom id-​dar għandi,+ biex fejn inkun jien tkunu intom ukoll.+ 4 U fejn sejjer jien, it-​triq tafuha.”

5 Qallu Tumas:+ “Mulej, ma nafux fejn sejjer.+ Kif nafuha t-​triq?”

6 Ġesù qallu: “Jien it-​triq,+ il-​verità,+ u l-​ħajja.+ Ħadd ma jiġi għand il-​Missier ħlief permezz tiegħi.+ 7 Kieku sirtu tafu lili, kontu ssiru tafu lil Missieri wkoll; minn issa ’l quddiem tafuh u rajtuh.”+

8 Qallu Filippu: “Mulej, urina l-​Missier, u jkun biżżejjed għalina.”

9 Ġesù qallu: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma sirtx taf min jien? Min ra lili ra wkoll lill-​Missier.+ Kif qed tgħid, ‘Urina l-​Missier’?+ 10 Ma temminx li jien f’unjoni mal-​Missier u l-​Missier f’unjoni miegħi?+ Dak li ngħidilkom ma ngħidux minni nnifsi; imma l-​Missier li jibqaʼ f’unjoni miegħi qed jagħmel l-​għemejjel tiegħu.+ 11 Emmnuni li jien f’unjoni mal-​Missier u l-​Missier f’unjoni miegħi; inkella emmnu minħabba l-​għemejjel stess.+ 12 Tassew, tassew, ngħidilkom, Min jeżerċita l-​fidi fija, dan ukoll se jagħmel l-​għemejjel li nagħmel jien; u se jagħmel għemejjel akbar+ minn dawn, għax jien sejjer għand il-​Missier.+ 13 Ukoll, kulma titolbu f’ismi, jien nagħmlu, sabiex il-​Missier jiġi glorifikat permezz taʼ l-​Iben.+ 14 Jekk titolbu xi ħaġa f’ismi, nagħmilha.

15 “Jekk tħobbuni, tosservaw il-​kmandamenti tiegħi;+ 16 u jien nitlob lill-​Missier u jagħtikom ajjutant ieħor biex ikun magħkom għal dejjem,+ 17 l-ispirtu tal-​verità,+ li d-​dinja ma tistax tirċivih,+ għax la tarah u lanqas tafu. Intom tafuh, għax jibqaʼ magħkom u qiegħed fikom.+ 18 Ma nħallikomx bħal iltiema.+ Niġi għandkom. 19 Ftit ieħor u d-​dinja ma taranix iktar,+ imma intom tarawni,+ għax jien ngħix u intom se tgħixu.+ 20 Dakinhar tkunu tafu li jien f’unjoni maʼ Missieri u intom f’unjoni miegħi u jien f’unjoni magħkom.+ 21 Min għandu l-​kmandamenti tiegħi u josservahom, dan iħobbni.+ U min iħobbni jkun maħbub minn Missieri, u jien inħobbu u nurih lili nnifsi b’mod ċar.”

22 Ġuda,+ mhux l-​Iskarjota, qallu: “Mulej, x’ġara biex bi ħsiebek turi lilek innifsek b’mod ċar lilna u mhux lid-​dinja?”+

23 Ġesù wieġeb u qallu: “Jekk xi ħadd iħobbni, josserva+ kelmti, u Missieri jħobbu, u niġu għandu u nibqgħu noqogħdu miegħu.+ 24 Min ma jħobbnix ma josservax kliemi; u l-​kelma li qed tisimgħu mhix tiegħi, imma tal-​Missier li bagħatni.+

25 “Għedtilkom dan waqt li għadni magħkom. 26 Imma l-​ajjutant, l-​ispirtu qaddis, li l-​Missier jibgħat f’ismi, jgħallimkom kollox u jfakkarkom kulma għedtilkom.+ 27 Inħallilkom il-​paċi, nagħtikom il-​paċi tiegħi.+ Ma nagħtihilkomx kif tagħtiha d-​dinja. Tħallux lil qlubkom jitħawdu u lanqas jitbeżżgħu. 28 Smajtu li għedtilkom, Sejjer u nerġaʼ niġi għandkom. Kieku ħabbejtuni, kontu tifirħu li sejjer għand il-​Missier, għax il-​Missier akbar+ minni. 29 Għalhekk għedtilkom issa, qabel ma jiġri,+ sabiex meta jiġri, temmnu. 30 M’iniex se nitkellem wisq iktar magħkom, għax ġej il-​ħakkiem+ tad-​dinja. Hu m’għandu ebda setgħa fuqi,+ 31 imma, sabiex id-​dinja tkun taf li jien inħobb lill-​Missier, saħansitra bħalma ordnali+ l-​Missier, hekk qed nagħmel. Qumu, ejjew nitilqu minn hawnhekk.

15 “Jien id-​dielja vera,+ u Missieri l-​bidwi.+ 2 Kull fergħa fija li ma tagħtix frott ineħħiha,+ u kull waħda li tagħti l-​frott inaddafha,*+ biex tagħti iktar frott.+ 3 Intom diġà nodfa minħabba l-​kelma li għedtilkom.+ 4 Ibqgħu f’unjoni miegħi, u jien nibqaʼ f’unjoni magħkom.+ Bħalma l-​fergħa ma tistax tagħti frott minnha nfisha jekk ma tibqax fid-​dielja, bl-​istess mod lanqas intom ma tagħtu frott jekk ma tibqgħux f’unjoni miegħi.+ 5 Jien id-​dielja u intom il-​friegħi. Min jibqaʼ f’unjoni miegħi, u jien f’unjoni miegħu, jagħti ħafna frott;+ għax mingħajri ma tistgħu tagħmlu xejn. 6 Jekk xi ħadd ma jibqax f’unjoni miegħi, jintrema bħal fergħa u jinxef; u n-​nies jiġbru dawk il-​friegħi u jitfgħuhom fin-​nar biex jinħarqu.+ 7 Jekk tibqgħu f’unjoni miegħi u kliemi jibqaʼ fikom, itolbu kulma tixtiequ u jsirilkom.+ 8 Missieri hu glorifikat b’dan, li tibqgħu tagħtu ħafna frott u turu li intom dixxipli tiegħi.+ 9 Bħalma l-​Missier ħabb lili+ u jien ħabbejt lilkom, ibqgħu fi mħabbti. 10 Jekk tosservaw il-​kmandamenti tiegħi,+ tibqgħu fi mħabbti, bħalma jien osservajt il-​kmandamenti tal-​Missier+ u nibqaʼ fi mħabbtu.

11 “Dan għedthulkom, biex il-​ferħ tiegħi jkun fikom u l-​ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.+ 12 Dan hu l-​kmandament tiegħi, li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.+ 13 Ħadd m’għandu mħabba akbar minn din, li xi ħadd jagħti ruħu għal ħbiebu.+ 14 Intom ħbiebi jekk tagħmlu dak li qed nordnalkom.+ 15 Ma nsejħilkomx iktar ilsiera, għax ilsir ma jafx x’jagħmel sidu. Imma sejjaħtilkom ħbieb,+ għax kulma smajt mingħand Missieri għarrafthulkom.+ 16 M’għażiltunix intom, imma jien għażilt lilkom, u ħtartkom biex tmorru u tibqgħu tagħtu l-​frott+ u l-​frott tagħkom jibqaʼ; sabiex kulma titolbu lill-​Missier f’ismi jagħtihulkom.+

17 “Dan nordnalkom, li tħobbu lil xulxin.+ 18 Jekk id-​dinja tobgħodkom, tafu li lili bagħditni qabel ma bagħdet lilkom.+ 19 Kieku kontu parti mid-​dinja, id-​dinja kienet tkun ferħana b’dak li hu tagħha.+ Issa għax m’intomx parti mid-​dinja,+ imma għażiltkom mid-​dinja, minħabba f’hekk tobgħodkom id-​dinja.+ 20 Żommu f’moħħkom il-​kliem li għedtilkom, Ilsir mhux akbar minn sidu. Jekk ippersegwitaw lili, jippersegwitaw lilkom ukoll;+ jekk osservaw kelmti, josservaw tagħkom ukoll. 21 Imma jagħmlu dan kollu kontrikom minħabba ismi, għax ma jafux lil dak li bagħatni.+ 22 Kieku ma ġejtx u kellimthom, ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa m’għandhom ebda skuża għal dnubhom.+ 23 Min jobgħod lili jobgħod ukoll lil Missieri.+ 24 Kieku m’għamiltx fosthom l-​għemejjel li ħadd qatt m’għamel,+ ma kien ikollhom ebda dnub;+ imma issa raw u bagħdu kemm lili kif ukoll lil Missieri.+ 25 Imma dan ġara biex jitwettaq dak li hemm miktub fil-​Liġi tagħhom, ‘Bagħduni għalxejn.’+ 26 Meta jasal l-​ajjutant li nibagħtilkom mingħand il-​Missier,+ l-​ispirtu tal-​verità, li joħroġ mingħand il-​Missier, hu jixhed dwari;+ 27 u intom, ukoll, tridu tixhdu,+ għax kontu miegħi minn meta bdejt.

16 “Għedtilkom dan biex ma titfixklux.+ 2 Għad ikeċċukom mis-​sinagoga.+ Fil-​fatt, ġejja s-​siegħa meta kulmin joqtolkom jimmaġina li qed jagħti servizz sagru lil Alla.+ 3 Imma jagħmlu dan għax la saru jafu lill-​Missier u lanqas lili.+ 4 Madankollu, għedtilkom dan sabiex, meta tasal is-​siegħa tiegħu, tiftakru li għedthulkom.+

“Iżda, dan m’għedthulkomx mill-​ewwel, għax kont magħkom. 5 Imma issa sejjer għand dak li bagħatni,+ u ħadd minnkom ma jistaqsini, ‘Fejn sejjer?’ 6 Imma għax għedtilkom dan, qlubkom imtlew bin-​niket.+ 7 Madankollu, qed ngħidilkom il-​verità, Hu għall-​ġid tagħkom li se nitlaq. Għax jekk ma nitlaqx, l-​ajjutant+ żgur ma jiġix għandkom; iżda jekk immur, nibagħthulkom. 8 U meta jasal, jagħti prova konvinċenti lid-​dinja dwar id-​dnub, dwar is-​sewwa, u dwar il-​ġudizzju:+ 9 l-ewwelnett, dwar id-​dnub,+ għax m’humiex qed jeżerċitaw il-​fidi fija;+ 10 imbagħad dwar is-​sewwa,+ għax jien sejjer għand il-​Missier u ma tarawnix iktar; 11 imbagħad dwar il-​ġudizzju,+ għax il-​ħakkiem taʼ din id-​dinja ġie ġudikat.+

12 “Għad għandi ħafna x’ngħidilkom, imma fil-​preżent ma tifilħux għalih.+ 13 Madankollu, meta jasal, l-​ispirtu tal-​verità,+ jiggwidakom lejn il-​verità kollha, għax ma jitkellimx minn jeddu, imma jgħid dak li jismaʼ, u jxandrilkom dak li ġej.+ 14 Hu jigglorifikani,+ għax ixandrilkom dak li jirċievi mingħandi.+ 15 Kulma għandu l-​Missier hu tiegħi.+ Għalhekk għedt li jxandrilkom dak li jirċievi mingħandi. 16 Ftit ieħor u ma tarawnix iktar;+ jerġaʼ ftit ieħor u tarawni.”

17 Imbagħad, xi wħud mid-​dixxipli tiegħu bdew jgħidu lil xulxin: “Xi jfisser dan li qed jgħidilna, ‘Ftit ieħor u ma tarawnix iktar; jerġaʼ ftit ieħor u tarawni,’ u, ‘għax jien sejjer għand il-​Missier’?” 18 Għaldaqstant, kienu qed jgħidu: “Xi jfisser dan li qed jgħid, ‘ftit ieħor’? Ma nafux fuqiex qed jitkellem.” 19 Ġesù kien jaf+ li riedu jistaqsuh, u għalhekk qalilhom: “Qed tistaqsu lil xulxin fuq dan, għax għedt, Ftit ieħor u ma tarawnix iktar; jerġaʼ ftit ieħor u tarawni? 20 Tassew, tassew, ngħidilkom, Intom tibku u tolfqu, imma d-​dinja tifraħ; intom titnikktu,+ imma n-​niket tagħkom jinbidel f’ferħ.+ 21 Meta tkun qed tiled, mara jkollha n-​niket, għax tkun waslet is-​siegħa tagħha;+ imma meta tkun wildet it-​tarbija, ma tiftakarx iktar it-​tribulazzjoni minħabba l-​ferħ li jkun twieled bniedem fid-​dinja. 22 Bl-istess mod, intom ukoll qed ikollkom in-​niket issa; imma jien nerġaʼ narakom u qlubkom jithennew,+ u l-​ferħ tagħkom ħadd ma jiħodhulkom. 23 U dakinhar+ ma tistaqsuni xejn. Tassew, tassew, ngħidilkom, Jekk titolbu xi ħaġa+ lill-​Missier f’ismi, jagħtihielkom.+ 24 S’issa għadkom ma tlabtu xejn f’ismi. Itolbu u taqilgħu, biex il-​ferħ tagħkom jintgħamel sħiħ.+

25 “Dan għedthulkom bil-​paraguni.+ Ġejja s-​siegħa meta ma nitkellimx iktar magħkom bil-​paraguni, imma nkellimkom b’mod ċar dwar il-​Missier. 26 Dakinhar titolbu f’ismi, u ma ngħidilkomx li nitlob lill-​Missier għalikom. 27 Għax il-​Missier innifsu jurikom affezzjoni, għax lili wrejtuni affezzjoni+ u emmintu li ħriġt bħala r-​rappreżentant tal-​Missier.+ 28 Ħriġt mingħand il-​Missier u ġejt fid-​dinja. Issa se nħalli d-​dinja u sejjer għand il-​Missier.”+

29 Qalu d-​dixxipli tiegħu: “Ara! Issa qed titkellem b’mod ċar, u m’int iġġib ebda paragun. 30 Issa nafu li int taf kollox+ u m’għandekx bżonn min jistaqsik.+ B’dan nemmnu li int ħriġt mingħand Alla.”+ 31 Wiġibhom Ġesù: “Qed temmnu bħalissa? 32 Ara! Ġejja s-​siegħa, u tabilħaqq ġiet, meta tixterdu kull wieħed lejn daru+ u tħalluni waħdi; u madankollu m’iniex waħdi, għax il-​Missier qiegħed miegħi.+ 33 Għedtilkom dan sabiex permezz tiegħi jkollkom il-​paċi.+ Fid-​dinja qed ikollkom it-​tribulazzjoni, imma agħmlu kuraġġ! Jien irbaħt lid-​dinja.”+

17 Wara dan il-​kliem, Ġesù refaʼ għajnejh lejn is-​sema+ u qal: “Missier, waslet is-​siegħa; igglorifika lil ibnek, biex ibnek jigglorifika lilek,+ 2 skond l-​awtorità li tajtu fuq il-​bnedmin kollha,+ biex jagħti l-​ħajja taʼ dejjem+ lill-​għadd sħiħ taʼ dawk li tajtu.+ 3 Il-ħajja taʼ dejjem tfisser dan:+ li jieħdu* għarfien+ dwarek, l-​uniku Alla veru,+ u dwar Ġesù Kristu li int bgħatt.+ 4 Jien igglorifikajtek+ fuq l-​art, billi temmejt ix-​xogħol li tajtni nagħmel.+ 5 Mela issa, Missier, igglorifikani maġenbek bil-​glorja li kelli ħdejk qabel ma kienet teżisti d-​dinja.+

6 “Urejt ismek lill-​bnedmin li tajtni mid-​dinja.+ Kienu tiegħek u int tajthomli, u huma osservaw kelmtek. 7 Issa saru jafu li kulma tajtni hu mingħandek; 8 għax il-​kliem li tajtni jien tajthulhom,+ u huma laqgħuh u żgur saru jafu li ħriġt bħala r-​rappreżentant tiegħek,+ u emmnu li int bgħattni.+ 9 Għalihom nitlob; ma nitlobx għad-​dinja,+ imma għal dawk li tajtni; għax huma tiegħek, 10 u kulma għandi hu tiegħek, u tiegħek tiegħi,+ u jien ġejt glorifikat fosthom.

11 “Ukoll, jien m’għadnix fid-​dinja, imma huma qegħdin fid-​dinja+ u jien ġej għandek. Missier Qaddis, ħarishom+ minħabba ismek stess li tajtni, biex ikunu ħaġa waħda bħalna.+ 12 Meta kont magħhom, kont inħarishom+ minħabba ismek stess li tajtni; u żammejthom, u lanqas wieħed minnhom ma nqered+ ħlief bin il-​qerda,+ sabiex titwettaq l-​iskrittura.+ 13 Imma issa jien ġej għandek, u qed ngħid dan sakemm għadni fid-​dinja sabiex ikollhom fihom infushom il-​ferħ sħiħ tiegħi.+ 14 Tajthom kelmtek, imma d-​dinja bagħdithom,+ għax m’humiex parti mid-​dinja, bħalma jien m’iniex parti mid-​dinja.+

15 “Ma nitolbokx biex toħroġhom mid-​dinja, imma biex tħarishom minħabba l-​Ħażin.+ 16 M’humiex parti mid-​dinja,+ bħalma jien m’iniex parti mid-​dinja.+ 17 Qaddishom+ permezz tal-​verità; kelmtek+ hi l-​verità.+ 18 Bħalma int bgħattni fid-​dinja, jien ukoll bgħatthom fid-​dinja.+ 19 U qed inqaddes lili nnifsi għan-​nom tagħhom, sabiex huma wkoll jitqaddsu+ permezz tal-​verità.

20 “Ma nitlobx għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li jpoġġu l-​fidi fija permezz taʼ kelmithom;+ 21 ħalli jkunu lkoll ħaġa waħda,+ sabiex bħalma int, Missier, f’unjoni miegħi u jien f’unjoni miegħek,+ huma wkoll ikunu f’unjoni magħna,+ biex hekk id-​dinja temmen li int bgħattni.+ 22 Ukoll, jien tajthom il-​glorja li tajtni, sabiex ikunu ħaġa waħda bħalma aħna ħaġa waħda.+ 23 Jien f’unjoni magħhom u int f’unjoni miegħi, sabiex jiġu perfezzjonati bħala ħaġa waħda,+ u b’hekk id-​dinja jkollha l-​għarfien li int bgħattni u li ħabbejthom bħalma ħabbejt lili. 24 Missier, nixtieq li dawk li tajtni jkunu wkoll miegħi fejn inkun jien,+ sabiex jaraw il-​glorja tiegħi li tajtni int, għax ħabbejtni qabel it-​tisjis+ tad-​dinja.+ 25 Missier ġust,+ tabilħaqq, id-​dinja ma saritx taf min int;+ imma jien sirt nafek, u dawn saru jafu li int bgħattni.+ 26 U għarrafthom+ ismek u nibqaʼ ngħarrfu, sabiex l-​imħabba li biha ħabbejtni tkun fihom u jien inkun f’unjoni magħhom.”+

18 Wara li qal dan, Ġesù ħareġ mad-​dixxipli tiegħu u qasam għan-​naħa l-​oħra tal-​wied taʼ Kidron+ fejn kien hemm ġnien u daħal fih mad-​dixxipli tiegħu.+ 2 Issa Ġuda, it-​traditur tiegħu, ukoll kien jafu l-​post, għax Ġesù kemm-il darba kien jiltaqaʼ hemmhekk mad-​dixxipli tiegħu.+ 3 Għaldaqstant, Ġuda ħa miegħu lill-​ġemgħa tas-​suldati u l-​uffiċjali tal-​qassisin ewlenin u tal-​Fariżej, u marru hemmhekk b’torċi u msiebaħ u armi.+ 4 Għalhekk, billi kien jaf b’kulma kien ġej fuqu,+ Ġesù resaq lejhom u qalilhom: “Lil min qed tfittxu?” 5 Wiġbuh: “Lil Ġesù n-​Nazzarenu.”+ Qalilhom: “Jien hu.” Issa Ġuda, it-​traditur tiegħu,+ kien magħhom ukoll.

6 Madankollu, meta qalilhom: “Jien hu,” resqu lura+ u waqgħu maʼ l-​art. 7 Għalhekk, reġaʼ staqsiehom: “Lil min qed tfittxu?” Qalulu: “Lil Ġesù n-​Nazzarenu.” 8 Wiġibhom Ġesù: “Għedtilkom jien hu. Għaldaqstant, jekk qed tfittxu lili, ħalluhom imorru lil dawn”; 9 sabiex titwettaq il-​kelma li qal: “Minn dawk li tajtni ma tlift lanqas wieħed.”+

10 Imbagħad, billi kellu sejf, Xmun Pietru siltu u darab lill-​ilsir tal-​qassis il-​kbir u qatagħlu widintu l-​leminija barra.+ L-​ilsir kien jismu Malku. 11 Iżda Ġesù qal lil Pietru: “Daħħal is-​sejf fl-​għant tiegħu.+ M’għandix jien nixrob+ il-​kies li tani l-​Missier?”

12 Imbagħad il-​ġemgħa tas-​suldati u l-​kmandant militari u l-​uffiċjali tal-​Lhud qabdu lil Ġesù u rabtuh, 13 u l-​ewwel ħaduh għand Anna; għax kien ħaten Kajfa, li dik is-​sena kien il-​qassis il-​kbir.+ 14 Fil-fatt, kien Kajfa dak li ta l-​parir lil-​Lhud li kien għall-​ġid tagħhom li raġel wieħed imut għan-​nom tan-​nies.+

15 Issa Xmun Pietru flimkien maʼ dixxiplu ieħor mar wara Ġesù.+ Dan id-​dixxiplu kien midħla tal-​qassis il-​kbir u daħal maʼ Ġesù fil-​bitħa tal-​qassis il-​kbir, 16 imma Pietru baqaʼ barra ħdejn il-​bieb.+ Għalhekk, id-​dixxiplu l-​ieħor, li kien midħla tal-​qassis il-​kbir, ħareġ barra u kellem lil tal-​bieb u daħħal lil Pietru. 17 Imbagħad il-​qaddejja li kienet mal-​bieb qalet lil Pietru: “Int m’intix ukoll wieħed mid-​dixxipli taʼ dan ir-​raġel?” Qalilha: “M’iniex.”+ 18 Issa l-​ilsiera u l-​uffiċjali kienu weqfin hemmhekk għas-​sħana, għax kienu qabbdu nar bil-​faħam,+ peress li kien il-​bard. Pietru wkoll kien qiegħed magħhom għas-​sħana.

19 Issa l-​qassis ewlieni staqsa lil Ġesù dwar id-​dixxipli tiegħu u dwar it-​tagħlim tiegħu. 20 Wieġbu Ġesù: “Jien kellimt lid-​dinja pubblikament. Dejjem għallimt f’xi sinagoga u fit-​tempju,+ fejn il-​Lhud kollha jiltaqgħu flimkien; u m’għedt xejn bil-​moħbi. 21 Għala qed tistaqsi lili? Staqsi lil dawk li semgħu dak li għedtilhom. Ara! Dawn jafu x’għedt.” 22 Wara li qal dan, wieħed mill-​uffiċjali, li kien fil-​qrib, ta daqqa taʼ ħarta+ lil Ġesù u qallu: “Hekk twieġbu int lill-​qassis ewlieni?” 23 Wieġbu Ġesù: “Jekk għedt xi ħaġa ħażina, ixhed dwar il-​ħażin; imma jekk tkellimt sewwa, għala tagħtini bil-​ħarta?” 24 Imbagħad Anna bagħtu marbut għand Kajfa, il-​qassis il-​kbir.+

25 Issa Xmun Pietru kien qiegħed għas-​sħana. Imbagħad qalulu: “Int m’intix ukoll wieħed mid-​dixxipli tiegħu?” Hu ċaħad u qal: “M’iniex.”+ 26 Wieħed mill-​ilsiera tal-​qassis il-​kbir, li kien jiġi mir-​raġel li Pietru qatagħlu widintu barra,+ qallu: “Ma rajtekx fil-​ġnien miegħu?” 27 Madankollu, Pietru reġaʼ ċaħad; u minnufih is-​serduq idden.+

28 Imbagħad ħadu lil Ġesù mingħand Kajfa għall-​palazz tal-​gvernatur.+ Issa kien fil-​għodu kmieni. Imma huma stess ma daħlux fil-​palazz tal-​gvernatur biex ma jitniġġsux,+ u jkunu jistgħu jieklu l-​ikla tal-​Qbiż. 29 Għalhekk, Pilatu ħareġ barra ħdejhom u qalilhom: “X’akkuża ġġibu kontra dan ir-​raġel?”+ 30 Wieġbu u qalulu: “Kieku ma kienx raġel ħażin, ma konniex inġibuh u nagħtuhulek f’idejk.” 31 B’hekk Pilatu qalilhom: “Ħuduh intom u ġġudikawh skond il-​liġi tagħkom.”+ Qalulu l-​Lhud: “Skond il-​liġi aħna ma nistgħu noqtlu lil ħadd.”+ 32 Dan ġara sabiex titwettaq il-​kelma li qal Ġesù biex juri liema xorta taʼ mewt kellu jmut.+

33 Għalhekk, Pilatu reġaʼ daħal fil-​palazz tal-​gvernatur u sejjaħ lil Ġesù u qallu: “Int is-​sultan tal-​Lhud?”+ 34 Wieġbu Ġesù: “Dan qed tgħidu minnek innifsek, jew qalulek oħrajn dwari?”+ 35 Wieġeb Pilatu: “Mela jien Lhudi? Ġensek stess u l-​qassisin ewlenin tawk f’idejja.+ X’għamilt?” 36 Wieġeb Ġesù:+ “Is-​saltna tiegħi mhix parti minn din id-​dinja.+ Kieku s-​saltna tiegħi kienet parti minn din id-​dinja, il-​qaddejja tiegħi kienu jiġġieldu+ biex ma ningħatax f’idejn il-​Lhud. Imma, tabilħaqq, is-​saltna tiegħi mhix ġejja minn hawn.” 37 Għalhekk, Pilatu qallu: “Allura int sultan?” Wieġbu Ġesù: “Int stess qed tgħid li jien sultan.+ Għal dan jien twilidt, u għal dan ġejt fid-​dinja, biex nixhed għall-​verità.+ Kulmin qiegħed fuq in-​naħa tal-​verità+ jismaʼ leħni.”+ 38 Qallu Pilatu: “X’inhi l-​verità?”

U wara li qal dan, reġaʼ ħareġ ħdejn il-​Lhud u qalilhom: “Ma nsib ebda ħtija fih.+ 39 Ukoll, għandkom drawwa li fil-​Qbiż neħilsilkom lil xi ħadd.+ Għalhekk, triduni neħilsilkom lis-​sultan tal-​Lhud?” 40 Imma reġgħu bdew jgħajtu u jgħidu: “Mhux lil dan, imma lil Barabba!” Issa Barabba kien ħalliel.+

19 Imbagħad Pilatu ħa lil Ġesù u tah is-​swat.+ 2 U s-​suldati nisġu kuruna tax-​xewk u poġġewhielu fuq rasu u libbsuh mantar vjola;+ 3 u bdew jersqu lejh u jgħidulu: “Is-​sliem għalik, Sultan tal-​Lhud!” Ukoll, bdew jagħtuh daqqiet taʼ ħarta.+ 4 U Pilatu reġaʼ ħareġ barra u qalilhom: “Ara! Se nġibhulkom hawnhekk biex tkunu tafu li ma nsib ebda ħtija fih.”+ 5 Għaldaqstant, Ġesù ħareġ barra, liebes il-​kuruna tax-​xewk u l-​mantar vjola. U Pilatu qalilhom: “Ara! Ir-​raġel!” 6 Madankollu, meta rawh, il-​qassisin ewlenin u l-​uffiċjali bdew jgħajtu u jgħidu: “Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!”+ Qalilhom Pilatu: “Ħuduh u sammruh intom maʼ zokk, għax jien ma nsib ebda ħtija fih.”+ 7 Wiġbuh il-​Lhud: “Aħna għandna liġi,+ u skond il-​liġi għandu jmut, għax għamel lilu nnifsu bin Alla.”+

8 Għalhekk, meta semaʼ dan il-​kliem, Pilatu iktar beżaʼ; 9 u reġaʼ daħal fil-​palazz tal-​gvernatur u qal lil Ġesù: “Minfejn int?” Imma Ġesù ma wieġbu xejn.+ 10 B’hekk, Pilatu qallu: “M’intix se tkellimni?+ Ma tafx li għandi l-​awtorità li neħilsek u l-​awtorità li nsammrek maʼ zokk?” 11 Wieġbu Ġesù: “Ma kien ikollok l-​ebda awtorità fuqi kieku ma ngħatatlekx minn fuq.+ Huwa għalhekk li min tani f’idejk għandu dnub akbar.”

12 Għal din ir-​raġuni Pilatu baqaʼ jipprova jara kif jeħilsu. Imma l-​Lhud bdew jgħajtu u jgħidulu: “Jekk teħles lil dan ir-​raġel, m’intix ħabib taʼ Ċesari. Kulmin jagħmel lilu nnifsu sultan jitkellem kontra Ċesari.”+ 13 Għalhekk, wara li semaʼ dan il-​kliem, Pilatu ħareġ lil Ġesù barra, u qagħad bil-​qiegħda fuq tron tal-​ġudizzju f’post imsejjaħ il-​Bitħa biċ-​Ċangatura, imma, bl-​Ebrajk, Gabbata. 14 Issa kien jum it-​tħejjija+ għall-​Qbiż* u madwar is-​sitt siegħa.* U qal lil-​Lhud: “Ara! Is-​sultan tagħkom!” 15 Madankollu, huma bdew jgħajtu: “Ħudu ’l hemm! Ħudu ’l hemm! Sammru maʼ zokk!” Qalilhom Pilatu: “Insammar maʼ zokk lis-​sultan tagħkom?” Il-​qassisin ewlenin wieġbu: “M’għandna l-​ebda sultan ħlief lil Ċesari.”+ 16 Għalhekk, dak il-​ħin stess tahulhom f’idejhom biex isammruh maʼ zokk.+

Imbagħad ħadu lil Ġesù. 17 U waqt li ġarr iz-​zokk tat-​tortura hu stess,+ ħareġ+ lejn il-​post imsejjaħ Post il-​Qorriegħa, li bl-​Ebrajk jgħidulu Golgota;+ 18 u hemmhekk sammruh maʼ zokk,+ u lil żewġt irġiel oħra miegħu, wieħed fuq naħa u l-​ieħor fuq oħra, u Ġesù fin-​nofs.+ 19 Pilatu kiteb ukoll iskrizzjoni u poġġieha fuq iz-​zokk tat-​tortura. Kien hemm miktub: “Ġesù n-​Nazzarenu s-​Sultan tal-​Lhud.”+ 20 Għalhekk, ħafna mil-​Lhud qraw din l-​iskrizzjoni, għax il-​post fejn sammru lil Ġesù maʼ zokk kien qrib il-​belt;+ u l-​kitba kienet bl-​Ebrajk, bil-​Latin, u bil-​Grieg. 21 Iżda, il-​qassisin ewlenin tal-​Lhud bdew jgħidu lil Pilatu: “Tiktibx ‘Is-​Sultan tal-​Lhud,’ imma li hu qal, ‘Jien is-​Sultan tal-​Lhud.’” 22 Wieġeb Pilatu: “Dak li ktibt ktibt.”

23 Issa, meta kienu sammru lil Ġesù maz-​zokk, is-​suldati ħadu ħwejġu u qassmuhom f’erbaʼ partijiet, parti għal kull suldat, u ħadu wkoll il-​libsa li kien jilbes minn taħt. Imma din il-​libsa kienet bla ħjata, għax kienet minsuġa minn fuq s’isfel.+ 24 Għalhekk, qalu lil xulxin: “Ħalli ma nqattgħuhiex, imma ntellgħuha bix-​xorti u naraw min se jiħodha.” Dan ġara biex titwettaq l-​iskrittura: “Qassmu ħwejġi bejniethom, u l-​ilbies tiegħi tellgħuh bix-​xorti.”+ U s-​suldati tassew għamlu dan.

25 Weqfin ħdejn iz-​zokk tat-​tortura taʼ Ġesù kien hemm ommu+ u oħt ommu; Marija+ mart Klofa, u Marija l-​Maddalena.+ 26 Għalhekk, meta ra lil ommu u lid-​dixxiplu li kien iħobb+ weqfin ħdejh, Ġesù qal lil ommu: “Mara, ara! Ibnek!” 27 Imbagħad qal lid-​dixxiplu: “Ara! Ommok!” U minn dak il-​ħin stess id-​dixxiplu ħadha f’daru.

28 Wara dan, meta kien jaf li s’issa kollox kien twettaq, sabiex titwettaq l-​iskrittura, Ġesù qal: “Għandi l-​għatx.”+ 29 Hemmhekk kien hemm ġarra mimlija bl-​inbid qares. Għalhekk, poġġew sponża mimlija nbid qares fuq qasba taż-​żuf u ressquhielu maʼ ħalqu.+ 30 Meta ngħata l-​inbid qares, Ġesù qal: “Twettaq!”+ Imbagħad, mejjel rasu u radd l-​ispirtu tiegħu.+

31 Issa, peress li kien jum it-​Tħejjija+ u sabiex l-​iġsma ma jitħallewx+ fuq iz-​zokk tat-​tortura f’jum is-​Sabat (għax il-​jum taʼ dak is-​Sabat kien kbir)+ il-​Lhud talbu lil Pilatu biex jiksrulhom riġlejhom u jitneħħew l-​iġsma. 32 Għalhekk, ġew is-​suldati u kisru riġlejn l-​irġiel li kienu tpoġġew bħalu fuq zokk, l-​ewwel taʼ wieħed u mbagħad taʼ l-​ieħor. 33 Imma malli waslu ħdejn Ġesù, billi raw li kien diġà mejjet, ma kisrulux riġlejh. 34 Iżda wieħed mis-​suldati nifidlu ġenbu b’lanza,+ u minnufih ħareġ demm u ilma. 35 Dan qed jixhdu wieħed li rah, u x-​xiehda tiegħu hi vera, u dan ir-​raġel jaf li qed jgħid il-​verità, sabiex intom ukoll temmnu.+ 36 Fil-fatt, dan seħħ sabiex titwettaq l-​iskrittura: “Ebda waħda minn għadmu ma tiġi miksura.”+ 37 Ukoll, skrittura oħra tgħid: “Iħarsu lejn Dak li kienu nifdu.”+

38 Issa, wara dan, Ġużeppi minn Arimatija, li kien dixxiplu taʼ Ġesù, imma bil-​moħbi għax kien jibżaʼ mil-​Lhud,+ talab lil Pilatu biex jieħu l-​ġisem taʼ Ġesù; u Pilatu tah permess.+ Għalhekk, ġie u ħa l-​ġisem.+ 39 Ġie wkoll Nikodemu, dak li l-​ewwel darba kien mar għandu bil-​lejl, u ġab miegħu madwar mitt libbra* mirra u sabbara mgeżwrin.+ 40 U ħadu l-​ġisem taʼ Ġesù u rabtuh bil-​faxex u dilkuh bil-​fwejjaħ aromatiċi,+ skond id-​drawwa tad-​dfin li kellhom il-​Lhud. 41 Inzerta li fil-​post fejn sammruh maʼ zokk kien hemm ġnien, u fil-​ġnien kien hemm qabar ġdid tat-​tifkira,+ li ħadd ma kien għadu tqiegħed fih. 42 Mela, minħabba jum it-​tħejjija+ tal-​Lhud, qiegħdu lil Ġesù hemmhekk, għax il-​qabar tat-​tifkira kien fil-​qrib.

20 Fl-ewwel jum+ tal-​ġimgħa, Marija l-​Maddalena ġiet kmieni ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, waqt li kien għadu d-​dlam, u rat li l-​ġebla kienet diġà tneħħiet minn quddiem il-​qabar tat-​tifkira.+ 2 Għalhekk, marret tiġri għand Xmun Pietru u għand id-​dixxiplu l-​ieħor,+ li Ġesù kellu affezzjoni lejh, u qaltilhom: “Lill-​Mulej ħaduh mill-​qabar tat-​tifkira,+ u ma nafux fejn qegħduh.”

3 Imbagħad Pietru+ u d-​dixxiplu l-​ieħor ħarġu u telqu lejn il-​qabar tat-​tifkira. 4 Iva, telqu jiġru t-​tnejn flimkien; imma d-​dixxiplu l-​ieħor ġera iktar minn Pietru u wasal l-​ewwel wieħed ħdejn il-​qabar tat-​tifkira. 5 U ttawwal ġewwa u lemaħ il-​faxex maʼ l-​art,+ iżda ma daħalx. 6 Imbagħad warajh ġie wkoll Xmun Pietru u daħal fil-​qabar tat-​tifkira. Hemmhekk ra l-​faxex maʼ l-​art.+ 7 Ra wkoll li ċ-​ċarruta li kienet fuq rasu ma kinitx fl-​art mal-​faxex imma mgerba f’post għaliha. 8 U f’dak il-​waqt id-​dixxiplu l-​ieħor, li kien wasal l-​ewwel wieħed ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, daħal ukoll, u ra u emmen. 9 Għax kienu għadhom ma fehmux l-​iskrittura li jrid iqum mill-​imwiet.+ 10 Imbagħad id-​dixxipli marru lura lejn djarhom.

11 Madankollu, Marija baqgħet barra ħdejn il-​qabar tat-​tifkira, tibki. Imbagħad, waqt li kienet qed tibki, ittawlet fil-​qabar tat-​tifkira 12 u rat żewġ anġli+ lebsin l-​abjad bil-​qiegħda, wieħed in-​naħa tar-​ras u l-​ieħor in-​naħa tas-​saqajn, fejn qabel kien mimdud il-​ġisem taʼ Ġesù. 13 U qalulha: “Mara, għalfejn qed tibki?” Qaltilhom: “Ħadu lill-​Mulej tiegħi, u ma nafx fejn qegħduh.” 14 Wara li qalet dan, daret lura u rat lil Ġesù wieqaf, imma m’għarfitx li kien Ġesù.+ 15 Qalilha Ġesù: “Mara, għalfejn qed tibki? Lil min qed tfittex?”+ Billi immaġinat li kien il-​ġardinar, qaltlu: “Sinjur, jekk ħadtu minn hawn, għidli fejn qegħedtu, u niġi nieħdu.” 16 Ġesù qalilha: “Marija!”+ Hi daret u qaltlu bl-​Ebrajk: “Rabboni!”+ (li jfisser “Għalliem!”) 17 Qalilha Ġesù: “Tibqax imqabbda miegħi. Għax għadni ma tlajtx għand il-​Missier. Imma mur għand ħuti+ u għidilhom, ‘Jien tielaʼ għand Missieri+ u Missierkom, Alla tiegħi+ u Alla tagħkom.’”+ 18 Marija l-​Maddalena marret u wasslet l-​aħbar lid-​dixxipli: “Rajt lill-​Mulej!” u qaltilhom dak li qalilha.+

19 Imbagħad, tard dak il-​jum li kien l-​ewwel jum tal-​ġimgħa,+ waqt li d-​dixxipli kienu bil-​bibien imsakkrin minħabba l-​biżaʼ+ mil-​Lhud, Ġesù ġie+ u waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-​sliem għalikom.”+ 20 U wara li qal dan, uriehom idejh u ġenbu;+ u d-​dixxipli ferħu+ meta raw lill-​Mulej. 21 Għalhekk, Ġesù reġaʼ qalilhom: “Is-​sliem għalikom. Bħalma l-​Missier bagħat lili,+ jien ukoll qed nibgħat lilkom.”+ 22 U wara li qal dan nefaħ fuqhom u qalilhom: “Irċievu l-​ispirtu qaddis.+ 23 Jekk taħfru d-​dnubiet taʼ xi ħadd,+ jinħafrulu; jekk iżżommu d-​dnubiet taʼ xi ħadd, jibqgħu miżmumin.”+

24 Imma Tumas,+ wieħed mit-​tnax, li kienu jgħidulu t-​Tewmi, ma kienx magħhom meta ġie Ġesù. 25 Għaldaqstant, id-​dixxipli l-​oħra bdew jgħidulu: “Rajna lill-​Mulej!” Imma hu qalilhom: “Jekk ma narax il-​marka taʼ l-​imsiemer f’idejh u ma nqegħedx sebgħi ġol-​marka taʼ l-​imsiemer u idi ġo ġenbu,+ żgur ma nemminx.”+

26 U wara tmint ijiem, id-​dixxipli tiegħu reġgħu kienu ġewwa, u Tumas kien magħhom. Għalkemm il-​bibien kienu msakkrin, Ġesù ġie u waqaf f’nofshom u qalilhom: “Is-​sliem għalikom.”+ 27 Imbagħad qal lil Tumas: “Poġġi sebgħek hawn, u ara idejja, u ġib idek+ u daħħalha f’ġenbi, u tibqax ma temminx iżda emmen.” 28 Tumas wieġeb u qallu: “Mulej tiegħi u Alla tiegħi!”+ 29 Qallu Ġesù: “Emmint għax rajtni? Henjin dawk li ma jarawx u xorta jemmnu.”+

30 Tabilħaqq, Ġesù wettaq quddiem id-​dixxipli ħafna sinjali oħra li m’humiex miktubin f’dan ir-​romblu.+ 31 Imma dawn inkitbu+ biex intom temmnu li Ġesù hu l-​Kristu, l-​Iben t’Alla u, għax temmnu,+ jistaʼ jkollkom il-​ħajja permezz taʼ ismu.

21 Wara dan, Ġesù reġaʼ deher lid-​dixxipli ħdejn il-​baħar taʼ Tiberija; u deher b’dan il-​mod. 2 Kien hemm flimkien Xmun Pietru u Tumas, li kienu jgħidulu t-​Tewmi,+ u Natanjel+ minn Kana tal-​Galilija u wlied Żebedew+ u tnejn oħra mid-​dixxipli tiegħu. 3 Xmun Pietru qalilhom: “Sejjer nistad.” Qalulu: “Aħna wkoll ġejjin miegħek.” Telqu ’l barra u telgħu fid-​dgħajsa, imma matul dak il-​lejl ma qabdu xejn.+

4 Kif kien qed jisbaħ, Ġesù qagħad fuq ix-​xatt, imma d-​dixxipli, naturalment, m’għarfuhx li kien Ġesù.+ 5 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Uliedi żgħar, għandkom x’tieklu?” Wiġbuh: “Le!” 6 Qalilhom: “Itfgħu x-​xibka fuq in-​naħa tal-​lemin tad-​dgħajsa u ssibu xi ftit.”+ Imbagħad huma tefgħuha, imma issa ma setgħux itellgħuha minħabba l-​kwantità taʼ ħut.+ 7 Għalhekk, dak id-​dixxiplu li Ġesù kien iħobb+ qal lil Pietru:+ “Dak il-​Mulej!” Għaldaqstant, malli semaʼ li kien il-​Mulej, Xmun Pietru tħażżem bil-​libsa tiegħu, għax kien bla ħwejjeġ, u ntefaʼ l-​baħar. 8 Imma d-​dixxipli l-​oħra ġew bid-​dgħajsa ż-​żgħira jkaxkru x-​xibka tal-​ħut, għax ma kinux ’il bogħod mill-​art, madwar disgħin metru biss.

9 Meta niżlu l-​art lemħu nar tal-​faħam+ u l-​ħut fuqu u l-​ħobż. 10 Ġesù qalilhom: “Ġibu ftit mill-​ħut li għadkom kif qbadtu.” 11 Għalhekk, Xmun Pietru telaʼ fid-​dgħajsa u ġibed lejn l-​art ix-​xibka mimlija ħut kbir, mija u tlieta u ħamsin ħuta. Imma għalkemm kien hemm daqstant ix-​xibka ma nqasmitx. 12 Qalilhom Ġesù: “Ejjew ħudu l-​kolazzjon.”+ Ħadd mid-​dixxipli ma kellu l-​kuraġġ jistaqsih: “Min int?” għax kienu jafu li kien il-​Mulej. 13 Ġesù resaq u ħa l-​ħobż u tahulhom,+ u l-​istess il-​ħut. 14 Issa din kienet it-​tielet darba+ li Ġesù deher lid-​dixxipli wara li ġie mqajjem mill-​imwiet.

15 Imbagħad, meta kienu ħadu l-​kolazzjon, Ġesù qal lil Xmun Pietru: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni int iktar minn dawn?”+ Qallu: “Iva, Mulej, taf li għandi affezzjoni lejk.”+ Qallu: “Itmaʼ l-​ħrief tiegħi.”+ 16 Reġaʼ qallu t-​tieni darba: “Xmun bin Ġwanni, tħobbni+ int?” Qallu: “Iva, Mulej, taf li għandi affezzjoni lejk.” Qallu: “Irgħa n-​nagħaġ ċkejknin tiegħi.”+ 17 Qallu għat-​tielet darba: “Xmun bin Ġwanni, għandek int affezzjoni lejja?” Pietru tnikket li qallu t-​tielet darba: “Għandek int affezzjoni lejja?” Għalhekk, qallu: “Mulej, int taf kollox,+ u taf li għandi affezzjoni lejk.” Qallu Ġesù: “Itmaʼ n-​nagħaġ ċkejknin tiegħi.+ 18 Tassew, tassew, ngħidlek, Meta int kont iżgħar, kont titħażżem waħdek u tmur fejn trid. Imma meta tixjieħ se toħroġ idejk u ħaddieħor iħażżmek+ u jieħdok fejn ma tixtieqx.”+ 19 Dan qalu biex ifisser b’liema mewta+ kellu jigglorifika lil Alla.+ U x’ħin qal dan, qallu: “Ibqaʼ miexi warajja.”+

20 X’ħin ħares lura, Pietru ra miexi warajhom lid-​dixxiplu li Ġesù kien iħobb,+ dak li fl-​ikla taʼ fil-​għaxija kien ukoll intelaq lura fuq sidru u qallu: “Mulej, min hu dak li se jittradik?” 21 Għaldaqstant, meta lemħu, Pietru qal lil Ġesù: “Mulej, dan ir-​raġel x’se jagħmel?” 22 Qallu Ġesù: “Jekk irridu jibqaʼ sakemm niġi jien,+ int x’jinteressak? Int ibqaʼ miexi warajja.” 23 Minħabba dan, fost l-​aħwa kien jingħad li dak id-​dixxiplu ma kienx se jmut. Madankollu, Ġesù ma qallux li ma kienx se jmut, iżda: “Jekk irridu jibqaʼ+ sakemm niġi jien, int x’jinteressak?”

24 Dan hu d-​dixxiplu+ li jixhed dwar dawn l-​affarijiet u li kitibhom, u nafu li x-​xiehda li jagħti hi vera.+

25 Fil-fatt, hemm ukoll ħafna affarijiet oħra li għamel Ġesù, u li kieku kellhom jinkitbu sa l-​iċken dettall, naħseb jien, id-​dinja nfisha ma kinitx tesaʼ r-​rombli miktubin.+

Minn isem Ebrajk li jfisser “Ġeħova Wera Ħniena; Ġeħova Kien Grazzjuż.”

Bil-Grieg, “il-​Kelma” (ħo logos) għandha ġens maskil. Għalkemm fil-​grammatika Maltija “l-​Kelma” għandha ġens femminil, hawnhekk qed tintuża fil-​maskil għax qed tirreferi għal Ġesù.

Letteralment, “qalb tajba mhix mistħoqqa fuq qalb tajba mhix mistħoqqa.”

Ara Mt 2:4, in-​nota taʼ taħt.

Mhux Betanja taʼ ħdejn Ġerusalemm.

Madwar l-​4 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.

“Kefa” jew “Pietru” jfisser “ġebla.”

Din hija forma antika taʼ mistoqsija idjomatika li kienet tintuża, mhux biex wieħed juri disprezz jew arroganza, imma biex jindika oġġezzjoni għall-​ħaġa suġġerita, proposta, jew suspettata.

Kejl tal-​likwidi. Metreta x’aktarx kienet ekwivalenti għal 22 litru.

Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.

Madwar is-​1 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.

Ara Mt 17:21, in-​nota taʼ taħt.

Is-Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt. Ara Eżo 16:23, in-​nota taʼ taħt.

Ara Nu 34:11, in-​nota taʼ taħt.

Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “tlieta jew erbaʼ mili.” Ara Mt 5:41, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “hu xitan.”

Ara Isa 8:6, in-​nota taʼ taħt.

L-osservenza tal-​festa (ħannuka, bl-​Ebrajk) tikkommemora l-​ksib mill-​ġdid taʼ l-​indipendenza Lhudija mid-​dominanza Siro-Griega kif ukoll id-​dedikazzjoni mill-​ġdid tat-​tempju f’Ġerusalemm lil Ġeħova.

Jew, “żewġ mili [Rumani].” Ara Mt 5:41, in-​nota taʼ taħt.

Madwar 327 gramma.

Ara Mt 18:24, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “jiżborha.”

Il-verb Grieg jindika azzjoni kontinwa.

Hawnhekk it-​terminu “Qbiż” jirreferi għall-​ġimgħa tal-​Qbiż, inkluż il-​Festa tal-​Ħobż bla Ħmira.

Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-​xemx.

Madwar 32.7 kilo.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja