Skond Luqa
1 Ħafna kienu dawk li ħadu f’idejhom il-ġbir u l-irrapportar tal-fatti+ li huma aċċettati bis-sħiħ fostna, 2 bħalma għaddewhomlna dawk li mill-bidu+ raw b’għajnejhom stess+ u li saru qaddejja tal-messaġġ.+ 3 Jien ukoll, peress li fittixt kollox mill-bidu b’eżattezza, iddeċidejt li niktibhomlok b’ordni loġiku,+ wisq eċċellenti+ Teofilu,+ 4 sabiex int tkun taf bis-sħiħ iċ-ċertezza taʼ l-affarijiet li ġejt mgħallem bil-fomm.+
5 Fi żmien Erodi,*+ sultan tal-Lhudija, kien hemm qassis jismu Żakkarija mit-taqsima t’Abija,+ u kellu mara mill-bniet t’Aron,+ u kien jisimha Eliżabetta. 6 It-tnejn kienu nies sewwa+ quddiem Alla għax kienu jimxu bla ħtija+ fi qbil mal-kmandamenti+ u l-liġijiet+ kollha taʼ Ġeħova.+ 7 Imma ma kellhomx tfal, għax Eliżabetta ma setax ikollha,+ u t-tnejn li huma kienu mdaħħlin sew fiż-żmien.
8 Issa, waqt li kien qed jaqdi quddiem Alla bħala qassis fl-inkarigu tat-taqsima tiegħu,+ 9 skond id-drawwa solenni tal-kariga saċerdotali kien imiss lilu joffri l-inċens+ meta daħal fis-santwarju taʼ Ġeħova;+ 10 u l-kotra kollha tan-nies kienet qed titlob barra waqt li kien qed jiġi offrut l-inċens.+ 11 U deherlu l-anġlu taʼ Ġeħova wieqaf fuq il-lemin taʼ l-artal taʼ l-inċens.+ 12 Żakkarija tħawwad meta rah, u waqaʼ biżaʼ kbir fuqu.+ 13 Madankollu, l-anġlu qallu: “Tibżax, Żakkarija, għax it-talb bil-ħerqa tiegħek intlaqaʼ,+ u martek Eliżabetta se ssir omm u tilidlek iben, u int issemmih Ġwanni.+ 14 U jkollok ferħ u hena kbir, u ħafna jifirħu+ bit-twelid tiegħu; 15 għax hu jkun kbir quddiem Ġeħova.+ Imma m’għandu jixrob ebda nbid u xorb qawwi,+ u jkun mimli bl-ispirtu qaddis sa minn ġuf ommu;+ 16 u jdawwar lura lil ħafna minn ulied Israel lejn Ġeħova+ Alla tagħhom. 17 Ukoll, imur qablu bl-ispirtu u l-qawwa t’Elija,+ biex idawwar lura l-qlub+ tal-missirijiet lejn uliedhom u lid-diżubbidjenti lejn l-għaqal* tan-nies sewwa, biex ilesti poplu mħejji+ għal Ġeħova.”+
18 U Żakkarija qal lill-anġlu: “Kif se nkun ċert minn dan? Għax jien xiħ+ u marti mdaħħla sew fiż-żmien.” 19 L-anġlu wieġeb u qallu: “Jien Gabrijel+ li nkun wieqaf quddiem Alla, u ntbgħatt biex inkellmek+ u nxandarlek l-aħbar tajba taʼ dawn l-affarijiet. 20 Imma ara! Int timmuta+ u ma tkunx tistaʼ titkellem sa dakinhar li jseħħu dawn l-affarijiet, għax m’emmintx kliemi, li jitwettaq fiż-żmien stabbilit tiegħu.” 21 Sadanittant, in-nies baqgħu jistennew lil Żakkarija+ u bdew jiskantaw bid-dewmien tiegħu fis-santwarju. 22 Imma meta ħareġ ma setax ikellimhom, u indunaw li kien għadu kif ra dehra sopranaturali+ fis-santwarju; u beda jagħmlilhom is-sinjali, imma baqaʼ mutu. 23 Imbagħad, meta għaddew+ il-jiem tas-servizz pubbliku tiegħu, telaq lejn daru.
24 Imma wara dawn il-jiem martu Eliżabetta ħarġet tqila;+ u nħbiet min-nies għal ħames xhur, u qalet: 25 “Hekk mexa miegħi Ġeħova f’dawn il-jiem meta tefaʼ fuqi l-attenzjoni tiegħu biex ineħħili l-għajb minn fost il-bnedmin.”+
26 Meta kellha sitt xhur tqala, l-anġlu Gabrijel+ intbagħat minn Alla f’belt tal-Galilija jisimha Nazaret, 27 għand verġni mwiegħda fiż-żwieġ lil raġel li kien jismu Ġużeppi mid-dar taʼ David; u l-verġni+ kien jisimha Marija.+ 28 U meta daħal quddiemha qalilha: “Is-sliem għalik,+ int li ġejt favorita bil-kbir, Ġeħova+ miegħek.”+ 29 Imma hi tħawdet ħafna b’dan il-kliem u bdiet taħseb x’setgħet tfisser din it-tislima. 30 Għalhekk, l-anġlu qalilha: “Tibżax, Marija, għax int ġejt approvata+ minn Alla; 31 u, ara! Int tnissel f’ġufek u tiled iben,+ u ssemmih Ġesù.+ 32 Dan ikun kbir+ u jissejjaħ Bin l-Iktar Għoli;+ u Alla Ġeħova jagħtih it-tron+ taʼ David missieru,+ 33 u jsaltan fuq dar Ġakobb għal dejjem, u ma jkunx hemm tmiem għal saltnatu.”+
34 Imma Marija qalet lill-anġlu: “Kif jistaʼ jkun dan, ladarba mhux qed ikolli x’naqsam+ maʼ raġel?” 35 L-anġlu wieġeb u qalilha: “L-ispirtu qaddis+ jiġi fuqek, u l-qawwa mingħand l-Iktar Għoli tgħattik bid-dell tagħha. Għal din ir-raġuni wkoll dak li jitwieled jissejjaħ qaddis,+ Bin Alla.+ 36 U, ara! Il-qariba tiegħek Eliżabetta wkoll nisslet iben, fi xjuħitha, u dan hu s-sitt xahar tat-tqala tagħha, dik li għaliha kienu jgħidu li ma jistax ikollha tfal;+ 37 għax għal Alla l-ebda ħaġa li jgħid m’hi impossibbli.”+ 38 Imbagħad Marija qalet: “Ara! L-ilsira+ taʼ Ġeħova! Ħa jsir minni skond dak li għedt.” Imbagħad l-anġlu telaq minn ħdejha.
39 Għalhekk, f’dawn il-jiem Marija qamet u marret bl-għaġla fir-reġjun muntanjuż, f’belt taʼ Ġuda, 40 u daħlet id-dar taʼ Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. 41 Malli Eliżabetta semgħet it-tislima taʼ Marija, it-tarbija f’ġufha qabżet; u Eliżabetta mtliet bl-ispirtu qaddis, 42 u għajtet b’leħen għoli u qaltilha: “Imbierka int fost in-nisa, u mbierek+ il-frott taʼ ġufek! 43 U kif għandi dan il-privileġġ, li tiġi għandi omm il-Mulej tiegħi?+ 44 Għax, ara! Malli wasal f’widnejja l-ħoss tat-tislima tiegħek, it-tarbija f’ġufi qabżet b’hena kbir.+ 45 Hienja wkoll dik li emmnet, għax se jitwettaq għalkollox+ dak li ntqalilha mingħand Ġeħova.”+
46 U Marija qalet: “Ruħi tfaħħar bil-kbir lil Ġeħova,+ 47 u l-ispirtu tiegħi ma jistax ma jithenniex+ b’Alla s-Salvatur tiegħi;+ 48 għax hu ħares lejn l-istat umli taʼ l-ilsira tiegħu.+ Għax, ara! Minn issa ’l quddiem il-ġenerazzjonijiet kollha jgħiduli hienja;+ 49 għax l-Alla l-Qawwi għamel miegħi għemejjel kbar, u ismu hu qaddis;+ 50 u minn ġenerazzjonijiet għal ġenerazzjonijiet juri l-ħniena tiegħu maʼ dawk li jibżgħu minnu.+ 51 Hu wera s-setgħa taʼ driegħu,+ xerred barra l-pajjiż lil dawk li huma suppervi fl-intenzjoni taʼ qlubhom.+ 52 Niżżel lil nies taʼ poter+ minn fuq it-tron u eżalta lil dawk taʼ pożizzjoni baxxa;+ 53 xebbaʼ għalkollox bil-ġid lill-imġewħin+ u bagħat lill-għonja b’idhom vojta.+ 54 Għen lil Israel il-qaddej tiegħu,+ biex ifakkar il-ħniena,+ 55 bħalma qal lil missirijietna, lil Abraham u lil nislu, għal dejjem.”+ 56 U Marija baqgħet magħha madwar tliet xhur, imbagħad reġgħet lura lejn darha.
57 Issa Eliżabetta waslilha ż-żmien biex teħles, u wildet iben. 58 U l-ġirien u qrabatha semgħu li Ġeħova kien wera ħniena kbira magħha+ u bdew jifirħu magħha.+ 59 U fit-tmien jum ġew biex lit-tifel jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni,+ u kienu se jagħtuh isem missieru, Żakkarija. 60 Imma ommu wieġbet u qalet: “Le! Ismu jkun Ġwanni.” 61 Għal dan, qalulha: “M’hemm ħadd fost qrabatek li għandu dan l-isem.” 62 Imbagħad bdew jistaqsu bis-sinjali lil missieru x’ried isemmih. 63 U talabhom fuqiex jikteb u kiteb: “Ismu hu Ġwanni.”+ Għal dan, ilkoll stagħġbu. 64 Minnufih infetaħ fommu+ u nħall ilsienu u beda jitkellem u jbierek lil Alla. 65 U waqaʼ biżaʼ fuq kulmin kien jgħix fl-inħawi tagħhom; u mar-reġjun muntanjuż kollu tal-Lhudija bdew jitkellmu fuq dan kollu, 66 u kulmin semaʼ daħħal dan f’qalbu+ u beda jgħid: “X’għad ikun tassew dan it-tifel?” Għax id+ Ġeħova kienet tabilħaqq miegħu.
67 U missieru Żakkarija, mimli bl-ispirtu qaddis,+ ipprofetizza+ u qal: 68 “Ikun imbierek Ġeħova, l-Alla taʼ Israel,+ għax dawwar l-attenzjoni tiegħu lejn il-poplu tiegħu+ u ħelsu.+ 69 U qajmilna qarn*+ taʼ salvazzjoni f’dar David il-qaddej tiegħu, 70 bħalma tkellem, permezz taʼ fomm il-profeti mqaddsa tiegħu sa mill-qedem,+ 71 dwar salvazzjoni mill-għedewwa tagħna u minn id dawk kollha li jobogħduna;+ 72 biex juri ħniena maʼ missirijietna u jfakkar il-patt qaddis tiegħu,+ 73 il-ħalfa li ħalef lil missierna Abraham,+ 74 biex jagħtina, wara li nkunu ġejna meħlusin minn idejn l-għedewwa,+ il-privileġġ li bla biżaʼ nagħtuh servizz sagru+ 75 bil-lealtà u s-sewwa quddiemu l-jiem kollha tagħna.+ 76 Imma int, ċkejken, tissejjaħ profeta taʼ l-Iktar Għoli, għax tmur quddiem Ġeħova minn qabel biex tlesti t-toroq tiegħu,+ 77 biex tgħarraf lill-poplu tiegħu dwar is-salvazzjoni permezz tal-maħfra taʼ dnubiethom,+ 78 minħabba l-mogħdrija tenera t’Alla tagħna. B’din il-mogħdrija se jżurna żerniq+ mill-għoli,+ 79 biex jagħti d-dawl lil dawk li qegħdin fid-dlam u f’dell il-mewt,+ biex imexxi lil saqajna b’suċċess fil-mogħdija tal-paċi.”
80 U t-tifel kompla jikber+ u jissaħħaħ fl-ispirtu, u baqaʼ fid-deżert sa dakinhar li wera lilu nnifsu pubblikament lil Israel.
2 Issa f’dawk il-jiem ħareġ digriet+ mingħand Ċesari Awgustu biex tiġi reġistrata l-art abitata kollha; 2 (din l-ewwel reġistrazzjoni saret meta Kirinu kien gvernatur tas-Sirja;) 3 u n-nies kollha vvjaġġaw, kulħadd lejn beltu, biex jiġu reġistrati.+ 4 Naturalment, Ġużeppi wkoll telaʼ mill-Galilija, mill-belt taʼ Nazaret, għal-Lhudija, lejn il-belt taʼ David, li jisimha Betlehem,+ peress li kien membru tad-dar u l-familja taʼ David,+ 5 biex jiġi reġistrat maʼ Marija+ li ngħatatlu fiż-żwieġ, kif kien imwiegħed,+ u li fil-preżent kienet tqila.+ 6 Waqt li kienu hemmhekk, għalqilha ż-żmien. 7 U wildet lil binha, l-ewwel imwieled,+ u fisqietu u medditu f’maxtura,+ għax ma kienx hemm post għalihom fil-lukanda.
8 Kien hemm ukoll f’dak l-istess pajjiż xi rgħajja, li kienu jgħixu barra, għassa bil-lejl maʼ l-imrieħel tagħhom. 9 U f’daqqa waħda l-anġlu+ taʼ Ġeħova ġie ħdejhom, u iddiet madwarhom il-glorja+ taʼ Ġeħova, u beżgħu ħafna. 10 Imma l-anġlu qalilhom: “Tibżgħux, għax, ara! Qed inxandrilkom aħbar tajba taʼ ferħ kbir li se jkollhom in-nies kollha,+ 11 għax illum, fil-belt taʼ David,+ twildilkom Salvatur+ li hu Kristu l-Mulej.+ 12 U dan hu sinjal għalikom: issibu tarbija mfisqija u mimduda f’maxtura.” 13 U f’daqqa waħda maʼ l-anġlu dehret kotra mill-armata tas-sema,+ ifaħħru lil Alla+ u jgħidu: 14 “Glorja lil Alla fl-ogħla postijiet tas-smewwiet,+ u paċi+ fuq l-art fost il-bnedmin taʼ rieda tajba.”+
15 Għalhekk, meta l-anġli telqu minn ħdejhom u marru fis-sema, ir-rgħajja bdew jgħidu lil xulxin: “Ejja mmorru dritt Betlehem u naraw dak li ġara u li għarrfilna Ġeħova.”+ 16 U marru bl-għaġla u sabu lil Marija kif ukoll lil Ġużeppi, u t-tarbija mimduda fil-maxtura. 17 Meta raw it-tarbija, bdew jgħidu dak li ntqalilhom dwar dan it-tifel. 18 U dawk kollha li semgħu stagħġbu bl-affarijiet li qalulhom ir-rgħajja, 19 imma Marija baqgħet tgħożż dan il-kliem kollu u tasal għal konklużjonijiet f’qalbha.+ 20 Imbagħad ir-rgħajja marru lura, jigglorifikaw u jfaħħru lil Alla għal dak kollu li semgħu u raw bħalma kien intqalilhom.
21 Issa, meta għaddew it-tmint ijiem+ biex jagħmlulu ċ-ċirkonċiżjoni,+ semmewh Ġesù,+ l-isem imsemmi mill-anġlu qabel ma tnissel fil-ġuf.+
22 Ukoll, meta għaddewlhom il-jiem tal-purifikazzjoni+ skond il-liġi taʼ Mosè, tellgħuh Ġerusalemm biex jippreżentawh lil Ġeħova, 23 bħalma hu miktub fil-liġi taʼ Ġeħova: “Kull tifel li jiftaħ il-ġuf ikun imqaddes lil Ġeħova,”+ 24 u biex joffru sagrifiċċju skond dak li jingħad fil-liġi taʼ Ġeħova: “Par gamiem jew żewġ bċieċen.”+
25 U, ara! Kien hemm f’Ġerusalemm raġel li kien jismu Simegħon, u dan kien raġel sewwa li jibżaʼ minn Alla, jistenna l-konsolazzjoni taʼ Israel,+ u l-ispirtu qaddis kien fuqu. 26 Iktar minn hekk, kien ġie rivelat lilu b’mod divin mill-ispirtu qaddis li ma kellux jara l-mewt qabel ma jara lill-Kristu+ taʼ Ġeħova. 27 Bil-qawwa taʼ l-ispirtu+ issa daħal fit-tempju; u kif il-ġenituri daħlu biċ-ċkejken Ġesù biex jagħmlulu skond id-drawwa tal-liġi,+ 28 ħadu f’dirgħajh u bierek lil Alla u qal: 29 “Issa, Mulej Sovran, qed tħalli lill-ilsir tiegħek imur ħieles fil-paċi+ skond dak li għedt; 30 għax għajnejja raw il-mezz tiegħek taʼ salvazzjoni+ 31 li int ipprovdejt quddiem il-popli kollha,+ 32 dawl+ biex ineħħi l-velu+ lill-ġnus+ u glorja tal-poplu tiegħek Israel.” 33 U missieru u ommu baqgħu skantati b’dak li kien qed jintqal dwaru. 34 Ukoll, Simegħon berikhom, imma qal lil Marija ommu: “Ara! Hu jitqiegħed għall-waqgħa+ u l-qawma mill-ġdid taʼ ħafna f’Israel+ u bħala sinjal biex jitkellmu kontrih+ 35 (iva, xabla twila se tinfidlek ruħek),+ sabiex jinkixef l-irraġunar taʼ ħafna qlub.”+
36 Issa kien hemm Anna, profetessa, bint Fanwel, mit-tribù t’Aser (din il-mara kienet imdaħħla sew fiż-żmien, u kienet għexet maʼ żewġha sebaʼ snin minn meta kienet verġni, 37 u issa kienet armla+ t’erbgħa u tmenin sena), u din qatt ma kienet tonqos mit-tempju biex tagħti servizz sagru lejl u nhar+ bis-sawm u bit-talb. 38 U dak il-ħin stess resqet qrib u bdiet trodd ħajr lil Alla u titkellem dwar it-tifel maʼ dawk kollha li kienu qed jistennew il-ħelsien taʼ Ġerusalemm.+
39 Imbagħad meta wettqu dak kollu li titlob il-liġi+ taʼ Ġeħova, marru lura l-Galilija lejn belthom Nazaret.+ 40 U t-tifel kompla jikber u jissaħħaħ+ u jimtela bl-għerf, u l-approvazzjoni t’Alla+ baqgħet fuqu.
41 Issa l-ġenituri tiegħu kienu mdorrijin li minn sena għal sena jmorru Ġerusalemm+ għall-festa tal-Qbiż. 42 U meta kellu tnax-il sena, telgħu skond id-drawwa+ tal-festa 43 u baqgħu hemmhekk il-ġranet kollha. Imma meta kienu sejrin lura, it-tfajjel Ġesù baqaʼ warajhom Ġerusalemm u l-ġenituri tiegħu ma indunawx. 44 Billi immaġinaw li kien mal-ġemgħa li kienet qed tivvjaġġa magħhom, imxew distanza taʼ jum+ u mbagħad bdew ifittxuh fost il-qraba u l-ħbieb. 45 Imma, peress li ma sabuhx, marru lura Ġerusalemm ifittxuh bir-reqqa. 46 Wara tlett ijiem sabuh fit-tempju+ bil-qiegħda f’nofs l-għalliema, jismagħhom u jistaqsihom. 47 Imma dawk kollha li kienu qed jisimgħuh baqgħu mistagħġbin b’kemm kien jifhem u bit-tweġibiet tiegħu.+ 48 Issa, meta rawh, baqgħu skantati u ommu qaltlu: “Ibni, għaliex għamiltilna hekk? Ara, missierek u jien konna qed infittxuk qisna rjus maqtugħa.” 49 Imma qalilhom: “Għalfejn fittixtuni? Ma kontux tafu li għandi nkun f’dar Missieri?”+ 50 Madankollu, ma fehmux dak li qalilhom.+
51 Imbagħad niżel magħhom u ġie Nazaret, u baqaʼ sottomess lejhom.+ U ommu baqgħet iżżomm dan il-kliem kollu f’qalbha.+ 52 U Ġesù baqaʼ javanza fl-għerf+ u fl-iżvilupp fiżiku u approvat minn Alla u mill-bnedmin.+
3 Fis-sena ħmistax tar-renju taʼ Tiberju Ċesari, meta Ponzju Pilatu kien gvernatur tal-Lhudija, Erodi*+ kien ħakkiem tad-distrett tal-Galilija, ħuh Filippu kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-art taʼ l-Iturija u t-Trakonija, u Lisanja kien ħakkiem tad-distrett taʼ l-Abilene, 2 fi żmien il-qassis ewlieni Anna u fi żmien Kajfa,+ il-kelma t’Alla ġiet għand Ġwanni+ bin Żakkarija fix-xagħri.+
3 Għalhekk, ġie fl-art kollha taʼ madwar il-Ġordan jippriedka l-magħmudija b’simbolu taʼ l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet,+ 4 bħalma hu miktub fil-ktieb taʼ kliem il-profeta Isaija: “Ismaʼ! Xi ħadd qed jgħajjat fix-xagħri, ‘Ħejju t-triq taʼ Ġeħova, iddrittaw triqatu.+ 5 Kull wied jimtela, u kull muntanja u għolja titbaxxa, u l-liwjiet jiddrittaw u l-art imħarbta ssir mogħdija lixxa;+ 6 u l-bnedmin kollha se jaraw il-mezz t’Alla għas-salvazzjoni.’”+
7 Għalhekk, beda jgħid lill-folol li kienu ġejjin biex jgħammidhom: “Ja nisel il-lifgħat,+ min uriekom kif taħarbu mill-korla li ġejja?+ 8 Mela agħmlu frott li jixraq lill-indiema.+ U tgħidux fikom infuskom, ‘Bħala missierna għandna lil Abraham.’ Għax jien ngħidilkom li Alla għandu l-qawwa li jqajjem ulied lil Abraham minn dan il-ġebel. 9 Tabilħaqq, il-mannara diġà qiegħda maʼ l-għeruq tas-siġar; għalhekk, kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tintefaʼ fin-nar.”+
10 U l-folol kienu jistaqsuh: “Allura, x’għandna nagħmlu?”+ 11 U kien iwieġeb u jgħidilhom: “Min għandu żewġ ilbiesi ħa jaqsam maʼ min m’għandux, u min għandu x’jiekol ħa jagħmel l-istess.”+ 12 Imma anki xi kolletturi tat-taxxi ġew jitgħammdu u qalulu: “Għalliem, x’għandna nagħmlu?”+ 13 Qalilhom: “Iġġiegħlu lil ħadd jagħtikom iktar mir-rata tat-taxxa.”+ 14 Ukoll, dawk li kienu fis-servizz militari kienu jistaqsuh: “U aħna x’għandna nagħmlu?” U qalilhom: “Taħqru lil ħadd u takkużaw+ lil ħadd b’mod falz, imma kunu kuntenti bil-proviżjonijiet tagħkom.”+
15 Issa, billi n-nies kienu qed jistennew u kulħadd kien qed jirraġuna f’qalbu dwar Ġwanni: “Forsi dan hu l-Kristu?”*+ 16 Ġwanni wieġeb u qal lil kulħadd: “Jien, ngħid għalija, ngħammidkom bl-ilma; imma ġej dak li hu b’saħħtu iktar minni, u jien ma jistħoqqlix inħoll il-qfieli tas-sandli tiegħu.+ Hu jgħammidkom bl-ispirtu qaddis u bin-nar.+ 17 Il-midra* qiegħda f’idu biex inaddaf għalkollox il-qiegħa tiegħu u biex jiġbor+ il-qamħ fil-maħżen tiegħu, imma l-karfa+ jaħraqha b’nar li ma jistax jintefa.”+
18 Għalhekk, lin-nies qalilhom ukoll ħafna affarijiet oħra biex iħeġġiġhom u kompla jxandrilhom l-aħbar tajba. 19 Imma Erodi, il-ħakkiem tad-distrett, peress li kien ġie mwiddeb minnu dwar Erodja, il-mara taʼ ħuh, u dwar l-għemejjel mill-agħar kollha li kien għamel,+ 20 kompla jżid maʼ dan il-ħażen kollu billi tefaʼ lil Ġwanni l-ħabs.+
21 Issa, meta tgħammdu n-nies kollha, Ġesù+ tgħammed ukoll u, waqt li kien qed jitlob, infetaħ is-sema+ 22 u niżel fuqu l-ispirtu qaddis bħal sura taʼ ħamiema, u ġie leħen mis-sema: “Int Ibni, il-maħbub; jien approvajtek.”+
23 Iktar minn hekk, meta beda l-ministeru tiegħu,+ Ġesù kellu madwar tletin sena,+ u kienu jqisuh bħala bin+
Ġużeppi,+
bin Għeli,
24 bin Mattat,
bin Levi,
bin Melki,
bin Ġannaj,
bin Ġużeppi,
25 bin Mattatija,
bin Għamos,
bin Naħum,
bin Għesli,
bin Naggaj,
26 bin Magħat,
bin Mattatija,
bin Semgħi,
bin Ġożè,
bin Ġoda,
27 bin Joħanan,
bin Resa,
bin Żerubbabel,+
bin Saltijel,+
bin Neri,
28 bin Melki,
bin Addi,
bin Kosam,
bin Elmadam,
bin Għer,
29 bin Ġesù,
bin Eligħeżer,
bin Ġorim,
bin Mattat,
bin Levi,
30 bin Simgħon,
bin Ġuda,
bin Ġużeppi,
bin Ġonam,
bin Eljakim,
31 bin Melija,
bin Menna,
bin Mattata,
bin Natan,+
bin David,+
bin Għobed,+
bin Bogħaż,+
bin Salmon,+
bin Naħson,+
bin Ħesron,+
bin Pereż,+
bin Ġuda,+
bin Iżakk,+
bin Abraham,+
bin Teraħ,+
bin Naħor,+
bin Regħu,+
bin Peleg,+
bin Għeber,+
bin Selaħ,+
bin Arfaksad,+
bin Sem,+
bin Noè,+
bin Lamek,+
bin Enok,+
bin Ġared,+
bin Maħalalgħel,+
bin Kajnan,+
bin Set,+
bin Adam,+
bin Alla.
4 Issa Ġesù, mimli bl-ispirtu qaddis, telaq mill-Ġordan u ttieħed mill-ispirtu fix-xagħri+ 2 għal erbgħin jum,+ u ġie ttantat+ mix-Xitan. Iktar minn hekk, ma kiel xejn f’dawk il-jiem, u għalhekk, meta spiċċaw, qabdu l-ġuħ. 3 Għal dan, ix-Xitan qallu: “Jekk int bin Alla, għid lil din il-ġebla ssir ħobża.” 4 Imma Ġesù wieġbu: “Hu miktub, ‘Il-bniedem mhux bil-ħobż biss jgħix.’”+
5 Imbagħad tellgħu u wrieh is-saltniet kollha taʼ l-art abitata f’ħakka t’għajn; 6 u x-Xitan qallu: “Nagħtik l-awtorità+ fuq dawn kollha, u l-glorja tagħhom, għax ngħatat lili, u jien nagħtiha lil min irrid.+ 7 Għalhekk, jekk tagħmel att taʼ qima+ quddiemi, kollha tkun tiegħek.” 8 Ġesù wieġeb u qallu: “Hu miktub, ‘Qim lil Ġeħova Alla tiegħek,+ u lilu biss agħti servizz sagru.’”+
9 Issa ħadu Ġerusalemm u tellgħu fuq l-ogħla ħajt+ tat-tempju u qallu: “Jekk int bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel;+ 10 għax hu miktub, ‘Hu jagħti kmand dwarek lill-anġli tiegħu biex iħarsuk,’+ 11 u, ‘Huma jġorruk fuq idejhom, biex ma taħbatx sieqek maʼ xi ġebla.’”+ 12 Ġesù wieġeb u qallu: “Jingħad, ‘Tgħaddix lil Ġeħova Alla tiegħek minn prova.’”+ 13 Għalhekk, meta temm it-tentazzjoni kollha, ix-Xitan telaq minn ħdejh sakemm isib ħin konvenjenti ieħor.+
14 Issa Ġesù mar lura l-Galilija+ bil-qawwa taʼ l-ispirtu. U maʼ dawk l-inħawi kollha xtered kliem sabiħ dwaru.+ 15 Ukoll, beda jgħallem fis-sinagogi tagħhom, onorat minn kulħadd.+
16 U ġie Nazaret,+ fejn kien trabba; u, kif kien imdorri jagħmel f’jum is-Sabat,* daħal fis-sinagoga+ u qam bil-wieqfa biex jaqra. 17 Għalhekk, newlulu r-romblu tal-profeta Isaija, u fetaħ ir-romblu u sab fejn kien hemm miktub: 18 “L-ispirtu+ taʼ Ġeħova qiegħed fuqi, għax Hu dilikni biex inxandar aħbar tajba lill-foqra, bagħatni nippriedka l-ħelsien lill-imjassrin u l-għoti tad-dawl lill-għomja, biex neħles lill-imgħakksin,+ 19 biex nippriedka s-sena aċċettabbli+ mingħand Ġeħova.” 20 Imbagħad gerbeb ir-romblu, newlu lura lill-qaddej u qagħad bil-qiegħda; u fis-sinagoga kulħadd kien b’għajnejh imsammrin fuqu. 21 U beda jgħidilhom: “Illum twettqet+ din l-iskrittura li għadkom kemm smajtu.”
22 U huma lkoll bdew jagħtu xiehda favorevoli dwaru u jistagħġbu bil-kliem ħelu+ li ħareġ minn fommu, u bdew jgħidu: “Dan mhux bin Ġużeppi?”+ 23 Għal dan, qalilhom: “Bla dubju tapplikaw din it-tixbiha għalija, ‘Tabib,+ fejjaq lilek innifsek. Dak+ li smajna li ġara f’Kafarnahum+ agħmlu wkoll hawnhekk f’pajjiżek.’”+ 24 Iżda qalilhom: “Tassew ngħidilkom li ebda profeta m’hu aċċettat f’pajjiżu. 25 Per eżempju, ngħidilkom il-verità, Kien hemm ħafna romol f’Israel fi żmien Elija, meta s-sema ngħalaq tliet snin u sitt xhur u waqaʼ ġuħ kbir fuq l-art kollha,+ 26 imma Elija ma ntbagħat għand ħadd minnhom ħlief għand armla f’Sarefat+ fl-art taʼ Sidon. 27 Ukoll, kien hemm ħafna mġiddmin f’Israel fi żmien il-profeta Eliżew, imma ħadd minnhom ma ġie mnaddaf, ħlief Nagħman is-Sirjan.”+ 28 Issa kulmin kien fis-sinagoga u semaʼ dan imtela bir-rabja;+ 29 u qamu u ħarġuh barra l-belt, u ħaduh f’xifer il-muntanja, li belthom kienet mibnija fuqha, sabiex jitfgħuh minn hemmhekk għal isfel.+ 30 Imma hu għadda minn ġo nofshom u baqaʼ sejjer.+
31 U niżel Kafarnahum,+ belt tal-Galilija. U beda jgħallimhom f’jum is-Sabat; 32 u stagħġbu bil-mod kif għallimhom,+ għax kien jitkellem b’awtorità.+ 33 Issa fis-sinagoga kien hemm raġel li fih kellu spirtu,+ demonju mhux nadif, u għajjat b’leħen għoli: 34 “Ah! X’għandna x’naqsmu miegħek,+ Ġesù n-Nazzarenu?+ Ġejt biex teqridna? Jien naf+ eżatt min int, il-Qaddis t’Alla.”+ 35 Imma Ġesù ċanfru u qallu: “Iskot, u oħroġ minnu.” Għalhekk, wara li tefaʼ lir-raġel maʼ l-art f’nofshom, id-demonju ħareġ minnu bla ma weġġgħu.+ 36 Għal dan, kulħadd baqaʼ mistagħġeb, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan xi kliem hu? Għax jordna b’awtorità u b’qawwa lill-ispirti mhux nodfa u dawn joħorġu!”+ 37 U l-aħbar dwaru baqgħet tixtered f’kull rokna taʼ dawk l-inħawi.+
38 Wara li qam u ħareġ mis-sinagoga daħal id-dar taʼ Xmun. Issa l-kunjata taʼ Xmun kienet maħkuma minn deni qawwi, u talbuh jgħinha.+ 39 Għalhekk, resaq fuqha u ċanfar lid-deni,+ u d-deni ħallieha. Minnufih hi qamet u bdiet taqdihom.+
40 Imbagħad x’ħin ix-xemx kienet nieżla, dawk kollha li kellhom nies morda b’mard differenti ġabuhomlu. U kien ifejjaqhom+ billi jqiegħed idejh fuq kull wieħed minnhom. 41 Ukoll, minn ħafna nies kienu joħorġu d-demonji,+ jgħajtu u jgħidu: “Int l-Iben+ t’Alla.” Imma kien iċanfarhom u ma jħallihomx jitkellmu,+ għax kienu jafu+ li hu l-Kristu.+
42 Madankollu, meta sebaħ, ħareġ u mar f’post imwarrab.+ Imma l-folol bdew ifittxuh kullimkien u waslu sal-post fejn kien, u pprovaw iżommuh biex ma jitilqilhomx. 43 Imma hu qalilhom: “Irrid inxandar l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla lil bliet oħrajn ukoll, għax għal dan intbgħatt.”+ 44 Għaldaqstant, mar jippriedka fis-sinagogi tal-Lhudija.+
5 Darba minnhom, meta l-folla kienet qed tross fuqu u tismaʼ l-kelma t’Alla, hu kien qiegħed ħdejn l-għadira taʼ Ġennesaret.+ 2 U ra żewġ dgħajjes qegħdin max-xatt taʼ l-għadira, imma s-sajjieda kienu niżlu minn fuqhom u kienu qed jaħslu x-xbieki tagħhom.+ 3 Telaʼ f’waħda mid-dgħajjes, li kienet taʼ Xmun, u qallu biex jaqlaʼ naqra ’l barra mill-art. Imbagħad qagħad bil-qiegħda, u beda jgħallem lill-folol mid-dgħajsa.+ 4 Meta temm id-diskors tiegħu, qal lil Xmun: “Oħroġ ’il barra fejn hu fond, u itfgħu x-xbieki tagħkom+ ħa taqbdu qabda ħut.” 5 Imma Xmun wieġeb u qallu: “Mgħallem, għamilna lejl sħiħ nitħabtu u ma qbadna xejn,+ imma għall-kelma tiegħek se nitfaʼ x-xbieki.” 6 U meta għamlu hekk qabdu kwantità kbira taʼ ħut. Fil-fatt, ix-xbieki tagħhom bdew jinqasmu. 7 Għalhekk, għamlu sinjal lil sħabhom fid-dgħajsa l-oħra biex jiġu jgħinuhom;+ u dawn ġew, u tant imlew iż-żewġ dgħajjes li bdew jegħrqu. 8 Malli ra dan, Xmun Pietru+ nxteħet f’riġlejn Ġesù u qallu: “Tbiegħed minni, għax jien raġel midneb, Mulej.”+ 9 Għax bil-qabda ħut li kienu qabdu baqgħu mgħaġġbin, kemm hu u kemm dawk kollha li kienu miegħu, 10 kif ukoll Ġakbu u Ġwanni, ulied Żebedew,+ li kienu sħab maʼ Xmun. Imma Ġesù qal lil Xmun: “Tibqax beżgħan. Minn issa ’l quddiem tibda taqbad nies ħajjin.”+ 11 Għalhekk, daħħlu d-dgħajjes lura lejn l-art, u abbandunaw kollox u marru warajh.+
12 Darb’oħra, waqt li kien f’waħda mill-bliet, ara, kien hemm raġel mimli ġdiem! Meta lemaħ lil Ġesù, inxteħet wiċċu fl-art, talbu bil-ħniena, u qallu: “Mulej, jekk trid, tistaʼ tnaddafni.”+ 13 Għalhekk, ħareġ idu, messu, u qallu: “Irrid. Indaf.” U minnufih il-ġdiem għab minn fuqu.+ 14 U Ġesù ordna lir-raġel biex ma jgħid lil ħadd:+ “Imma mur u uri ruħek lill-qassis,+ u agħmel offerta+ għat-tindif tiegħek, bħalma ordna Mosè, bħala xiehda għalihom.”+ 15 Imma l-aħbar dwaru kienet qed tixtered dejjem iktar, u folol kbar kienu jinġabru biex jisimgħu u jitfejqu mill-mard tagħhom.+ 16 Madankollu, hu baqaʼ waħdu fid-deżert jitlob.+
17 Jum minnhom hu kien qed jgħallem, u bil-qiegħda hemmhekk kien hemm xi Fariżej u xi għalliema tal-liġi li kienu ġew minn kull raħal tal-Galilija u tal-Lhudija u minn Ġerusalemm; u l-qawwa taʼ Ġeħova kienet miegħu biex ifejjaq.+ 18 U, ara! Xi rġiel kienu qed iġorru fuq sodda raġel li kien paralizzat, u kienu qed jaraw kif se jdaħħluh u jġibuh quddiemu.+ 19 Iżda, billi ma sabux kif idaħħluh minħabba l-folla, telgħu fuq il-bejt, u niżżluh fuq soddtu minn bejn ix-xorok f’nofs dawk li kienu quddiem Ġesù.+ 20 Meta ra l-fidi tagħhom, qal: “Raġel, dnubietek maħfurin.”+ 21 Minħabba f’hekk, l-iskribi u l-Fariżej bdew jirraġunaw u jgħidu: “Min hu dan li qed jidgħi?+ Min jistaʼ jaħfer id-dnubiet ħlief Alla waħdu?”+ 22 Imma, billi għaraf kif kienu qed jirraġunaw, Ġesù wieġeb u qalilhom: “X’qed tirraġunaw fi qlubkom?+ 23 X’inhu l-eħfef, li tgħid, ‘Dnubietek maħfurin,’ jew li tgħid, ‘Qum u imxi’?+ 24 Imma sabiex tkunu tafu li Bin il-bniedem għandu awtorità fuq l-art li jaħfer id-dnubiet—” qal lir-raġel paralizzat: “Jien ngħidlek, Qum, erfaʼ soddtok, u itlaq lejn id-dar.”+ 25 U minnufih qam quddiemhom, refaʼ s-sodda li kien ikun mixħut fuqha u telaq lejn daru, jigglorifika lil Alla.+ 26 Imbagħad ilkoll intilfu f’estasi+ u bdew jigglorifikaw lil Alla, u, mimlijin biżaʼ, qalu: “Rajna affarijiet strambi llum!”+
27 Issa, wara dan, ħareġ u lemaħ kollettur tat-taxxi, jismu Levi, bil-qiegħda fl-uffiċċju tat-taxxi u qallu: “Kun segwaċi tiegħi.”+ 28 U dan telaq kollox,+ qam, u mar warajh. 29 Ukoll, Levi għamillu festa kbira f’daru; u jieklu magħhom kien hemm folla kbira taʼ kolletturi tat-taxxi u nies oħra.+ 30 Għal dan, il-Fariżej u l-iskribi tagħhom bdew igergru mad-dixxipli tiegħu u jgħidulhom: “Għala tieklu u tixorbu mal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin?”+ 31 Ġesù wieġeb u qalilhom: “Dawk li huma f’saħħithom m’għandhomx bżonn tabib,+ imma dawk li huma morda iva.+ 32 Ma ġejtx insejjaħ lin-nies sewwa imma lill-midinbin għall-indiema.”+
33 Qalulu: “Id-dixxipli taʼ Ġwanni jsumu taʼ sikwit u jitolbu bil-ħerqa, u dawk tal-Fariżej ukoll, imma tiegħek jieklu u jixorbu.”+ 34 Qalilhom Ġesù: “Ma tistgħux iġġiegħlu lill-ħbieb taʼ l-għarus isumu waqt li l-għarus ikun magħhom, hux hekk?+ 35 Iżda jiġi żmien meta l-għarus+ tassew jittiħdilhom;+ imbagħad dak iż-żmien isumu.”+
36 Iktar minn hekk, tahom ukoll tixbiha: “Ħadd ma jaqtaʼ roqgħa minn libsa ġdida u jħitha fuq libsa qadima; għax jekk jagħmel hekk, ir-roqgħa mil-libsa l-ġdida ċċarrat il-qadima u ma taqbilx magħha.+ 37 Iktar minn hekk, ħadd ma jqiegħed inbid ġdid fi ġlud taʼ l-inbid qodma; għax jekk jagħmel hekk, l-inbid ġdid jifqaʼ l-ġlud+ u jixtered, u l-ġlud ma jibqgħux tajbin.+ 38 Imma nbid ġdid jitqiegħed fi ġlud ġodda. 39 Wara li jkun xorob inbid qadim, ħadd ma jkun iridu l-ġdid; għax jgħid, ‘Il-qadim+ itjeb.’”
6 Issa, darba f’jum is-Sabat, inzerta li kien għaddej minn qalb l-għelieqi miżrugħin bil-qamħ, u d-dixxipli tiegħu bdew jaqtgħu s-sbul,+ jogħrkuh f’idejhom,+ u jikluh. 2 Għal dan, xi wħud mill-Fariżej qalulhom: “Għala qed tagħmlu dak li skond il-liġi+ ma tistgħux tagħmluh f’jum is-Sabat?”+ 3 Imma Ġesù wieġeb u qalilhom: “Qatt ma qrajtu dak li għamel David+ meta hu u l-irġiel li kienu miegħu qabadhom il-ġuħ?+ 4 Kif hu daħal fid-dar t’Alla u ngħata l-ħobż tal-preżentazzjoni+ u kiel u ta minnu lill-irġiel li kienu miegħu, ħobż li skond il-liġi ħadd ma jistaʼ jieklu ħlief il-qassisin?”+ 5 U kompla jgħidilhom: “Bin il-bniedem hu s-Sid tas-Sabat.”+
6 Darb’oħra, meta reġaʼ kien is-Sabat,+ daħal fis-sinagoga u beda jgħallem. U kien hemm raġel li kellu idu l-leminija niexfa.+ 7 Issa l-iskribi u l-Fariżej kienu għassa tiegħu+ biex jaraw jekk kienx se jfejjaq f’jum is-Sabat, sabiex isibu xi mod kif jakkużawh.+ 8 Madankollu, hu kien jaf kif kienu qed jirraġunaw,+ u qal lir-raġel li kellu idu niexfa: “Qum u oqgħod fin-nofs.” U dan qam u ħareġ fin-nofs.+ 9 Imbagħad Ġesù qalilhom: “Nistaqsikom, F’jum is-Sabat, x’tistaʼ tagħmel skond il-liġi, il-ġid+ jew id-deni, issalva ruħ jew teqridha?”+ 10 U wara li ħares lejhom ilkoll, qal lir-raġel: “Oħroġ idek.” Dan ħariġha, u idu reġgħet ġiet f’saħħitha.+ 11 Imma huma qabadhom ġenn sħiħ, u bdew jitkellmu bejniethom x’setgħu jagħmlu lil Ġesù.+
12 F’dawk il-jiem ħareġ lejn il-muntanja biex jitlob,+ u għamel lejl sħiħ jitlob lil Alla.+ 13 Imbagħad meta sebaħ, sejjaħ lejh id-dixxipli tiegħu u għażel minn fosthom tnax, li semmiehom ukoll appostli:+ 14 Xmun, li semmieh ukoll Pietru,+ u ħuh Indrì, u Ġakbu u Ġwanni,+ u Filippu+ u Bartilmew, 15 u Mattew u Tumas,+ u Ġakbu bin Alfew, u Xmun li jgħidulu “ż-żeluż,”+ 16 u Ġuda bin Ġakbu, u Ġuda l-Iskarjota, li sar traditur.+
17 U niżel magħhom u qagħad f’wita, u kien hemm folla kbira dixxipli tiegħu, u ġiet kotra kbira taʼ nies+ minn kull naħa tal-Lhudija u Ġerusalemm u l-art taʼ Tir u Sidon ħdejn il-baħar biex jisimgħuh u jitfejqu mill-mard tagħhom.+ 18 Anki dawk li kienu mħabbtin bl-ispirti mhux nodfa kienu mfejqin. 19 U n-nies kollha kienu qed jipprovaw imissuh,+ għax minnu kienet ħierġa qawwa+ li kienet qed tfejjaqhom ilkoll.
20 U refaʼ għajnejh lejn id-dixxipli tiegħu u beda jgħid:+
“Henjin intom il-foqra,+ għax tagħkom hi s-saltna t’Alla.
21 “Henjin intom li bħalissa bil-ġuħ,+ għax għad ikollkom bix-xabaʼ.+
“Henjin intom li bħalissa tibku, għax għad tidħqu.+
22 “Henjin intom kulmeta n-nies jobogħdukom,+ u kulmeta jwarrbukom u jmaqdrukom u jarmu+ isimkom bħala xi ħaġa ħażina minħabba Bin il-bniedem. 23 Thennew f’dak il-jum u aqbżu, għax, ara, il-premju tagħkom hu kbir fis-sema, għax l-istess kienu jagħmlu missirijiethom lill-profeti.+
24 “Imma gwaj għalikom intom l-għonja,+ għax qed tikkonslaw bis-sħiħ.+
25 “Gwaj għalikom li bħalissa għandkom bix-xabaʼ, għax għad tkunu bil-ġuħ.+
“Gwaj, intom li bħalissa tidħqu, għax għad titnikktu u tibku.+
26 “Gwaj, kulmeta n-nies kollha jitkellmu tajjeb dwarkom, għax hekk għamlu missirijiethom lill-profeti foloz.+
27 “Imma lilkom li qed tisimgħu ngħidilkom, Komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom,+ agħmlu l-ġid+ lil dawk li jobogħdukom, 28 bierku lil dawk li jisħtukom, itolbu għal dawk li qed jinsultawkom.+ 29 Lil min jagħtik daqqa taʼ ħarta fuq naħa,+ offrilu n-naħa l-oħra wkoll; u min jiħodlok+ il-mantar, ħallih jiħodlok il-libsa wkoll. 30 Agħti lil kulmin jitolbok,+ u min jiħodlok l-affarijiet titlobhomlux lura.
31 “Ukoll, bħalma tridu li l-bnedmin jagħmlulkom, agħmlu l-istess lilhom.+
32 “U jekk tħobbu lil min iħobbkom, x’mertu għandkom? Għax il-midinbin ukoll iħobbu lil min iħobbhom.+ 33 U jekk tagħmlu l-ġid lil min jagħmlilkom il-ġid, tassew x’mertu għandkom? Il-midinbin ukoll jagħmlu l-istess.+ 34 U jekk tisilfu mingħajr imgħax+ lil min tittamaw li tirċievu mingħandu, x’mertu għandkom? Anki l-midinbin jisilfu mingħajr imgħax lil midinbin biex jieħdu lura daqskemm ikunu taw.+ 35 Għall-kuntrarju, komplu ħobbu lill-għedewwa tagħkom u agħmlu l-ġid u isilfu+ mingħajr imgħax, bla ma tittamaw li tirċievu xi ħaġa lura; u l-premju tagħkom ikun kbir, u tkunu wlied l-Iktar Għoli,+ għax hu qalbu tajba+ maʼ l-ingrati u l-ħżiena. 36 Komplu ħennu bħalma jħenn Missierkom.+
37 “Barra minn hekk, tibqgħux tiġġudikaw, u żgur ma tiġux ġudikati;+ u tibqgħux tikkundannaw, u żgur ma tiġux kundannati. Ibqgħu skużaw, u tiġu skużati.+ 38 Idraw agħtu, u n-nies jagħtukom.+ Iferrgħulkom f’ħoġorkom kejl tajjeb, marsus, mheżżeż, u mfawwar. Għax bil-kejl li tkejlu, ikejlulkom lura.”+
39 Imbagħad qalilhom ukoll tixbiha: “Jistaʼ agħma jmexxi agħma ieħor? It-tnejn jaqgħu f’ħofra, mhux hekk?+ 40 Student m’huwiex fuq l-għalliem tiegħu, imma kulmin jiġi mgħallem b’mod perfett ikun bħall-għalliem tiegħu.+ 41 Għala, mela, tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk, imma ma tarax it-travu li hemm f’għajnek?+ 42 Kif tistaʼ tgħid lil ħuk, ‘Ħi, ħallini nneħħilek it-tibna li hemm f’għajnek,’ waqt li m’intix tħares lejn it-travu li għandek f’għajnek?+ Ipokrita! L-ewwel neħħi t-travu minn għajnek,+ u mbagħad tara ċar kif tneħħi t-tibna li hemm f’għajn ħuk.+
43 “Għax m’hemmx siġra tajba li tagħmel frott imħassar, bħalma m’hemmx siġra mħassra li tagħmel frott tajjeb.+ 44 Għax kull siġra tingħaraf mill-frott tagħha.+ Per eżempju, in-nies ma jiġbrux tin mix-xewk, lanqas ma jaqtgħu għeneb minn għollieqa.+ 45 Bniedem tajjeb joħroġ it-tajjeb mit-teżor tajjeb+ taʼ qalbu, imma l-ħażin joħroġ il-ħażin mit-teżor ħażin tiegħu; għax mill-abbundanza li jkollu f’qalbu jitkellem fommu.+
46 “Għala, mela, issejħuli ‘Mulej! Mulej!’ imma ma tagħmlux dak li ngħid?+ 47 Kulmin jiġi għandi u jismaʼ kliemi u jagħmlu, nurikom lil min jixbah:+ 48 Jixbah lil raġel li qed jibni dar u li ħaffer u niżel fil-fond u qiegħed il-pedament fuq il-blat. Għaldaqstant, meta għamel l-għargħar,+ ix-xmara ħabtet fuq dik id-dar, imma ma kinitx b’saħħitha biżżejjed biex theżżiżha, għax kienet mibnija sew.+ 49 Mill-banda l-oħra, min jismaʼ u ma jagħmilx,+ jixbah lil raġel li bena dar fuq l-art mingħajr pedament. Ix-xmara ħabtet fuqha, u minnufih iġġarrfet, u saret ħerba+ kbira+ minn dik id-dar.”
7 Meta temm kulma ried jgħid lin-nies li kienu qed jisimgħuh, daħal Kafarnahum.+ 2 Issa wieħed fizzjal taʼ l-armata kellu lsir li kien għażiż għalih, u dan kien marid u wasal biex imut.+ 3 Meta semaʼ dwar Ġesù, bagħat lil xi xjuħ tal-Lhud biex jitolbuh jiġi u jfejjaq lill-ilsir tiegħu. 4 Imbagħad dawk li ġew għand Ġesù bdew jitolbuh b’ħeġġa kbira u jgħidulu: “Jistħoqqlu li tagħmillu dan, 5 għax iħobb lil ġensna+ u kien hu li bnielna s-sinagoga.” 6 Għalhekk, Ġesù telaq magħhom. Imma meta ma kienx bogħod mid-dar, il-fizzjal taʼ l-armata kien diġà bagħat lil xi ħbieb biex jgħidulu: “Sinjur, toqgħodx tinqalaʼ, għax ma jistħoqqlix li nġibek taħt is-saqaf tiegħi.+ 7 Kien għalhekk li ma ħassejtnix denju li niġi għandek. Imma għid il-kelma, u l-qaddej tiegħi jfiq. 8 Għax jien ukoll, għalkemm qiegħed taħt awtorità, għandi s-suldati taħti, u lil wieħed ngħidlu, ‘Mur!’ u jmur, u lil ieħor, ‘Ejja!’ u jiġi, u lill-ilsir tiegħi, ‘Agħmel dan!’ u jagħmlu.”+ 9 Meta Ġesù semaʼ dan, stagħġeb bih u dar lejn il-folla li kienet miexja warajh u qalilhom: “Ngħidilkom, Lanqas saħansitra f’Israel ma sibt fidi daqshekk kbira.”+ 10 X’ħin dawk li kienu ntbagħtu waslu lura d-dar, sabu lill-ilsir qawwi u sħiħ.+
11 Ftit wara dan, ivvjaġġa lejn belt jisimha Najn, u d-dixxipli tiegħu u folla kbira kienu qed jivvjaġġaw miegħu. 12 Malli wasal qrib bieb il-belt, ara, kienu ħerġin b’raġel mejjet,+ l-uniku+ iben li kellha ommu. Iktar minn hekk, din kienet armla. Magħha kien hemm ukoll folla mdaqqsa mill-belt. 13 U meta raha, il-Mulej ħassu mqanqal u tħassarha+ u qalilha: “Tibqax tibki.”+ 14 Imbagħad resaq lejn il-katalett u messu, u r-reffiegħa waqfu. Imbagħad qal: “Żagħżugħ, ngħidlek, Qum!”+ 15 U l-mejjet qam bil-qiegħda u beda jitkellem; u tah lil ommu.+ 16 Issa lkoll inħakmu minn biżaʼ+ kbir, u bdew jigglorifikaw lil Alla u jgħidu: “Profeta kbir+ ġie mqajjem fostna,” u, “Alla tefaʼ l-attenzjoni tiegħu lejn il-poplu tiegħu.”+ 17 U din l-aħbar dwaru nfirxet mal-Lhudija kollha u maʼ dawk l-inħawi kollha.
18 Issa d-dixxipli taʼ Ġwanni rrapportawlu dwar dan kollu.+ 19 Għalhekk, Ġwanni sejjaħ tnejn mid-dixxipli tiegħu u bagħathom għand il-Mulej biex jistaqsuh: “Int Dak li għandu jiġi jew għandna nistennew lil ħaddieħor?”+ 20 Meta waslu ħdejh, l-irġiel qalulu: “Ġwanni l-Battista bagħatna nistaqsuk, ‘Int Dak li għandu jiġi jew għandna nistennew ieħor?’” 21 Dak il-ħin fejjaq lil ħafna li kienu morda+ jew magħdurin jew maħkumin minn spirti mill-agħar, u lil ħafna għomja wriehom ħniena u ġabhom jaraw. 22 Għalhekk, wieġeb u qal liż-żewġt irġiel: “Morru+ u għidu lil Ġwanni dak li rajtu u smajtu: l-għomja+ qed jingħataw id-dawl, iz-zopop qed jimxu, l-imġiddmin qed jiġu mnaddfin u t-torox qed jisimgħu, il-mejtin qed jitqajmu, il-foqra qed tintqalilhom+ l-aħbar tajba.+ 23 U hieni min ma tfixkilx minħabba fija.”+
24 Meta telqu l-messaġġiera taʼ Ġwanni, beda jgħid lill-folol dwar Ġwanni: “Xi ħriġtu taraw fix-xagħri? Qasba tixxejjer mar-riħ?+ 25 Mela, xi ħriġtu taraw? Raġel liebes ilbies fin?+ Tabilħaqq, dawk bi lbies impressjonanti li jgħixu fil-lussu qegħdin fi djar irjali.+ 26 Allura, xi ħriġtu taraw? Profeta?+ Iva, ngħidilkom, u ferm iktar minn profeta.+ 27 Dan hu li dwaru hu miktub, ‘Ara! Qed nibgħat lill-messaġġier tiegħi quddiemek,+ u dan iħejji triqtek qablek.’+ 28 Ngħidilkom, Fost dawk li twieldu min-nisa m’hemm ħadd akbar+ minn Ġwanni; imma min hu fost l-iżgħar fis-saltna t’Alla hu akbar minnu.”+ 29 (Meta semgħu dan, in-nies kollha u l-kolletturi tat-taxxi ddikjaraw li Alla hu sewwa u ġust,+ għax kienu tgħammdu bil-magħmudija taʼ Ġwanni.+ 30 Imma l-Fariżej u dawk li kienu jafu l-Liġi ma tawx kas il-pariri+ li tahom Alla, għax ma kinux tgħammdu minnu.)
31 “Għalhekk, maʼ min se nqabbilhom lin-nies taʼ din il-ġenerazzjoni, u lil min jixbhu?+ 32 Jixbhu lil tfal żgħar bil-qiegħda f’suq li jgħajtu lil xulxin u jgħidu, ‘Daqqejnielkom il-flawt, imma ma żfintux; newwaħna, imma ma bkejtux.’+ 33 Bl-istess mod, Ġwanni l-Battista la ġie jiekol il-ħobż u lanqas jixrob l-inbid, imma intom tgħidu, ‘Għandu demonju.’+ 34 Bin il-bniedem ġie jiekol u jixrob, imma intom tgħidu, ‘Ara! Raġel b’kilba għall-ikel u mogħti għall-inbid, ħabib tal-kolletturi tat-taxxi u l-midinbin!’+ 35 Xorta waħda, l-għerf+ jintwera li hu sewwa minn uliedu kollha.”+
36 Issa wieħed mill-Fariżej talbu kemm-il darba biex jiekol miegħu. Għaldaqstant, daħal id-dar+ tal-Fariżew u qagħad mal-mejda. 37 U, ara! Mara, li fil-belt kienet magħrufa bħala midinba, saret taf li kien mal-mejda għall-ikla fid-dar tal-Fariżew, u ġabet vażett taʼ l-alabastru+ b’żejt ifuħ, 38 u qagħdet warajh ħdejn saqajh tibki, u bdiet ixxarrablu saqajh bid-dmugħ u tixxottahomlu b’xagħarha. Ukoll, bisitlu saqajh b’tenerezza u dilkithomlu biż-żejt ifuħ. 39 Malli ra dan, il-Fariżew li stiednu qal f’qalbu: “Kieku dan ir-raġel kien profeta+ kien ikun jaf min hi din li qed tmissu, u x’mara hi, li hi midinba.”+ 40 Imma Ġesù wieġeb u qallu: “Xmun, irrid ngħidlek xi ħaġa.” Dan qallu: “Għalliem, għidli!”
41 “Żewġt irġiel kellhom id-dejn maʼ wieħed li jislef il-flus; wieħed kellu jagħtih ħames mitt dinar*+ u l-ieħor ħamsin. 42 Meta ma kellhomx biex iħallsuh, qabad u ħafrilhom+ kollox. Għalhekk, min minnhom se jħobbu l-iktar?” 43 Xmun wieġeb u qallu: “Nimmaġina li dak li nħafirlu l-iktar.” Qallu: “Iġġudikajt sew.” 44 Imbagħad dar lejn il-mara u qal lil Xmun: “Qed taraha lil din il-mara? Jien dħalt ġo darek u int ma tajtnix ilma+ għal saqajja. Imma din il-mara xarrbitli saqajja bid-dmugħ tagħha u xxottathomli b’xagħarha. 45 Int ma bistnix;+ imma din il-mara, minn x’ħin dħalt, ma waqfitx tbusli saqajja b’tenerezza. 46 Int ma dliktlix rasi biż-żejt;+ imma din il-mara dilkitli saqajja b’żejt ifuħ. 47 Minħabba dan, ngħidlek li, għalkemm huma ħafna, dnubietha maħfurin,+ għax hi ħabbet ħafna; imma dak li jinħafirlu ftit, iħobb ftit.” 48 Imbagħad qalilha: “Dnubietek maħfurin.”+ 49 Għal dan, dawk li kienu mal-mejda miegħu bdew jgħidu f’qalbhom: “Min hu dan ir-raġel li saħansitra jaħfer id-dnubiet?”+ 50 Imma hu qal lill-mara: “Il-fidi tiegħek salvatek;+ mur fil-paċi.”+
8 Ftit wara, beda jivvjaġġa minn belt għal belt u minn raħal għal raħal, jippriedka u jxandar l-aħbar tajba tas-saltna t’Alla.+ U miegħu kien hemm it-tnax, 2 u ċerti nisa+ li kien fejjaqhom mill-ispirti mill-agħar u mill-mard, Marija li jgħidulha l-Maddalena u li minnha kienu ħarġu sebaʼ demonji,+ 3 u Ġwanna+ mart Ħuża, li kien jieħu ħsieb dar Erodi, u Susanna u ħafna nisa oħrajn, li kienu jaqduhom minn dak li kellhom.
4 Issa, meta nġabret folla kbira maʼ dawk li kienu marru ħdejh minn belt wara l-oħra, hu kellimhom permezz taʼ tixbiha:+ 5 “Wieħed raġel ħareġ jiżraʼ ż-żerriegħa tiegħu. U waqt li kien qed jiżraʼ, ftit minnha waqgħet fil-ġenb tat-triq u ntrifset, u l-għasafar tas-sema kiluha.+ 6 Ftit minnha ġiet fuq il-blat, u, wara li nibtet, nixfet għax ma kellhiex tira.+ 7 Ftit minnha waqgħet qalb ix-xewk, u x-xewk li kiber magħha ħonoqha.+ 8 Ftit minnha waqgħet f’ħamrija tajba, u, wara li nibtet, għamlet frott għal mitt darba.”+ Kif qal dan, għolla leħnu u qal: “Min għandu widnejn biex jismaʼ, ħa jismaʼ.”+
9 Imma d-dixxipli tiegħu bdew jistaqsuh x’kienet tfisser din it-tixbiha.+ 10 Qalilhom: “Lilkom hu mogħti li tifhmu s-sigrieti sagri tas-saltna t’Alla, imma lill-oħrajn inkellimhom bit-tixbihat,+ sabiex, għalkemm iħarsu, iħarsu għalxejn, u, għalkemm jisimgħu, ma jifhmux.+ 11 Issa t-tixbiha+ tfisser dan: Iż-żerriegħa hi l-kelma t’Alla.+ 12 Dawk fil-ġenb tat-triq huma dawk li jkunu semgħu,+ imbagħad jiġi x-Xitan+ u jiħdilhom il-kelma minn qlubhom biex ma jemmnux u jiġu salvati.+ 13 Dawk taʼ fuq il-blat huma dawk li meta jisimgħu l-kelma jilqgħuha bil-ferħ, imma dawn m’għandhomx għeruq; jemmnu għal xi żmien, imma fi żmien taʼ prova jaqgħu.+ 14 Rigward dawk li waqgħu qalb ix-xewk, dawn huma dawk li jkunu semgħu, imma, peress li jinġarru mill-ansjetajiet u mir-rikkezzi u mill-pjaċiri+ taʼ din il-ħajja, jinħonqu għalkollox u ma jwasslu xejn għall-perfezzjoni.+ 15 Rigward dawk li waqgħu f’ħamrija tajba, dawn huma dawk li, wara li jisimgħu l-kelma b’qalb+ nobbli u tajba, iżommuha u jagħtu l-frott bis-sabar.+
16 “Ħadd ma jixgħel musbieħ u jgħattih b’xi reċipjent jew ipoġġih taħt is-sodda, imma jpoġġih fuq gandlier, biex dawk li jidħlu ġewwa jaraw id-dawl.+ 17 Għax m’hemm xejn mistur+ li mhux se jintwera, u m’hemm xejn moħbi bil-għaqal li qatt m’hu se jsir magħruf u li qatt m’hu se joħroġ fil-beraħ.+ 18 Għalhekk, oqogħdu attenti kif tisimgħu; għax kulmin għandu, jingħatalu iktar,+ imma kulmin m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li jimmaġina li għandu.”+
19 Issa ommu u ħutu+ ġew fejn kien hu, imma ma setgħux jersqu ħdejh minħabba l-folla.+ 20 Madankollu, xi ħadd qallu: “Ommok u ħutek qegħdin barra u jridu jarawk.”+ 21 Hu wieġeb u qalilhom: “Ommi u ħuti huma dawn li jisimgħu l-kelma t’Alla u jagħmluha.”+
22 Jum minnhom hu u d-dixxipli tiegħu telgħu f’dgħajsa u qalilhom: “Ejja naqsmu għan-naħa l-oħra taʼ l-għadira.” Għalhekk, telqu.+ 23 Imma huma u sejrin marret għajnu bih. Issa qam riefnu qawwi fuq l-għadira, u beda jidħlilhom ħafna ilma u kienu fil-periklu.+ 24 Fl-aħħar resqu lejh u qajmuh u qalulu: “Mgħallem, Mgħallem, se nintilfu!”+ Hu qam u ċanfar+ ir-riħ u l-furja taʼ l-ilma, u dawn battew, u waqgħet kalma. 25 Imbagħad qalilhom: “Fejn hi l-fidi tagħkom?” Imma huma nħakmu minn biżaʼ kbir, u mistagħġbin bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, għax jordna saħansitra lill-irjieħ u l-ilma, u dawn jobduh?”+
26 U waslu fix-xatt taʼ l-art tal-Gerasin, li qiegħda faċċata tal-Galilija.+ 27 Issa, malli niżel l-art, iltaqaʼ miegħu raġel mill-belt li kellu d-demonji. U dan kien ilu żmien twil ma jilbes ħwejjeġ fuqu, u ma kienx joqgħod id-dar imma qalb l-oqbra.+ 28 Malli lemaħ lil Ġesù, għajjat u nxteħet quddiemu u b’leħen għoli qallu: “X’għandi x’naqsam miegħek,+ Ġesù, Bin Alla l-Iktar Għoli? Nitolbok, titturmentanix.”+ 29 (Għax hu kien ordna lill-ispirtu mhux nadif biex joħroġ mir-raġel li kien ilu maħkum minnu żmien twil.+ Għal darba wara l-oħra dan kien ġie marbut bil-ktajjen maʼ saqajh u idejh u mgħasses sew, imma kien ikisser l-irbit u jittieħed mid-demonju fl-imwarrab.) 30 Staqsieh Ġesù: “X’jismek?” Qallu: “Leġjun,” għax kienu daħlu fih ħafna demonji.+ 31 U bdew jitolbuh bil-ħrara+ biex ma jordnalhomx imorru fl-abbiss.+ 32 Issa fuq il-muntanja kien hemm merħla kbira taʼ ħnieżer+ jirgħu; għalhekk, talbuh bil-ħrara biex iħallihom jidħlu fihom.+ U hu ħalliehom. 33 Imbagħad id-demonji ħarġu mir-raġel u daħlu fil-ħnieżer, u l-merħla qabżet minn fuq l-irdum għal ġo l-għadira u għerqet.+ 34 Imma meta r-rgħajja raw dak li ġara, ħarbu u xerrdu l-aħbar mal-belt u l-kampanja.+
35 Imbagħad in-nies ġew jaraw x’kien ġara, u ġew ħdejn Ġesù u sabu r-raġel, li minnu kienu ħarġu d-demonji, liebes u b’moħħu f’loku, bil-qiegħda ħdejn saqajn Ġesù; u mtlew bil-biżaʼ.+ 36 Dawk li raw x’kien ġara qalulhom kif tfejjaq ir-raġel maħkum mid-demonji.+ 37 Għalhekk, il-kotra kollha mill-inħawi taʼ l-art tal-Gerasin talbuh jitbiegħed minnhom, għax inħakmu minn biżaʼ kbir.+ Imbagħad telaʼ fid-dgħajsa u telaq. 38 Madankollu, ir-raġel li minnu kienu ħarġu d-demonji beda jitolbu bil-ħniena biex jibqaʼ miegħu; imma hu bagħtu u qallu:+ 39 “Mur lura d-dar, u ibqaʼ rrakkonta x’għamel miegħek Alla.”+ Għaldaqstant, dan telaq u xandar mal-belt kollha x’għamel miegħu Ġesù.+
40 Meta Ġesù wasal lura, il-folla laqgħetu b’qalb tajba, għax kulħadd kien qed jistennieh.+ 41 Imma, ara! Ġie raġel li kien jismu Ġajru, u dan kien uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga. U nxteħet f’riġlejn Ġesù u beda jitolbu bil-ħrara biex imur għandu,+ 42 għax l-unika tifla li kellu, taʼ madwar tnax-il sena, kienet qed tmut.+
Hu u sejjer, il-folol bdew irossu fuqu.+ 43 U kien hemm mara li kienet ilha tnax-il sena tbati bi tnixxija taʼ demm+ u ħadd ma setaʼ jfejjaqha;+ 44 din resqet minn warajh u messitlu t-tarf+ tal-libsa,+ u t-tnixxija tad-demm waqfitilha minnufih.+ 45 Għalhekk, Ġesù qal: “Min messni?”+ Meta kulħadd beda jiċħad, Pietru qallu: “Mgħallem, il-folol qed jagħfsu fuqek u jrossuk.”+ 46 Iżda Ġesù qal: “Xi ħadd messni, għax ħassejt li ħarġet qawwa+ minni.”+ 47 Meta rat li kien induna biha, il-mara ġiet b’rogħda fuqha, inxteħtet quddiemu, u qalet quddiem kulħadd għala messitu u kif tfejqet minnufih.+ 48 Imma hu qalilha: “Binti, il-fidi tiegħek fejqitek;+ mur fil-paċi.”+
49 Waqt li kien għadu jitkellem, ġie rappreżentant taʼ l-uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga u qal: “Bintek mietet; tħabbtux iktar lill-għalliem.”+ 50 Malli semaʼ dan, Ġesù wieġbu: “Tibżax, biss uri l-fidi,+ u hi tiġi salvata.” 51 Meta wasal id-dar ma ħalla lil ħadd jidħol miegħu ħlief lil Pietru u lil Ġwanni u lil Ġakbu u lil missier u omm it-tifla.+ 52 Imma n-nies kollha kienu qed jibku u jħabbtu fuq sidirhom bin-niket minħabba fiha. Għalhekk, qal: “Tibqgħux tibku,+ għax mhix mejta imma rieqda.”+ 53 Għal dan, bdew jiddieħqu bih, għax kienu jafu li kienet mietet.+ 54 Imma qabadha minn idha u b’leħen għoli qalilha: “Tifla, qum!”+ 55 U l-ispirtu tagħha+ ġie lura, u qamet+ minnufih, u ordna li tingħata xi ħaġa x’tiekol.+ 56 Il-ġenituri tagħha ma kinux jafu x’se jaqbdu jagħmlu bil-ferħ; imma hu qalilhom biex ma jgħidu lil ħadd x’kien ġara.+
9 Imbagħad sejjaħ lit-tnax flimkien u tahom qawwa u awtorità fuq id-demonji kollha u biex ifejqu l-mard.+ 2 U għalhekk bagħathom jippridkaw is-saltna t’Alla u jfejqu 3 u qalilhom: “Għall-vjaġġ tieħdu xejn, la bastun, la ħorġa taʼ l-ikel, la ħobż, la flus tal-fidda, u lanqas żewġ ilbiesi.+ 4 Imma kulfejn tidħlu f’xi dar, oqogħdu fiha u itilqu minn hemmhekk.+ 5 U kulfejn in-nies ma jilqgħukomx, intom u ħerġin minn dik il-belt+ farfru t-trab minn maʼ saqajkom bħala xiehda kontrihom.”+ 6 Imbagħad bdew il-vjaġġ u daru t-territorju, minn raħal għal raħal, ixandru l-aħbar tajba u jwettqu fejqan kullimkien.+
7 Issa Erodi,* il-ħakkiem tad-distrett, semaʼ b’kulma kien qed jiġri, u kien konfuż għall-aħħar għax xi wħud kienu qed jgħidu li Ġwanni kien ġie mqajjem mill-imwiet,+ 8 oħrajn li deher Elija, u jerġaʼ oħrajn li qam xi wieħed mill-profeti tal-qedem. 9 Qal Erodi: “Lil Ġwanni qtajtlu rasu.+ Allura, min hu dan li qed nismaʼ dawn l-affarijiet dwaru?” Għalhekk, kien qed jipprova+ jarah.
10 U meta l-appostli ġew lura, irrakkontawlu x’kienu għamlu.+ Imbagħad ħadhom miegħu u marru għalihom waħedhom+ f’belt jisimha Betsajda. 11 Imma l-folol saru jafu b’dan u marru warajh. U laqagħhom b’qalb tajba u beda jkellimhom dwar is-saltna t’Alla,+ u fejjaq lil dawk li kellhom bżonn xi fejqan.+ 12 Imbagħad il-jum kien wasal biex jintemm. Issa t-tnax resqu lejh u qalulu: “Ibgħatha l-folla, biex imorru fl-irħula u l-kampanja taʼ madwarna ħa jsibu fejn joqogħdu u jsibu x’jieklu, għax hawnhekk qegħdin fl-imwarrab.”+ 13 Imma hu qalilhom: “Agħtuhom intom xi ħaġa x’jieklu.”+ Qalulu: “M’għandniex ħlief ħames ħobżiet u żewġ ħutiet,+ sakemm forsi ma mmorrux aħna stess nixtru l-ikel għal dawn in-nies kollha.”+ 14 Fil-fatt, kien hemm madwar ħamest elef raġel.+ Imma hu qal lid-dixxipli tiegħu: “Qegħduhom bil-qiegħda fi gruppi taʼ madwar ħamsin kull wieħed.”+ 15 U hekk għamlu, u ġegħluhom jinxteħtu bil-qiegħda lkoll. 16 Imbagħad ħa l-ħames ħobżiet u ż-żewġ ħutiet, refaʼ għajnejh lejn is-sema, berikhom, qasamhom, u beda jagħtihom lid-dixxipli biex inewluhom lill-folla.+ 17 Għalhekk, kulħadd kiel u xebaʼ, u l-bċejjeċ żejda li kien fadal ġabruhom fi tnax-il qoffa.+
18 Iktar tard, waqt li kien qed jitlob waħdu, ġew fuqu d-dixxipli, u staqsiehom: “Il-folol min qed jgħidu li jien?”+ 19 Wieġbu u qalulu: “Ġwanni l-Battista; imma oħrajn, Elija, u jerġaʼ oħrajn, li qam wieħed mill-profeti tal-qedem.”+ 20 Imbagħad qalilhom: “Iżda intom min tgħidu li jien?” Pietru wieġeb u qallu:+ “Il-Kristu+ t’Alla.” 21 Imbagħad widdibhom bis-serjetà u qalilhom biex dan ma jgħiduh lil ħadd,+ 22 imma qalilhom: “Bin il-bniedem se jgħaddi minn ħafna tbatijiet u jiġi miċħud mix-xjuħ u l-qassisin ewlenin u l-iskribi, u jiġi maqtul,+ u fit-tielet jum jiġi mqajjem.”+
23 Imbagħad kompla jgħid lil kulħadd: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, ħa jiċħad lilu nnifsu+ u jerfaʼ z-zokk tat-tortura tiegħu jum wara l-ieħor u jibqaʼ miexi warajja.+ 24 Għax kulmin irid isalva ruħu jitlifha; imma kulmin jitlef ruħu minħabba fija jsalvaha.+ 25 Tassew, x’jiswielu bniedem jekk jikseb id-dinja kollha imma jitlef ħajtu jew isofri l-ħsara?+ 26 Għax kulmin jistħi minħabba fija u minħabba kliemi, Bin il-bniedem jistħi minħabba fih meta jasal fil-glorja tiegħu u tal-Missier u taʼ l-anġli mqaddsa.+ 27 Imma ngħidilkom il-verità, Xi wħud minn dawk li qegħdin hawnhekk żgur ma jduqux il-mewt qabel ma jaraw is-saltna t’Alla.”+
28 Fil-fatt, xi tmint ijiem wara li qal dan, ħa miegħu lil Pietru u lil Ġwanni u lil Ġakbu u telaʼ fuq il-muntanja biex jitlob.+ 29 U kif kien qed jitlob, id-dehra+ taʼ wiċċu nbidlet u ħwejġu saru taʼ bjuda li tgħammex.+ 30 Ukoll, ara! Kien hemm żewġt irġiel jitkellmu miegħu, li kienu Mosè u Elija.+ 31 Dawn dehru bil-glorja u bdew jitkellmu dwar it-tluq tiegħu li hu kellu jwettaq f’Ġerusalemm.+ 32 Issa Pietru u dawk li kienu miegħu kellhom għajnejhom tqal bin-ngħas; imma meta qamu għalkollox raw il-glorja tiegħu+ u ż-żewġt irġiel weqfin ħdejh. 33 U waqt li dawn kienu qed jinfirdu minnu, Pietru qal lil Ġesù: “Mgħallem, kemm hu sew li aħna qegħdin hawnhekk; għalhekk, ħa ntellgħu tliet tined, waħda għalik, waħda għal Mosè, u waħda għal Elija,” għax ma kienx jaf x’qed jgħid.+ 34 Imma waqt li kien qed jgħid dan, ifformat sħaba u bdiet tgħattihom. Kif daħlu fis-sħaba, imtlew bil-biżaʼ.+ 35 U ġie leħen+ minn ġos-sħaba li qal: “Dan hu Ibni, il-magħżul.+ Isimgħu minnu.”+ 36 U waqt li nstemaʼ l-leħen, Ġesù kien waħdu.+ Imma huma qagħdu kwieti u dak iż-żmien ma qalu xejn lil ħadd dwar dak li raw.+
37 L-għada, meta niżlu minn fuq il-muntanja, iltaqgħet miegħu folla kbira.+ 38 U, ara! Raġel mill-folla għajjat u qal: “Għalliem, nitolbok bil-ħniena, ħares lejn ibni, għax m’għandix+ ħliefu.+ 39 U, ara! Jinħakem minn spirtu,+ u f’daqqa waħda jibda jgħajjat, u l-ispirtu jqabbdu l-aċċessjonijiet bir-ragħwa f’ħalqu u bilkemm jitilqu wara li jkun benġlu. 40 U tlabt bil-ħniena lid-dixxipli tiegħek biex ikeċċuh, imma ma setgħux.”+ 41 Ġesù wieġeb u qal: “Ja ġenerazzjoni bla fidi u mgħawġa,+ kemm irrid indum magħkom u nissaportikom? Ġib lil ibnek hawnhekk.”+ 42 Imma anki x’ħin kien riesaq, id-demonju ħabbtu maʼ l-art u qabbdu aċċessjoni qawwija. Madankollu, Ġesù ċanfar lill-ispirtu mhux nadif u fejjaq lit-tifel u tah lil missieru.+ 43 U lkoll baqgħu mgħaġġbin bil-qawwa maestuża+ t’Alla.
Issa, waqt li lkoll kienu qed jistagħġbu b’kulma kien qed jagħmel, qal lid-dixxipli tiegħu: 44 “Iftħu widnejkom sew għal dan il-kliem, għax Bin il-bniedem għandu jingħata f’idejn il-bnedmin.”+ 45 Imma huma baqgħu ma fehmux dak li qalilhom. Fil-fatt, kien moħbi għalihom biex ma jifhmuhx, u beżgħu jistaqsuh dwar dak li qalilhom.+
46 Imbagħad bdew jirraġunaw bejniethom dwar min se jkun l-akbar wieħed minnhom.+ 47 Peress li kien jaf x’kienu qed jirraġunaw fi qlubhom, Ġesù ħa tifel żgħir, qiegħdu maġenbu,+ 48 u qalilhom: “Kulmin jilqaʼ lil dan it-tifel f’ismi, jilqaʼ lili wkoll, u kulmin jilqaʼ lili, jilqaʼ wkoll lil dak li bagħatni.+ Għax min iġib ruħu bħal wieħed mill-iżgħar+ fostkom ilkoll, dan ikun il-kbir.”+
49 Għaldaqstant, Ġwanni qal: “Mgħallem, rajna wieħed raġel ikeċċi d-demonji+ f’ismek u aħna pprovajna nwaqqfuh,+ għax mhux qed jimxi warajk magħna.”+ 50 Imma Ġesù qallu: “Tipprovawx twaqqfuh, għax min mhux kontra tagħkom hu favur tagħkom.”+
51 Issa, hekk kif kien qed joqrob iż-żmien biex jittieħed fis-sema,+ kien determinat li jmur Ġerusalemm. 52 Għalhekk, bagħat xi messaġġiera qablu. U huma telqu u daħlu f’raħal tas-Samaritani+ biex iħejjulu; 53 imma dawn ma laqgħuhx, għax kien determinat li jmur Ġerusalemm.+ 54 Meta d-dixxipli Ġakbu u Ġwanni+ raw dan, qalulu: “Mulej, tridna ngħidu lin-nar+ jinżel mis-sema u jeqridhom?” 55 Imma hu dar u ċanfarhom. 56 Imbagħad marru f’raħal ieħor.
57 Issa, huma u mexjin fit-triq, xi ħadd qallu: “Jien niġi warajk kulfejn tmur.”+ 58 U Ġesù qallu: “Il-volpijiet għandhom l-għerien u l-għasafar tas-sema għandhom il-bejtiet, imma Bin il-bniedem m’għandu mkien fejn imidd rasu.”+ 59 Imbagħad qal lil wieħed ieħor: “Kun segwaċi tiegħi.” Qallu r-raġel: “Ħallini l-ewwel immur nidfen lil missieri.”+ 60 Imma hu qallu: “Ħalli l-mejtin+ jidfnu l-mejtin tagħhom, imma int mur u xandar is-saltna t’Alla maʼ kullimkien.”+ 61 U jerġaʼ ieħor qallu: “Jien niġi warajk, Mulej; imma l-ewwel ħallini nsellem+ lil dawk taʼ dari.” 62 Qallu Ġesù: “Ebda bniedem li jkun poġġa idu fuq il-moħriet+ u jħares lejn dak li hemm warajh+ m’hu xieraq għas-saltna t’Alla.”
10 Wara dan, il-Mulej għażel sebgħin+ oħra u bagħathom tnejn tnejn+ qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. 2 Imbagħad beda jgħidilhom: “Tassew, il-ħsad+ hu kbir, imma l-ħaddiema+ ftit. Għalhekk, itolbu bil-ħrara+ lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema+ għall-ħsad tiegħu. 3 Morru. Ara! Qed nibgħatkom bħal ħrief+ qalb l-ilpup. 4 Tiħdux borża tal-flus, la ħorġa taʼ l-ikel,+ u lanqas sandli, u fit-triq tieqfu tħaddnu+ lil ħadd biex issellmulu. 5 Kulfejn tidħlu f’xi dar, l-ewwel għidu, ‘Jalla jkollha l-paċi din id-dar!’+ 6 U jekk ikun hemm ħabib tal-paċi, il-paċi tagħkom tibqaʼ fuqu.+ Imma jekk le, terġaʼ lura għandkom.+ 7 Għalhekk, ibqgħu f’dik id-dar,+ u kulu u ixorbu dak li jipprovdulkom,+ għax il-ħaddiem jistħoqqlu ħlasu.+ Titilqux minn dar biex tmorru f’oħra.+
8 “Ukoll, f’kull belt li tidħlu u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom, 9 u fejqu+ l-morda li jkun hemm, u għidulhom, ‘Is-saltna+ t’Alla qorbot lejkom.’ 10 Imma f’kull belt li tidħlu u ma jilqgħukomx,+ oħorġu fit-toroq prinċipali tagħha u għidu, 11 ‘Anki t-trab taʼ beltkom li weħel maʼ saqajna nimsħu kontrikom.+ Madankollu, żommu dan f’moħħkom, li s-saltna t’Alla qorbot.’ 12 Ngħidilkom li f’dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma+ milli għal din il-belt.
13 “Gwaj għalik, Korażin!+ Gwaj għalik, Betsajda!+ Għax kieku l-għemejjel setgħanin li saru fikom saru f’Tir u Sidon, kieku ilhom li nidmu u qagħdu bil-qiegħda fl-irmied lebsin l-ixkora.+ 14 Għaldaqstant ikun eħfef għal Tir u Sidon fil-ġudizzju milli għalikom.+ 15 U int, Kafarnahum, taħseb li se titgħolla sas-sema?+ Fil-Qabar*+ se tinżel!
16 “Min jismaʼ+ lilkom jismaʼ lili. U min ma jagħtix kaskom ma jagħtix kasi. Iktar minn hekk, min ma jagħtix kasi ma jagħtix kas+ dak li bagħatni.”
17 Imbagħad is-sebgħin ġew lura ferħanin u qalulu: “Mulej, anki d-demonji jintgħamlu sottomessi+ lejna f’ismek.” 18 Għal dan, qalilhom: “Bdejt nara lil Satana diġà mwaqqaʼ+ bħal sajjetta mis-sema. 19 Ara! Tajtkom l-awtorità li tgħaffġu taħt saqajkom sriep+ u skorpjuni,+ u l-awtorità fuq il-qawwa kollha taʼ l-għadu,+ u żgur li xejn ma jweġġagħkom. 20 Iżda tifirħux b’dan, li l-ispirti jintgħamlu sottomessi lejkom, imma ifirħu għax isimkom+ tnaqqax fis-smewwiet.” 21 Dak il-ħin stess ħass ferħ kbir+ bl-ispirtu qaddis u qal: “Jien infaħħrek quddiem kulħadd, Missier, Mulej tas-sema u l-art, għax int ħbejt sew dawn l-affarijiet mill-għorrief+ u l-intellettwali, u kxifthom liċ-ċkejknin. Iva, O Missier, għax hekk għoġbok tagħmel. 22 Kollox ngħatali+ minn Missieri, u ħadd ma jaf min hu l-Iben ħlief il-Missier;+ u ħadd ma jaf min hu l-Missier ħlief l-Iben,+ u dak li lilu l-Iben lest li jirrivelah.”
23 B’dan, dar lejn id-dixxipli waħedhom u qalilhom: “Henjin l-għajnejn li jaraw dak li qed taraw intom.+ 24 Għax ngħidilkom, Ħafna profeti u slaten xtaqu jaraw+ dak li qed taraw intom imma ma rawhx, u jisimgħu dak li qed tisimgħu intom imma ma semgħuhx.”
25 Issa, ara! Wieħed raġel li kien jaf il-Liġi+ qam bil-wieqfa u, biex jipprovah, qal: “Għalliem, xi rrid nagħmel biex niret il-ħajja taʼ dejjem?”+ 26 Qallu: “X’hemm miktub fil-Liġi?+ Kif taqraha?” 27 Hu wieġbu u qallu: “‘Ħobb lil Ġeħova Alla tiegħek b’qalbek kollha u b’ruħek kollha u b’saħħtek kollha u b’moħħok kollu,’+ u, ‘lill-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.’”+ 28 Qallu: “Tajjeb wiġibt; ‘ibqaʼ agħmel dan u tikseb il-ħajja.’”+
29 Imma, billi ried juri li kien raġel sewwa, dan qal lil Ġesù: “Min tassew hu l-proxxmu tiegħi?”+ 30 Ġesù wieġeb u qal: “Wieħed raġel kien nieżel minn Ġerusalemm lejn Ġeriko u waqaʼ f’idejn il-ħallelin, li neżżgħuh, sawtuh u telqu, u ħallewh nofsu mejjet. 31 Issa, b’kumbinazzjoni, minn dik it-triq kien nieżel qassis, imma, meta rah, qasam għan-naħa l-oħra.+ 32 Bl-istess mod, wieħed Levita wkoll, meta wasal fuq il-post u rah, qasam għan-naħa l-oħra.+ 33 Imma wieħed Samaritan+ li kien għaddej minn dik it-triq wasal ħdejh u, malli rah, ħassu mqanqal u tħassru. 34 Għalhekk, resaq lejh u nfaxxalu l-ġrieħi, wara li ferraʼ ż-żejt u l-inbid fuqhom.+ Imbagħad tellgħu fuq il-bhima tiegħu, ħadu f’lukanda, u ħa ħsiebu. 35 U l-għada ħareġ żewġ dinari,* tahom lil tal-lukanda, u qallu, ‘Ħu ħsiebu, u dak li tonfoq minbarra dan, irroddhulek meta nerġaʼ niġi hawnhekk.’ 36 Minn dawn it-tlieta, min jidhirlek int li għamilha taʼ proxxmu+ għar-raġel li waqaʼ f’idejn il-ħallelin?” 37 Qal: “Dak li aġixxa bil-ħniena+ miegħu.” Ġesù mbagħad qallu: “Mur u agħmel+ l-istess int ukoll.”
38 Issa, huma u sejrin, daħal f’ċertu raħal. Hawnhekk waħda mara jisimha Marta+ laqgħetu bħala mistieden f’darha. 39 Din il-mara kellha wkoll oħtha li kien jisimha Marija, u din qagħdet bil-qiegħda f’riġlejn+ il-Mulej tismaʼ l-kelma tiegħu. 40 Mill-banda l-oħra, Marta kienet aljenata+ b’ħafna xogħol. Għaldaqstant resqet u qaltlu: “Mulej, ma jimpurtakx int li oħti ħallietni nieħu ħsieb kollox+ waħdi? Għalhekk, għidilha tiġi tgħinni.” 41 Il-Mulej wieġeb u qalilha: “Marta, Marta, int ansjuża+ u mifxula dwar ħafna affarijiet.+ 42 Iżda ftit affarijiet+ huma meħtieġa, jew sempliċement ħaġa waħda. Min-naħa tagħha, Marija għażlet l-aħjar sehem,+ u mhux se jittiħdilha.”
11 Issa ġara li kien f’ċertu post jitlob, u x’ħin spiċċa, wieħed mid-dixxipli tiegħu qallu: “Mulej, għallimna nitolbu,+ bħalma Ġwanni wkoll għallem lid-dixxipli tiegħu.”+
2 Imbagħad qalilhom: “Kulmeta titolbu,+ għidu, ‘Missier, ħa jitqaddes ismek.+ Ħa tiġi saltnatek.+ 3 Agħtina ħobżna+ għal dan il-jum skond il-bżonn taʼ dan il-jum. 4 U aħfrilna dnubietna,+ għax aħna wkoll naħfru lil kulmin għandu d-dejn+ magħna; u ddaħħalniex fit-tentazzjoni.’”+
5 Qalilhom ukoll: “Min minnkom ikollu ħabib u jmur għandu f’nofsillejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, 6 għax għadu kif ġie għandi ħabib tiegħi li qed jivvjaġġa u m’għandi xejn xi nqiegħed quddiemu’? 7 U dak minn ġewwa jwieġbu, ‘Tibqax iddejjaqni.+ Il-bieb diġà msakkar, u wliedi ż-żgħar qegħdin fis-sodda miegħi; ma nistax inqum nagħtik.’ 8 Ngħidilkom, Għalkemm ma jqumx jagħtih għax hu ħabibu, żgur li għax dan jippersisti bla mistħija,+ iqum u jagħtih dak li għandu bżonn. 9 Għaldaqstant ngħidilkom, Ibqgħu itolbu,+ u jingħatalkom; ibqgħu fittxu,+ u ssibu; ibqgħu ħabbtu, u jinfetħilkom. 10 Għax kulmin jitlob jaqlaʼ,+ u kulmin ifittex isib, u kulmin iħabbat jinfetaħlu. 11 Tabilħaqq, min hu dak il-missier fostkom li, jekk ibnu+ jitolbu ħuta, minflok ħuta jagħtih serp? 12 Jew jekk jitolbu wkoll bajda, jagħtih skorpjun? 13 Għalhekk, jekk intom, għalkemm ħżiena, tafu tagħtu għotjiet tajbin lil uliedkom,+ kemm iktar il-Missier li hu fis-sema jagħti l-ispirtu qaddis+ lil dawk li jitolbuh!”
14 Iktar tard kien qed ikeċċi demonju mutu.+ Wara li ħareġ id-demonju, il-mutu tkellem. U l-folol stagħġbu. 15 Imma xi wħud minnhom qalu: “Hu jkeċċi d-demonji permezz taʼ Begħelżebub il-ħakkiem tad-demonji.”+ 16 Madankollu, biex jipprovawh, oħrajn riedu mingħandu sinjal+ mis-sema. 17 Peress li kien jaf x’kienu qed jimmaġinaw,+ qalilhom: “Kull saltna maqsuma kontra tagħha nfisha ssir ħerba, u dar maqsuma kontra tagħha nfisha taqaʼ.+ 18 Għalhekk, jekk Satana wkoll hu maqsum kontra tiegħu nnifsu, saltnatu kif se tibqaʼ wieqfa?+ Għax intom tgħidu li jien inkeċċi d-demonji permezz taʼ Begħelżebub. 19 Jekk jien inkeċċi d-demonji permezz taʼ Begħelżebub, uliedkom+ bis-saħħa taʼ min ikeċċuhom? Huwa għalhekk li jkunu l-imħallfin tagħkom. 20 Imma jekk inkeċċi d-demonji permezz tas-sabaʼ t’Alla,+ is-saltna t’Alla tassew laħqitkom.+ 21 Meta raġel b’saħħtu,+ armat tajjeb, jgħasses il-palazz tiegħu, l-affarijiet li għandu jibqgħu fis-sigurtà. 22 Imma meta jiġi kontrih xi ħadd iktar b’saħħtu+ minnu u jegħlbu,+ dan jiħodlu l-armamenti kollha li kien jafda fihom, u jqassam kulma jkun ħadlu bħala priża. 23 Min mhux miegħi kontra tiegħi, u min ma jiġborx miegħi jxerred.+
24 “Meta spirtu mhux nadif joħroġ minn bniedem, jgħaddi minn postijiet niexfa jfittex fejn jistrieħ, u, meta ma jsibx, jgħid, ‘Se nerġaʼ lura lejn dari minfejn ħriġt.’+ 25 U malli jasal isibha miknusa u mżejna. 26 Imbagħad jitlaq u jieħu miegħu sebaʼ+ spirti oħra agħar minnu, u, wara li jidħlu ġewwa, jgħammru hemmhekk; u l-qagħda finali taʼ dak il-bniedem issir agħar minn taʼ l-ewwel.”+
27 Issa kif kien qed jgħid dan, waħda mara minn ġol-folla għolliet leħinha u qaltlu: “Hieni l-ġuf+ li ġarrek u s-sider li rdajt!” 28 Imma hu qal: “Le, pjuttost, Henjin dawk li jisimgħu l-kelma t’Alla u jħarsuha!”+
29 Meta l-folol kienu qed jinġemgħu, beda jgħid: “Din il-ġenerazzjoni hi ġenerazzjoni mill-agħar; tfittex sinjal.+ Imma l-ebda sinjal ma jingħatalha ħlief dak taʼ Ġona.+ 30 Għax bħalma Ġona+ sar sinjal għan-nies taʼ Ninwe, bl-istess mod ukoll Bin il-bniedem ikun għal din il-ġenerazzjoni. 31 Is-sultana+ tan-nofsinhar tiġi mqajma fil-ġudizzju maʼ l-irġiel taʼ din il-ġenerazzjoni u tikkundannahom; għax ġiet minn truf l-art biex tismaʼ l-għerf taʼ Salamun, imma, ara, xi ħadd akbar+ minn Salamun qiegħed hawn. 32 L-irġiel taʼ Ninwe jqumu fil-ġudizzju maʼ din il-ġenerazzjoni u jikkundannawha; għax huma nidmu għal dak li ppriedka+ Ġona; imma, ara, xi ħadd akbar+ minn Ġona qiegħed hawn. 33 Wara li jixgħel musbieħ, wieħed ma jpoġġihx f’xi kantina jew taħt xi qoffa, imma fuq il-gandlier,+ biex dawk li jidħlu ġewwa jkunu jistgħu jaraw id-dawl. 34 Il-musbieħ tal-ġisem hu għajnek. Meta għajnek tkun sempliċi, ġismek kollu jkun jiddi wkoll;+ imma meta tkun mill-agħar, ġismek ikun mudlam ukoll. 35 Għalhekk, oqgħod attent, li ma jmurx id-dawl li hemm ġo fik ikun dlam.+ 36 Għalhekk, jekk ġismek kollu jiddi u ma jkollu ebda parti mudlama, ikun jiddi+ kollu kemm hu bħal meta musbieħ jagħtik id-dawl bir-raġġi tiegħu.”
37 Meta qal dan, wieħed Fariżew talbu jiekol+ miegħu. Għalhekk, daħal ġewwa u qagħad mal-mejda. 38 Madankollu, il-Fariżew issorprenda ruħu meta ra li l-ewwel ma nħasilx+ qabel l-ikla. 39 Imma l-Mulej qallu: “Issa intom il-Fariżej tnaddfu t-tazza u l-platt minn barra, imma minn ġewwa+ intom mimlijin serq u ħażen.+ 40 Nies bla raġuni! Dak li għamel in-naħa taʼ barra+ m’għamilx il-ġewwieni wkoll? 41 Madankollu, agħtu bħala għotjiet taʼ ħniena+ dak li hu minn ġewwa, u, ara, kollox ikun nadif għalikom. 42 Imma gwaj għalikom, Fariżej, għax intom tagħtu l-għexur+ tan-nagħniegħ u tal-fejġel u taʼ kull ħaxixa oħra, imma ma tagħtux kas il-ġustizzja u l-imħabba t’Alla! Dawn l-affarijiet kontu obbligati li tagħmlu, waqt li ma tħallux barra dawk l-affarijiet l-oħra.+ 43 Gwaj għalikom Fariżej, għax intom tħobbu s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi u t-tislim fis-swieq!+ 44 Gwaj għalikom, għax intom bħal dawk l-oqbra tat-tifkira li ma jidhrux u li n-nies jimxu fuqhom bla ma jindunaw!”+
45 Wieħed minn dawk li kien jaf+ il-Liġi wieġeb u qallu: “Għalliem, meta tgħid dan tkun qed tinsulta lilna wkoll.” 46 Imbagħad hu qal: “Gwaj għalikom ukoll intom li tafu l-Liġi, għax tgħabbu lin-nies b’tagħbijiet tqal biex iġorruhom, imma intom ma tmissux dawn it-tagħbijiet b’sabaʼ wieħed!+
47 “Gwaj għalikom, għax intom tibnu l-oqbra tat-tifkira tal-profeti, imma missirijietkom qatluhom!+ 48 Tassew, intom xhieda taʼ l-għemejjel taʼ missirijietkom, u madankollu taqblu magħhom,+ għax dawn qatlu+ lill-profeti imma intom qed tibnulhom l-oqbra. 49 Minħabba f’hekk l-għerf+ t’Alla qal ukoll, ‘Nibagħtilhom profeti u appostli, u lil xi wħud minnhom joqtluhom u jippersegwitawhom, 50 sabiex id-demm tal-profeti kollha+ li xxerred mit-tisjis tad-dinja jintalab mingħand din il-ġenerazzjoni,+ 51 mid-demm t’Abel+ sad-demm taʼ Żakkarija,+ li nqatel bejn l-artal u d-dar.’+ Iva, ngħidilkom, jintalab mingħand din il-ġenerazzjoni.
52 “Gwaj għalikom intom li tafu l-Liġi, għax ħadtu l-muftieħ taʼ l-għarfien;+ intom stess ma dħaltux, u lil min kien dieħel fixkiltuh!”+
53 Meta ħareġ minn hemmhekk, l-iskribi u l-Fariżej bdew irossuh kemm jifilħu u jdejquh b’mistoqsijiet dwar affarijiet oħra, 54 u kienu lesti+ għalih biex jaqbdu+ xi ħaġa minn fommu.
12 Sadanittant, meta nġabru eluf tant kbar taʼ nies li kulħadd kien qed jgħaffeġ fuq xulxin, hu beda billi l-ewwel qal lid-dixxipli tiegħu: “Oqogħdu attenti mill-ħmira+ tal-Fariżej, li hi l-ipokrisija.+ 2 Imma m’hemm xejn moħbi bil-għaqal li ma jiġix rivelat, u sigriet li ma jsirx magħruf.+ 3 Għal din ir-raġuni, dak li tgħidu fid-dlam jinstemaʼ fid-dawl, u dak li tgħidu fil-widnejn fil-kmamar privati jiġi pridkat minn fuq il-bjut.+ 4 Iktar minn hekk, ngħidilkom, ħbieb tiegħi,+ Tibżgħux minn dawk li joqtlu l-ġisem u mbagħad ma jkunu jistgħu jagħmlu xejn iktar.+ 5 Imma jien nurikom minn min għandkom tibżgħu: Ibżgħu minn dak+ li wara li joqtol għandu l-awtorità li jitfaʼ f’Geħenna.*+ Iva, ngħidilkom, ibżgħu+ minn Dan. 6 Ma jinbigħux ħames għasafar tal-bejt għal żewġ muniti taʼ valur żgħir? Madankollu lanqas wieħed minnhom m’hu minsi quddiem Alla.+ 7 Imma saħansitra x-xagħar+ taʼ raskom kollu hu magħdud. Tibżgħux; intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-bejt.+
8 “Mela, ngħidilkom, Kulmin jistqarr+ quddiem il-bnedmin li hu miegħi, Bin il-bniedem ukoll jistqarr li hu miegħu quddiem l-anġli t’Alla.+ 9 Imma min jiċħadni+ quddiem il-bnedmin jiġi miċħud quddiem l-anġli t’Alla.+ 10 U kulmin jgħid xi ħaġa kontra Bin il-bniedem, tinħafirlu; imma min jidgħi kontra l-ispirtu qaddis ma jinħafirlux.+ 11 Imma meta jdaħħlukom quddiem assembleat pubbliċi u uffiċjali tal-gvern u awtoritajiet, tkunux ansjużi dwar kif se titkellmu jew liema kliem se tużaw biex tiddefendu ruħkom jew x’se tgħidu;+ 12 għax l-ispirtu qaddis+ jgħallimkom dak il-ħin stess x’għandkom tgħidu.”+
13 Imbagħad xi ħadd mill-folla qallu: “Għalliem, għid lil ħija jaqsam il-wirt miegħi.” 14 Qallu: “Raġel, min ħatarni mħallef+ fuqkom jew qabbadni naqsmilkom ġidkom bejnietkom?” 15 Imbagħad qalilhom: “Żommu għajnejkom miftuħin u għassu kontra kull xenqa b’għira,+ għax anki meta wieħed ikollu bl-abbundanza, ħajtu ma tiddependix minn dak li għandu.”+ 16 U qalilhom tixbiha: “Ir-rabaʼ taʼ wieħed għani pproduċa ħafna. 17 Għaldaqstant beda jirraġuna f’qalbu u jgħid, ‘X’se nagħmel, issa li m’għandix fejn niġbor il-prodotti tiegħi?’ 18 Għalhekk qal, ‘Nagħmel hekk:+ Inħott l-imħażen tiegħi u nibni oħrajn akbar, u hemmhekk niġbor il-qamħ u l-ġid kollu tiegħi;+ 19 u ngħid+ lil ruħi: “Ruħ, għandek ħafna ġid maħżun għal ħafna snin; strieħ, kul, ixrob, u gawdi.”’+ 20 Imma Alla qallu, ‘Ja iblah! Dan il-lejl jitolbuk ruħek.+ Min, mela, se jiħodhom l-affarijiet li ħżint?’+ 21 Hekk jiġrilu min jaħżen teżor għalih innifsu imma ma jkunx għani m’Alla.”+
22 Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Għaldaqstant ngħidilkom, Tibqgħux tkunu ansjużi dwar ħajjitkom rigward x’se tieklu jew dwar ġisimkom rigward x’se tilbsu.+ 23 Għax il-ħajja tiswa iktar mill-ikel u l-ġisem jiswa iktar mill-ilbies. 24 Innotaw li ċ-ċawluni+ la jiżirgħu żerriegħa u lanqas jaħsdu, u la għandhom matmura u lanqas maħżen, iżda Alla jitmagħhom. Kemm tiswew iktar intom mill-għasafar?+ 25 Min minnkom billi jkun ansjuż jistaʼ jtawwal għomru mqar bi ftit?*+ 26 Għalhekk, jekk ma tistgħux tagħmlu l-inqas ħaġa, għala tkunu ansjużi+ dwar l-affarijiet l-oħrajn? 27 Innotaw kif jikbru l-ġilji;+ dawn la jitħabtu u lanqas jinsġu; imma ngħidilkom, Lanqas saħansitra Salamun fil-glorja kollha tiegħu ma kien imżejjen bħal wieħed minnhom.+ 28 Issa, jekk Alla jlibbes hekk lill-ħaxix fir-rabaʼ li llum jeżisti u għada jinxteħet ġo forn, kemm iktar ilibbes lilkom, intom taʼ fidi żgħira!+ 29 Għalhekk, tibqgħux tfittxu x’se tieklu u x’se tixorbu, u tibqgħux tkunu ansjużi u dubjużi;+ 30 għax dawn kollha huma l-affarijiet li l-ġnus tad-dinja qed ifittxu bil-ħerqa, imma Missierkom jaf li teħtieġu dawn l-affarijiet.+ 31 Madankollu, fittxu kontinwament is-saltna tiegħu, u dawn l-affarijiet jiżdidulkom.+
32 “Tibżgħux,+ merħla żgħira,+ għax Missierkom approva li jagħtikom is-saltna.+ 33 Bigħu+ dak li għandkom u agħtu għotjiet taʼ ħniena.+ Agħmlu għalikom boroż tal-flus li ma jiqdimux, teżor fis-smewwiet+ li qatt ma jfalli, fejn la l-ħalliel ma jersaq u lanqas il-kamla ma tiekol. 34 Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tkun qalbkom ukoll.+
35 “Ħa jkunu ġenbejkom+ imħażżmin u l-imsiebaħ tagħkom+ mixgħulin, 36 u intom kunu bħal nies li jistennew lil sidhom+ meta jiġi lura mit-tieġ,+ biex malli jasal u jħabbat+ ikunu jistgħu jiftħulu minnufih. 37 Henjin dawk l-ilsiera li meta jasal is-sid isibhom jgħassu!+ Tassew ngħidilkom, Hu jitħażżem+ u jġegħelhom joqogħdu mal-mejda u jiġi ħdejhom u jaqdihom.+ 38 U jekk jasal fit-tieni* jew fit-tielet għassa* u jsibhom jgħassu, henjin huma!+ 39 Imma kunu afu dan, li kieku sid id-dar kien jaf f’liema siegħa kellu jiġi l-ħalliel, kien jibqaʼ għassa u ma jħallix daru tinsteraq.+ 40 Intom ukoll, kunu dejjem għal-lest, għax f’siegħa li ma tobsruhiex ġej Bin il-bniedem.”+
41 Imbagħad Pietru qallu: “Mulej, din it-tixbiha qed tgħidha għalina jew ukoll għal kulħadd?” 42 U l-Mulej qal: “Min hu tassew il-prokuratur leali,*+ l-għaqli,+ li sidu jaħtru fuq il-ġemgħa taʼ qaddejja tiegħu biex jibqaʼ jagħtihom is-sehem tagħhom taʼ l-ikel fiż-żmien xieraq?+ 43 Hieni dak l-ilsir li sidu, meta jasal, isibu jagħmel hekk!+ 44 Ngħidilkom il-verità, Hu jaħtru fuq kulma għandu.+ 45 Imma jekk xi darba dak l-ilsir jgħid f’qalbu, ‘Sidi se jdum ma jiġi,’+ u jibda jsawwat lill-qaddejja rġiel u nisa, u jiekol u jixrob u jisker,+ 46 jiġi sid dak l-ilsir f’jum li ma jkunx qed jistennieh u f’siegħa li ma jafhiex,+ u jikkastigah bl-akbar ħruxija u jagħtih sehmu maʼ dawk li m’humiex leali.+ 47 Imbagħad dak l-ilsir li fehem ir-rieda taʼ sidu, imma ma kienx għal-lest jew m’aġixxiex fi qbil mar-rieda tiegħu, jissawwat b’ħafna daqqiet.+ 48 Imma dak li ma fehemx,+ u b’hekk għamel affarijiet li jistħoqqilhom is-swat, jissawwat bi ftit.+ Tabilħaqq, kulmin ngħata ħafna, ħafna jintalab+ minnu; u lil min jinkarigawh b’ħafna, jitolbu minnu iktar mis-soltu.+
49 “Ġejt inqabbad nar+ fuq l-art, u x’nistaʼ nixtieq iktar jekk diġà tkebbes? 50 Tabilħaqq, għandi magħmudija li se nitgħammed biha, u kemm qed nitnikket sakemm tintemm!+ 51 Timmaġinaw li ġejt biex nagħti l-paċi fuq l-art? Le, ngħidilkom, imma pjuttost firda.+ 52 Għax minn issa ’l quddiem ikun hemm ħamsa mifrudin f’dar waħda, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta.+ 53 Ikunu mifrudin, il-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra bintha u l-bint kontra ommha, il-kunjata kontra mart binha u l-mara tat-tifel kontra l-kunjata tagħha.”+
54 Imbagħad lill-folol kompla jgħidilhom ukoll: “Meta taraw sħaba tielgħa mill-punent, mill-ewwel tgħidu, ‘Ġejja maltempata,’ u hekk jiġri.+ 55 U meta taraw li qed jonfoħ riħ isfel, tgħidu, ‘Se jkollna mewġa taʼ sħana kbira,’ u hekk jiġri. 56 Ipokriti, tafu teżaminaw kif jidhru minn barra l-art u s-sema, imma kif ma tafux teżaminaw dan iż-żmien partikulari?+ 57 Għala ma tiġġudikawx ukoll għalikom infuskom dak li hu sewwa?+ 58 Per eżempju, meta tkun sejjer għand ħakkiem maʼ l-avversarju tiegħek fil-kawża, fit-triq ibda aħdem biex teħles mill-kwistjoni li għandek miegħu, ħalli ma jtellgħekx quddiem l-imħallef, u l-imħallef jagħtik f’idejn l-uffiċjal tal-qorti, u l-uffiċjal tal-qorti jitfgħek il-ħabs.+ 59 Ngħidlek, Żgur li ma toħroġx minn hemmhekk qabel ma tħallas sa l-inqas munita żgħira.”+
13 Dak l-istess żmien kien hemm xi wħud preżenti li qalulu dwar il-Galilin+ li Pilatu kien ħallat demmhom mas-sagrifiċċji tagħhom. 2 Għalhekk, wieġeb u qalilhom: “Timmaġinaw intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin+ mill-Galilin l-oħra kollha għax sofrew dan? 3 Le, tabilħaqq, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, intom ilkoll tinqerdu bl-istess mod.+ 4 Jew dawk it-tmintax li waqaʼ fuqhom it-torri f’Silogħam u qatilhom, timmaġinaw intom li kienu iżjed midjunin min-nies l-oħra kollha li joqogħdu Ġerusalemm? 5 Le, tabilħaqq, ngħidilkom; imma jekk ma tindmux, intom ilkoll tinqerdu bl-istess mod.”+
6 Imbagħad qalilhom din it-tixbiha: “Wieħed raġel kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa tad-dwieli tiegħu,+ u mar ifittex il-frott fiha,+ imma ma sab xejn.+ 7 Imbagħad qal lil dak li kien jiħodlu ħsieb id-dwieli, ‘Ili tliet snin+ niġi nfittex il-frott f’din is-siġra tat-tin, imma qatt ma sibt. Qaċċatha!+ Għala għandha tibqaʼ tħalli l-art moħlija?’ 8 Dak wieġeb u qallu, ‘Mgħallem, ħalliha+ għal din is-sena wkoll, sakemm inħaffer madwarha u nitfgħalha d-demel; 9 u jekk imbagħad fil-futur tagħmel il-frott, tajjeb; imma jekk le, qaċċatha.’”+
10 Issa kien is-Sabat u kien qed jgħallem f’waħda mis-sinagogi. 11 U, ara! Kien hemm mara li kienet ilha marida għal tmintax-il sena minħabba l-influwenza taʼ demonju+ u kienet mgħawġa ganċ u ma kinitx tistaʼ tiddritta. 12 Meta raha, Ġesù sejħilha u qalilha: “Mara, int meħlusa+ mid-dgħjufija tiegħek.” 13 U poġġa idejh fuqha; u minnufih iddrittat,+ u bdiet tigglorifika lil Alla. 14 Imma għal dan, l-uffiċjal li jippresiedi fis-sinagoga xejn ma ħa pjaċir li Ġesù fejjaq fis-Sabat, u beda jgħid lill-folla: “Hemm sitt ijiem li fihom għandu jsir ix-xogħol;+ għalhekk, fihom ejjew tfejqu, u mhux f’jum is-Sabat.”+ 15 Madankollu, il-Mulej wieġeb u qallu: “Ipokriti,+ ma jħollx kull wieħed minnkom f’jum is-Sabat il-barri jew il-ħmar tiegħu mill-istalla u jieħdu biex jisqih?+ 16 Allura, ma kienx wasal iż-żmien għal din il-mara li hi bint Abraham+ u li Satana żammha marbuta, ara, għal tmintax-il sena, li tinħall minn dan l-irbit f’jum is-Sabat?” 17 Meta qal dan, dawk kollha li kienu jopponuh bdew jistħu;+ imma l-folla kollha bdiet tifraħ bl-affarijiet glorjużi kollha li għamel.+
18 Għalhekk, qal: “Lil xiex tixbah is-saltna t’Alla, u maʼ xiex inqabbilha?+ 19 Tixbah lil żerriegħa tal-mustarda li raġel ħa u żeraʼ fil-ġnien tiegħu, u din kibret u saret siġra, u l-għasafar tas-sema+ bdew joqogħdu fil-friegħi tagħha.”+
20 U reġaʼ qal: “ Maʼ xiex inqabbilha s-saltna t’Alla? 21 Tixbah lill-ħmira li mara ħadet u ħbiet fi tliet seat dqiq sakemm tħemmret l-għaġna kollha.”+
22 U għadda minn belt għal belt u minn raħal għal raħal jgħallem, waqt li kompla fil-vjaġġ tiegħu lejn Ġerusalemm.+ 23 Issa wieħed raġel qallu: “Mulej, huma ftit dawk li jiġu salvati?”+ Qalilhom: 24 “Stinkaw+ kemm tifilħu biex tidħlu mill-bieb id-dejjaq,+ għax ngħidilkom, ħafna jipprovaw jidħlu imma ma jkunux jistgħu+ 25 meta sid id-dar ikun qam u sakkar il-bieb, u intom tkunu barra u tibdew tħabbtu fuq il-bieb u tgħidu, ‘Sinjur, iftħilna.’+ Imma hu jwieġeb u jgħidilkom, ‘Ma nafx min intom.’+ 26 Imbagħad tibdew tgħidu, ‘Kilna u xrobna quddiemek, u int għallimt fit-toroq prinċipali tagħna.’+ 27 Imma hu jgħidilkom, ‘Ma nafx min intom. Itilqu minn quddiemi, intom ilkoll li tagħmlu dak li mhux sewwa!’+ 28 Hemmhekk se tibku u tgħażżu snienkom,+ meta taraw lil Abraham, lil Iżakk, lil Ġakobb, u lill-profeti kollha fis-saltna t’Alla,+ imma intom tintefgħu ’l barra. 29 Iktar minn hekk, jiġu nies mil-lvant u l-punent, mit-tramuntana u n-nofsinhar,+ u joqogħdu mal-mejda fis-saltna t’Alla.+ 30 U, ara! Hemm dawk taʼ l-aħħar li jkunu l-ewwel, u hemm dawk taʼ l-ewwel li jkunu l-aħħar.”+
31 Dak il-ħin stess telgħu xi Fariżej u qalulu: “Oħroġ u itlaq minn hawn, għax Erodi* jrid joqtlok.” 32 U qalilhom: “Morru għidu lil dak il-volpi,+ ‘Ara! Qed inkeċċi d-demonji u nwettaq il-fejqan illum u għada, u fit-tielet jum inkun lestejt.’+ 33 Madankollu, irrid immur illum, għada, u pitgħada, għax mhux aċċettabbli li profeta jiġi meqrud ’il barra minn Ġerusalemm.+ 34 Ġerusalemm, Ġerusalemm, il-qattiela+ tal-profeti u l-ħaġġara+ taʼ dawk li ntbagħtulha! Kemm-il darba ridt niġbor lil uliedek flimkien bħalma qroqqa tiġbor il-flieles tagħha taħt ġwinħajha,+ imma intom dan ma ridtuhx!+ 35 Ara! Darkom+ mitluqa f’idejkom. Ngħidilkom, Żgur ma tarawnix sakemm tgħidu, ‘Imbierek dak li jiġi f’isem Ġeħova.’”+
14 U darba minnhom, meta daħal għand wieħed mill-ħakkiema tal-Fariżej f’jum is-Sabat biex jiekol,+ huma kienu għassa tiegħu.+ 2 U, ara! Kien hemm quddiemu wieħed raġel marid bl-idropsija.* 3 Għaldaqstant, Ġesù kellem lill-Fariżej u lil dawk li kienu jafu l-Liġi u staqsiehom: “Skond il-liġi, tistaʼ tfejjaq f’jum is-Sabat jew le?”+ 4 Imma huma baqgħu siekta. Għal dan, qabad lir-raġel, fejqu u bagħtu. 5 U qalilhom: “Min minnkom, jekk jaqagħlu ibnu jew il-barri tiegħu ġo bir,+ ma jtellgħux minnufih f’jum is-Sabat?”+ 6 U ma kellhomx il-ħila jirrisponduh għal dan.+
7 Imbagħad, billi nnota kif il-mistidnin kienu qed jagħżlu l-iktar postijiet prominenti għalihom infushom,+ qalilhom din it-tixbiha: 8 “Meta tkun mistieden għal festa tat-tieġ, tintefax fl-iktar post prominenti.+ Għandu mnejn dakinhar ikun ġie mistieden ukoll xi ħadd iktar distint minnek, 9 u dak li stidinkom jiġi u jgħidlek, ‘Agħti l-post lil dan ir-raġel.’ U mbagħad int titlaq bil-mistħija biex toqgħod fl-aħħar post.+ 10 Imma meta tkun mistieden, mur oqgħod fl-aħħar post,+ biex meta jiġi dak li stiednek jgħidlek, ‘Ħabib, itlaʼ iktar ’il fuq.’ Imbagħad int tiġi onorat quddiem il-mistidnin l-oħrajn kollha.+ 11 Għax kulmin jitgħolla jiġi umiljat u min jumilja ruħu jitgħolla.”+
12 Wara dan, qal ukoll lil dak li stiednu: “Meta tagħmel pranzu jew ikla taʼ fil-għaxija, tistidinx lil ħbiebek jew lil ħutek jew lil qrabatek jew lil ġirien għonja. Għandu mnejn xi darba dawn ukoll jistidnuk, u b’hekk ikunu qed ipattulek. 13 Imma meta tagħmel festa, stieden lill-foqra, lill-magħtubin, liz-zopop, lill-għomja;+ 14 u tkun hieni, għax dawn m’għandhomx biex ipattulek. Imma jitpattielek fl-irxoxt+ tan-nies sewwa.”
15 Meta semaʼ dan, wieħed mill-mistidnin l-oħrajn qallu: “Hieni min jiekol il-ħobż fis-saltna t’Alla.”+
16 Qallu Ġesù: “Wieħed raġel kien se jagħmel ikla kbira taʼ fil-għaxija, u stieden lil ħafna.+ 17 U x’ħin sar il-ħin għall-ikla bagħat lill-ilsir tiegħu biex jgħid lill-mistidnin, ‘Ejjew,+ għax issa kollox lest.’ 18 Imma lkoll kemm huma bdew iġibu l-iskużi.+ L-ewwel wieħed qallu, ‘Xtrajt għalqa u għandi bżonn immur naraha; nitolbok tiskużani.’+ 19 U ieħor qallu, ‘Xtrajt ħames pari barrin u sejjer nipprovahom; nitolbok tiskużani.’+ 20 Jerġaʼ ieħor qallu, ‘Għadni kif iżżewwiġt+ mara u għal din ir-raġuni ma nistax niġi.’ 21 Għalhekk, l-ilsir ġie u qal dan lil sidu. Imbagħad is-sid irrabja u qal lill-ilsir tiegħu, ‘Oħroġ malajr fit-toroq prinċipali u fl-isqaqien tal-belt, u ġib hawn ġew il-foqra, il-magħtubin, l-għomja, u z-zopop.’+ 22 Għadda l-ħin, u l-ilsir qallu, ‘Sidi, dak li ordnajt sar u xorta għad hemm il-wisaʼ.’ 23 U s-sid qal lill-ilsir, ‘Oħroġ fit-toroq+ u fil-mogħdijiet, u ġiegħel lin-nies jidħlu, biex dari timtela.+ 24 Għax ngħidilkom, Ħadd minn dawk li kienu mistidnin ma jduq l-ikla tiegħi.’”+
25 Issa folol kbar kienu qed jivvjaġġaw miegħu, u dar u qalilhom: 26 “Jekk xi ħadd jiġi għandi u ma jobgħodx lil missieru u lil ommu u lil martu u lil uliedu u lil ħutu subien u bniet, iva, u saħansitra lil ruħu stess,+ ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.+ 27 Kulmin ma jġorrx iz-zokk tat-tortura tiegħu u ma jiġix warajja ma jistax ikun dixxiplu tiegħi.+ 28 Per eżempju, min minnkom li jrid jibni torri ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda u jikkalkula l-ispejjeż,+ biex jara jekk għandux biżżejjed biex ilestih? 29 Inkella għandu mnejn iqiegħed il-pedament imma ma jkunx jistaʼ jlestih, u dawk kollha li jarawh jibdew iwaqqgħuh għaċ-ċajt u 30 jgħidu, ‘Dan ir-raġel beda jibni imma ma kienx kapaċi jlesti.’ 31 Jew liema sultan, li jkun qed jimmarċja biex jiggwerra kontra sultan ieħor, ma joqgħodx l-ewwel bil-qiegħda u jieħu parir biex jara jekk hux kapaċi b’għaxart elef suldat jiħodha maʼ dak li jiġi kontrih b’għoxrin elf?+ 32 Fil-fatt, jekk ma jistax, allura, waqt li l-ieħor ikun għadu ’l bogħod, hu jibgħat ġemgħa t’ambaxxaturi biex jappella għall-paċi.+ 33 B’hekk, ibqgħu ċerti li ħadd minnkom ma jistaʼ jkun dixxiplu tiegħi jekk ma jitlaqx dak kollu li għandu.+
34 “Ċertament, il-melħ hu eċċellenti. Imma jekk il-melħ jitlef it-togħma tiegħu, biex jitħawwar?+ 35 La hu tajjeb għall-ħamrija u lanqas għad-demel; tajjeb biss biex jintrema barra. Min għandu widnejn biex jismaʼ, ħa jismaʼ.”+
15 Issa l-kolletturi kollha tat-taxxi+ u l-midinbin+ kienu jersqu lejh biex jisimgħuh. 2 Għaldaqstant, kemm il-Fariżej u kemm l-iskribi kienu jgemgmu minn taħt l-ilsien u jgħidu: “Dan ir-raġel jilqaʼ lill-midinbin u jiekol magħhom.”+ 3 Imbagħad qalilhom din it-tixbiha: 4 “Min minnkom, li jkollu mitt nagħġa u jitlef waħda minnhom, ma jħallix warajh lid-disgħa u disgħin fix-xagħri u jmur ifittex il-mitlufa sakemm isibha?+ 5 U meta jsibha jpoġġiha fuq spallejh u jifraħ.+ 6 U meta jasal id-dar isejjaħ flimkien lil ħbiebu u lill-ġirien tiegħu u jgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt in-nagħġa li ntilfitli.’+ 7 Ngħidilkom li, bl-istess mod, ikun hemm iktar ferħ fis-sema minħabba midneb wieħed li jindem+ milli minħabba disgħa u disgħin bniedem sewwa li m’għandhomx bżonn jindmu.+
8 “Jew liema mara li jkollha għaxar muniti taʼ drakma* u titlef waħda ma tixgħelx musbieħ, tiknes darha, u tfittex bir-reqqa sakemm issibha? 9 U meta ssibha, issejjaħ flimkien lin-nisa ħbieb u ġirien tagħha u tgħidilhom, ‘Ifirħu miegħi, għax sibt id-drakma li tlift.’ 10 Bl-istess mod, ngħidilkom, ikun hemm ferħ fost l-anġli t’Alla minħabba midneb wieħed li jindem.”+
11 Imbagħad qal: “Wieħed raġel kellu żewġ ulied.+ 12 U ż-żgħir qal lil missieru, ‘Missier, agħtini l-parti mill-proprjetà li hi sehmi.’+ Imbagħad dan qassmilhom ġidu.+ 13 U wara ftit jiem iż-żgħir ġabar kollox u siefer lejn pajjiż imbiegħed, u hemmhekk berbaq ġidu billi għex ħajja sfrattata.+ 14 Meta nefaq kollox, waqaʼ ġuħ kbir maʼ dak il-pajjiż kollu, u hu ġie fil-bżonn. 15 Hu saħansitra mar u qabad maʼ wieħed miċ-ċittadini taʼ dak il-pajjiż, u dan bagħtu fl-għelieqi tiegħu biex jirgħa l-ħnieżer.+ 16 U kien jixtieq jimla żaqqu bil-ħarrub li kienu jieklu l-ħnieżer, imma ħadd ma kien jagħtih xejn.+
17 “Meta ġie f’sensih, qal, ‘Kemm lavranti maʼ missieri għandhom ħobż bix-xabaʼ, waqt li jien qed immut bil-ġuħ hawnhekk! 18 Inqum u mmur+ għand missieri u ngħidlu: “Missier, jien dnibt kontra s-sema u kontrik.+ 19 M’għadux jistħoqqli li nissejjaħ ibnek. Agħmilni bħal wieħed mil-lavranti tiegħek.”’ 20 Għalhekk, qam u mar għand missieru. Waqt li kien għadu ’l bogħod, missieru lemħu u ħassu mqanqal u tħassru, u telaq jiġri u għannqu u biesu b’tenerezza. 21 Imbagħad l-iben qallu, ‘Missier, jien dnibt kontra s-sema u kontrik.+ M’għadux jistħoqqli li nissejjaħ ibnek. Agħmilni bħal wieħed mil-lavranti tiegħek.’+ 22 Imma l-missier qal lill-ilsiera tiegħu, ‘Ħaffu! Oħorġu libsa, l-aħjar waħda, u libbsuhielu,+ u poġġulu ċurkett+ f’idu u sandli f’saqajh. 23 U ġibu l-għoġol l-imsemmen,+ oqtluh, u ejja nieklu u nieħdu pjaċir, 24 għax dan ibni kien mejjet u reġaʼ ħa l-ħajja;+ kien mitluf u nstab.’ U bdew jieħdu pjaċir.
25 “Issa ibnu l-kbir+ kien fl-għalqa; u x’ħin kien ġej u wasal qrib id-dar semaʼ d-daqq u ż-żfin. 26 Għalhekk, sejjaħ wieħed mill-qaddejja u staqsieh dan x’kien ifisser. 27 Qallu, ‘Ġie ħuk,+ u missierek+ qatel l-għoġol l-imsemmen, għax laqgħu lura qawwi u sħiħ.’ 28 Imma hu rrabja u ma riedx jidħol. Imbagħad missieru ħareġ barra u beda jitolbu bil-ħrara.+ 29 Hu wieġeb u qal lil missieru, ‘Ili tant snin nitjassar għalik u qatt ma ksirt il-kmand tiegħek, u madankollu lili qatt ma tajtni gidi biex nieħu pjaċir maʼ ħbiebi.+ 30 Imma malli wasal dan ibnek+ li ħela ġidek mal-prostituti,+ int qtiltlu l-għoġol l-imsemmen.’+ 31 Imbagħad qallu, ‘Ibni, int dejjem kont miegħi, u kulma hu tiegħi hu tiegħek;+ 32 imma aħna ma stajniex ma niħdux pjaċir u nifirħu, għax dan ħuk kien mejjet u ħa l-ħajja, u kien mitluf u nstab.’”+
16 Imbagħad qal ukoll lid-dixxipli: “Wieħed raġel kien għani u kellu prokuratur,+ u lil dan xlewh lil sidu li kien qed iberbaqlu ġidu.+ 2 Għalhekk, sejjaħlu u qallu, ‘X’qed nismaʼ dwarek? Agħtini rendikont+ tal-prokura tiegħek, għax ma tistax tibqaʼ tmexxi f’dari.’ 3 Imbagħad il-prokuratur qal f’qalbu, ‘Issa x’nagħmel la sidi+ jneħħili l-prokura? Ma niflaħx nagħżaq u nistħi nittallab. 4 Naf x’għandi nagħmel sabiex, meta titneħħieli l-prokura, in-nies jilqgħuni fi djarhom.’+ 5 U sejjaħ lil kulmin kellu d-dejn maʼ sidu, u lill-ewwel wieħed qallu, ‘Kemm għandek tagħtih lil sidi?’ 6 Qal, ‘Mitt ġarra kbira żejt taż-żebbuġa.’ Qallu, ‘Ħu l-kitba tal-ftehim tiegħek u oqgħod bil-qiegħda u ikteb malajr ħamsin.’ 7 Imbagħad qal lil ieħor, ‘Issa int, kemm għandek tagħtih?’ Qal, ‘Mitt xkora kbira qamħ.’ Qallu, ‘Ħu l-kitba tal-ftehim tiegħek u ikteb tmenin.’ 8 U s-sid faħħar lill-prokuratur għax għalkemm ma kienx raġel sewwa mexa bl-għaqal* taʼ moħħu;+ għax ulied din is-sistema jimxu bl-għaqal taʼ moħħhom mal-ġenerazzjoni tagħhom iktar minn ulied id-dawl.+
9 “Ukoll, ngħidilkom, Agħmlu għalikom ħbieb+ permezz taʼ l-għana mhux ġust,+ sabiex meta jispiċċa, jilqgħukom fl-għamajjar taʼ dejjem.+ 10 Min juri fedeltà fl-inqas ħaġa juri fedeltà wkoll fil-ħafna, u min ma jagħmilx is-sewwa fl-inqas ħaġa ma jagħmilx is-sewwa wkoll fil-ħafna.+ 11 Għalhekk, jekk ma wrejtux fedeltà fl-għana mhux ġust, min se jafdakom b’dak li hu veru?+ 12 U jekk ma wrejtux fedeltà f’dak li hu taʼ ħaddieħor,+ min se jagħtikom dak li hu tagħkom? 13 Ebda qaddej fid-dar ma jistaʼ jkun ilsir taʼ żewġ sidien; għax jew jobgħod lil wieħed u jħobb lill-ieħor, jew jintrabat maʼ wieħed u jistmerr lill-ieħor. Ma tistgħux tkunu lsiera t’Alla u tal-flus.”+
14 Issa l-Fariżej, li kienu jħobbu l-flus, kienu qed jisimgħu dan kollu, u bdew jitkerrhulu.+ 15 Għaldaqstant qalilhom: “Intom tiddikjaraw lilkom infuskom ġusti quddiem il-bnedmin,+ imma Alla jaf x’hemm fi qlubkom;+ għax dak li hu meqjus importanti fost il-bnedmin hu moqżież f’għajnejn Alla.+
16 “Il-Liġi u l-Profeti kienu sa Ġwanni.+ Minn dak iż-żmien ’l hawn is-saltna t’Alla qed tixxandar bħala aħbar tajba, u kull xorta taʼ nies qed tirsisti għaliha.+ 17 Tabilħaqq, hu eħfef li jgħaddu+ s-sema u l-art milli ma titwettaqx+ tikka+ minn ittra tal-Liġi.
18 “Kulmin jiddivorzja lil martu u jiżżewweġ oħra jagħmel adulterju, u min jiżżewweġ mara divorzjata minn żewġha jagħmel adulterju.+
19 “Wieħed raġel+ għani kien jiddandan bil-porpra u bl-għażel u jgawdi bl-abbundanza+ minn jum għal jum. 20 U wieħed tallab jismu Lazzru kien jitqiegħed ħdejn il-bieb tiegħu. Kien mimli ġrieħi 21 u kien jixtieq li jimla żaqqu b’dak li jaqaʼ minn fuq il-mejda taʼ l-għani. Iva, saħansitra l-klieb kienu jiġu jilagħqulu l-ġrieħi. 22 Issa, maż-żmien, it-tallab miet+ u ttieħed mill-anġli fi ħdan+ Abraham.+
“Ukoll, l-għani miet+ u ndifen. 23 U fil-Qabar* refaʼ għajnejh ’il fuq, waqt li kien għaddej minn tbatija kbira,+ u ra lil Abraham ’il bogħod u lil Lazzru miegħu, fi ħdanu. 24 Għalhekk, għajjat u qal, ‘Missieri Abraham,+ ikollok ħniena minni u ibgħat lil Lazzru jbill tarf sebgħu fl-ilma u jberridli lsieni,+ għax qed inbati f’dan in-nar iħeġġeġ.’+ 25 Imma Abraham qallu, ‘Ibni, ftakar li int irċivejt bis-sħiħ it-tajjeb f’ħajtek, imma Lazzru rċieva l-ħsara. Iżda, issa hu qed jitfarraġ hawnhekk imma int qed tbati.+ 26 Barra minn hekk, tqiegħed dagħbien kbir+ bejnna u bejnkom,+ biex dawk li jkunu jridu jmorru minn hawnhekk għal għandkom ma jkunux jistgħu u lanqas jaqsmu minn hemmhekk għal għandna.’+ 27 Imbagħad qallu, ‘F’dak il-każ nitolbok, missier, ibagħtu f’dar missieri, 28 għax għandi ħames aħwa, biex jagħtihom xiehda bir-reqqa ħalli ma jidħlux huma wkoll f’dan il-post taʼ tbatija.’ 29 Imma Abraham qallu, ‘Għandhom lil Mosè+ u l-Profeti;+ ħa jisimgħu lilhom.’+ 30 Imbagħad qallu, ‘Le, missieri Abraham, imma jekk imur għandhom xi ħadd mill-imwiet jindmu.’ 31 Imma qallu, ‘Jekk ma jisimgħux minn Mosè+ u l-Profeti, lanqas jekk iqum xi ħadd mill-imwiet ma jipperswadihom.’”
17 Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Ma jistax ikun li ma jkunx hemm tfixkil.+ Madankollu, gwaj għal min iġibu t-tfixkil!+ 2 Ikun jaqbillu iktar jekk idendlulu m’għonqu ġebla taʼ mitħna u jitfgħuh il-baħar+ milli jfixkel lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin.+ 3 Oqogħdu attenti għalikom infuskom. Jekk ħuk jidneb, widdbu,+ u jekk jindem, aħfirlu.+ 4 Anki jekk jidneb sebaʼ darbiet kuljum kontrik u jiġi lura għandek sebaʼ darbiet u jgħidlek, ‘Nindem,’ trid taħfirlu.”+
5 Issa l-appostli qalu lill-Mulej: “Agħtina iktar fidi.”+ 6 Imbagħad il-Mulej qal: “Kieku kellkom fidi daqs żerriegħa tal-mustarda, kontu tgħidu lil din is-siġra tat-tut, ‘Inqalaʼ mill-għeruq u tħawwel fil-baħar!’ u kienet tobdikom.+
7 “Min minnkom li jkollu lsir qed jaħrat l-għalqa jew jirgħa l-merħla u, meta dan jidħol mill-għalqa, jgħidlu, ‘Ejja hawnhekk minnufih u nxteħet mal-mejda’? 8 Jew inkella jgħidlu, ‘Lestili l-ikla taʼ fil-għaxija, u ilbes fardal u servini sakemm niekol u nixrob jien, u wara tkun tistaʼ tiekol u tixrob int’? 9 Mhux se jħossu grat lejn l-ilsir għax għamel dak li kellu jagħmel, hux hekk? 10 Hekk intom, ukoll, meta tkunu għamiltu kulma ġejtu mqabbdin tagħmlu, għidu, ‘Aħna lsiera li m’aħna tajbin għal xejn.+ Għamilna dak li kellna nagħmlu.’”
11 U waqt li kien sejjer lejn Ġerusalemm għadda mis-Samarija u l-Galilija.+ 12 Hu u dieħel f’ċertu raħal iltaqgħu miegħu għaxar imġiddmin,+ imma waqfu ’l bogħod. 13 U għollew leħinhom u qalulu: “Ġesù, Mgħallem, ikollok ħniena minna!”+ 14 U kif rahom qalilhom: “Morru uru ruħkom lill-qassisin.”+ U huma u sejrin indafu.+ 15 Wieħed minnhom, x’ħin ra li fieq, dar lura jigglorifika+ lil Alla b’leħen għoli. 16 U nxteħet wiċċu fl-art f’riġlejn+ Ġesù, jirringrazzjah; jerġaʼ dan kien Samaritan.+ 17 Għaldaqstant, Ġesù qallu: “Mhux għaxra ndafu? Allura, fejnhom id-disgħa l-oħra? 18 Ma kien hemm ħadd li dar lura biex jagħti glorja lil Alla ħlief dan ir-raġel taʼ ġens ieħor?” 19 U qallu: “Qum u mur fi triqtek; il-fidi tiegħek fejqitek.”+
20 Imma meta l-Fariżej staqsewh meta kienet ġejja s-saltna t’Alla,+ hu wieġeb u qalilhom: “Is-saltna t’Alla mhix ġejja b’mod li jispikka, 21 u n-nies ma jkunux qed jgħidu, ‘Ara hawn!’ jew, ‘Hemm!’+ Għax, ara! Is-saltna t’Alla qiegħda f’nofskom.”+
22 Imbagħad qal lid-dixxipli: “Jiġu jiem meta tkunu tixtiequ taraw wieħed mill-jiem taʼ Bin il-bniedem imma ma tarawhx.+ 23 U n-nies jgħidulkom, ‘Ara hemm!’ jew, ‘Ara hawn!’+ Toħorġux barra jew tmorru tiġru warajhom.+ 24 Għax saħansitra bħalma sajjetta,+ bid-dawl tagħha, tiddi minn parti s’oħra tas-sema, hekk se jkun Bin il-bniedem.+ 25 Madankollu, l-ewwel irid jgħaddi minn ħafna tbatijiet u jiġi miċħud minn din il-ġenerazzjoni.+ 26 Iktar minn hekk, bħalma ġara fi żmien Noè,+ hekk ukoll ikun fi żmien Bin il-bniedem:+ 27 kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, l-irġiel kienu qed jiżżewġu, in-nisa kienu qed jingħataw fiż-żwieġ, sa dakinhar li Noè daħal fl-arka, u wasal id-dilluvju u qeridhom ilkoll.+ 28 Bl-istess mod, bħalma ġara fi żmien Lot:+ kienu qed jieklu, kienu qed jixorbu, kienu qed jixtru, kienu qed ibigħu, kienu qed iħawlu, u kienu qed jibnu. 29 Imma dakinhar li Lot ħareġ minn Sodoma niżlet xita taʼ nar u kubrit mis-sema u qerdithom ilkoll.+ 30 L-istess jiġri dakinhar li Bin il-bniedem jiġi rivelat.+
31 “Dakinhar min ikun fuq il-bejt imma jkollu l-affarijiet tiegħu d-dar ħa ma jinżilx biex jiġborhom, u min ikun barra fl-għalqa, bl-istess mod ħa ma jmurx lura lejn l-affarijiet li ħalla warajh. 32 Ftakru f’mart Lot.+ 33 Kulmin jipprova jibżaʼ għal ruħu jitlifha, imma kulmin jitlifha jżommha ħajja.+ 34 Ngħidilkom, F’dak il-lejl tnejn ikunu f’sodda waħda; wieħed jittieħed, imma l-ieħor jiġi abbandunat.+ 35 Żewġ nisa jkunu jitħnu fl-istess mitħna; waħda tittieħed, imma l-oħra tiġi abbandunata.”+ 36* —— 37 Għalhekk, wieġbu u qalulu: “Fejn, Mulej?” Qalilhom: “Fejn hemm il-ġisem,+ hemmhekk ukoll l-ajkli jinġemgħu flimkien.”+
18 Imbagħad qalilhom tixbiha dwar il-bżonn li jitolbu dejjem bla ma jaqtgħu qalbhom:+ 2 “F’ċerta belt kien hemm imħallef li la kien jibżaʼ minn Alla u lanqas jirrispetta lill-bniedem. 3 U f’dik il-belt kien hemm ukoll armla li kienet tmur għandu+ u tgħidlu, ‘Ara li ssir ġustizzja miegħi fil-kawża maʼ l-avversarju tiegħi.’ 4 Għal xi żmien hu ma riedx, imma wara qal f’qalbu, ‘Għalkemm la nibżaʼ minn Alla u lanqas nirrispetta lill-bniedem, 5 minħabba l-fatt li din l-armla se tibqaʼ tħabbatni,+ nara li ssirilha ġustizzja, biex ma tibqax tiġi tiħodli rasi.’”+ 6 Imbagħad il-Mulej qal: “Isimgħu x’qal l-imħallef, għalkemm ma kienx raġel sewwa! 7 Ċertament, mela, sejjer Alla ma jġegħelx li ssirilhom ġustizzja+ lill-magħżulin tiegħu li jgħajtulu lejl u nhar, għalkemm idum juri sabar magħhom?+ 8 Ngħidilkom, Iġiegħel li ssirilhom ġustizzja malajr.+ Madankollu, meta jasal Bin il-bniedem, veru jsib il-fidi* fuq l-art?”
9 Lil xi wħud li kienu fiduċjużi fihom infushom li kienu nies sewwa,+ u li kienu jqisu lil ħaddieħor bħala li m’hu xejn,+ qalilhom ukoll din it-tixbiha: 10 “Żewġt irġiel telgħu fit-tempju biex jitolbu, wieħed kien Fariżew u l-ieħor kollettur tat-taxxi. 11 Il-Fariżew qam+ u beda jitlob+ hekk f’qalbu, ‘O Alla, nirringrazzjak li m’iniex bħall-bqija tal-bnedmin, imbroljuni, ma jagħmlux is-sewwa, adulteri, jew saħansitra bħal dan il-kollettur tat-taxxi.+ 12 Insum darbtejn fil-ġimgħa, nagħti l-għexur taʼ dak kollu li nikseb.’+ 13 Imma l-kollettur tat-taxxi wieqaf ’il bogħod lanqas ried saħansitra jgħolli għajnejh lejn is-sema, imma beda jħabbat fuq sidru+ u jgħid, ‘O Alla, kun ħanin miegħi għax jien midneb.’+ 14 Ngħidilkom, Dan niżel lejn daru magħdud bħala raġel sewwa+ iktar mill-ieħor; għax kulmin jitgħolla jiġi umiljat, imma min jumilja ruħu jitgħolla.”+
15 Issa n-nies bdew iġibulu wkoll lit-tfal ċkejknin tagħhom biex imisshom; imma malli raw dan id-dixxipli bdew iċanfruhom.+ 16 Madankollu, Ġesù sejjaħ lejh liċ-ċkejknin u qal: “Ħallu t-tfal żgħar jiġu għandi, u tipprovawx twaqqfuhom. Għax is-saltna t’Alla hi taʼ min hu bħalhom.+ 17 Tassew ngħidilkom, Kulmin ma jilqax is-saltna t’Alla bħal tifel żgħir żgur ma jidħolx fiha.”+
18 U wieħed ħakkiem staqsieh: “Għalliem Tajjeb, xi rrid nagħmel biex niret il-ħajja taʼ dejjem?”+ 19 Qallu Ġesù: “Għala ssejjaħli tajjeb? Ħadd m’hu tajjeb, ħlief Alla biss.+ 20 Tafhom il-kmandamenti,+ ‘Tagħmilx adulterju,+ Toqtolx,+ Tisraqx,+ Tixhidx falz,+ Onora lil missierek u lil ommok.’”+ 21 Qallu dak: “Dawn kollha ħaristhom sa minn żgħożiti.”+ 22 Wara li semaʼ dan, Ġesù qallu: “Għad jonqsok ħaġa waħda: Bigħ kulma għandek u qassam lill-foqra, u jkollok teżor fis-smewwiet; u ejja kun segwaċi tiegħi.”+ 23 Meta semaʼ dan, tnikket ferm, għax kien għani ħafna.+
24 Ġesù ħares lejh u qal: “Kemm se jkun diffiċli għal dawk li għandhom il-flus biex jidħlu fis-saltna t’Alla!+ 25 Fil-fatt, hu eħfef li ġemel jgħaddi minn għajn il-labra tal-ħjata milli raġel għani jidħol fis-saltna t’Alla.”+ 26 Dawk li semgħuh qalulu: “Allura, min jistaʼ jiġi salvat?” 27 Qalilhom: “Dak li hu impossibbli għall-bnedmin, hu possibbli għal Alla.”+ 28 Imma Pietru qallu: “Ara! Aħna tlaqna l-affarijiet tagħna u ġejna warajk.”+ 29 Qalilhom: “Tassew ngħidilkom, M’hemm ħadd li telaq lil daru jew lil martu jew lil ħutu jew lill-ġenituri jew lit-tfal minħabba s-saltna t’Alla+ 30 li ma jiħux ħafna iktar f’dan iż-żmien, u fis-sistema li ġejja, ħajja taʼ dejjem.”+
31 Imbagħad ġibed lit-tnax fil-ġenb u qalilhom: “Ara! Aħna telgħin Ġerusalemm, u kulma nkiteb permezz tal-profeti+ dwar Bin il-bniedem jitwettaq għalkollox.+ 32 Per eżempju, hu jingħata f’idejn in-nies tal-ġnus u jiżżuffjettaw+ bih u jinsultawh+ u jobżqulu;+ 33 u wara li jsawtuh,+ joqtluh,+ imma fit-tielet jum iqum.”+ 34 Madankollu, huma ma fehmu xejn minn dan; għax dan il-kliem kien moħbi għalihom, u ma kinux jafu x’qal.+
35 Issa, kif kien qed joqrob lejn Ġeriko, wieħed agħma kien bil-qiegħda mal-ġenb tat-triq jittallab.+ 36 Peress li semaʼ folla għaddejja, beda jistaqsi x’setaʼ kien dan. 37 Qalulu: “Għaddej Ġesù n-Nazzarenu!”+ 38 Minnufih għajjat u qal: “Ġesù, Bin David, ikollok ħniena minni!”+ 39 U dawk li kienu mexjin fuq quddiem bdew iċanfruh biex joqgħod kwiet, imma hu iktar baqaʼ jgħajjat: “Bin David, ikollok ħniena minni.”+ 40 Imbagħad Ġesù waqaf u ordna li jġibuhulu.+ X’ħin resaq qrib, Ġesù staqsieh: 41 “Xi tridni nagħmillek?”+ Qallu: “Mulej, ħa nerġaʼ nieħu d-dawl.”+ 42 Għalhekk, Ġesù qallu: “Erġaʼ ħu d-dawl; il-fidi tiegħek fejqitek.”+ 43 U minnufih reġaʼ ħa d-dawl,+ u beda miexi warajh jigglorifika lil Alla.+ Ukoll, malli raw dan, in-nies kollha faħħru lil Alla.
19 U daħal Ġeriko+ u kien għaddej minn hemmhekk. 2 Issa kien hemm raġel jismu Żakkew; u dan kien kollettur ewlieni tat-taxxi, u kien għani. 3 Hu kien qed jipprova jara+ min kien dan Ġesù, imma ma setax minħabba l-folla, għax kien qasir. 4 Għalhekk, mar jiġri ’l quddiem u telaʼ fuq tina salvaġġa sabiex jarah, għax kien se jgħaddi minn hemmhekk. 5 Issa, meta wasal f’dak il-post, Ġesù ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel, għax illum irrid noqgħod f’darek.” 6 Għal dan, niżel jiġri u laqgħu bil-ferħ bħala mistieden għandu. 7 Imma meta raw dan, ilkoll bdew igemgmu+ minn taħt l-ilsien u jgħidu: “ Maʼ midneb mar joqgħod.” 8 Imma Żakkew qam u qal lill-Mulej: “Ara! Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u kulma ħadt b’qerq u b’akkuża falza+ mingħand xi ħadd se rroddu lura għal erbaʼ darbiet.”+ 9 Għal dan, Ġesù qallu: “Illum ġiet is-salvazzjoni f’din id-dar, għax int ukoll bin Abraham.+ 10 Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva dak li kien mitluf.”+
11 Huma u jisimgħu dan, żied jgħidilhom tixbiha, għax kien qrib Ġerusalemm u kienu qed jimmaġinaw li s-saltna t’Alla kienet se tidher minnufih.+ 12 Għalhekk, qalilhom: “Wieħed raġel nobbli minn twelidu vvjaġġa lejn art imbiegħda biex jikseb poter bħala sultan u mbagħad jerġaʼ lura.+ 13 Sejjaħ għaxra mill-ilsiera tiegħu, tahom għaxar miniet, u qalilhom, ‘Innegozjawhom sakemm niġi.’+ 14 Imma ċ-ċittadini taʼ pajjiżu kienu jobogħduh+ u bagħtu warajh ġemgħa t’ambaxxaturi jgħidu, ‘Lil dan ma rriduhx isir sultan fuqna.’+
15 “U meta ġie lura, wara li kiseb il-poter bħala sultan, ordna li jissejħu quddiemu l-ilsiera li lilhom kien ta l-flus tal-fidda, sabiex ikun jaf x’kienu qalgħu bin-negozju li kienu għamlu.+ 16 Imbagħad, ġie quddiemu l-ewwel wieħed u qallu, “Sidi, il-mina tiegħek qalgħet għaxar miniet.’+ 17 Għalhekk, qallu, ‘Prosit, ilsir tajjeb! Peress li wrejt fedeltà f’ħaġa żgħira ħafna, ħu l-awtorità fuq għaxart ibliet.’+ 18 Issa ġie t-tieni wieħed u qal, ‘Il-mina tiegħek, Sidi, għamlet ħames miniet.’+ 19 Lil dan ukoll qallu, ‘Int, ukoll, ħu taħt idejk ħamest ibliet.’+ 20 Imma ġie ieħor u qal, ‘Sidi, hawn hi l-mina tiegħek, li jien żammejt merfugħa f’biċċa drapp. 21 Għax ara, bżajt minnek, peress li int raġel aħrax; tiġbor dak li ma ddepożitajtx u taħsad dak li ma żrajtx.’+ 22 Qallu, ‘Minn fommok stess+ niġġudikak, ilsir mill-agħar. Kont taf, hux hekk, li jien raġel aħrax, li niġbor dak li ma ddepożitajtx u naħsad dak li ma żrajtx?+ 23 Allura, għala ma poġġejtx il-flus tal-fidda tiegħi l-bank? Imbagħad, meta nasal, kont niġborhom bl-imgħax.’+
24 “Imbagħad qal lil dawk li kienu ħdejh, ‘Ħudulu l-mina u agħtuha lil dak li għandu l-għaxar miniet.’+ 25 Imma qalulu, ‘Sidi, għandu għaxar miniet!’— 26 ‘Ngħidilkom, Kulmin għandu, jingħatalu iktar; imma min m’għandux, jittiħidlu saħansitra dak li għandu.+ 27 Iktar minn hekk, lil dawn l-għedewwa tiegħi li ma ridunix insir sultan fuqhom ġibuhom hawnhekk u oqtluhom bla ħniena quddiemi.’”+
28 U wara li qal dan, qabad it-triq u beda tielaʼ lejn Ġerusalemm.+ 29 U meta qorob lejn Betfaġe u Betanja ħdejn il-muntanja msejħa l-Muntanja taż-Żebbuġ,+ bagħat tnejn mid-dixxipli+ 30 u qalilhom: “Morru fir-raħal li qed taraw quddiemkom, u wara li tidħlu fih issibu felu marbut, li ebda bniedem għadu ma qagħad bil-qiegħda fuqu. Ħolluh u ġibuh.+ 31 Imma jekk xi ħadd jistaqsikom, ‘Għala qed tħolluh?’ għandkom tgħidulu, ‘Il-Mulej għandu bżonnu.’”+ 32 Għalhekk, dawk li ntbagħtu marru u sabu kollox bħalma qalilhom.+ 33 Imma huma u jħollu l-felu, is-sidien tiegħu qalulhom: “Għala qed tħollu l-felu?”+ 34 Qalulhom: “Il-Mulej għandu bżonnu.”+ 35 U ħaduh għand Ġesù, tefgħu l-imnatar tagħhom fuq il-felu, u rikkbu lil Ġesù fuqu.+
36 Hu u għaddej+ bdew jifirxu l-imnatar tagħhom fit-triq.+ 37 Malli wasal ħdejn in-niżla tal-Muntanja taż-Żebbuġ, il-kotra kollha tad-dixxipli bdew jifirħu u jfaħħru lil Alla b’leħen għoli għall-għemejjel setgħanin kollha li kienu raw,+ 38 u jgħidu: “Imbierek Dak li ġej bħala s-Sultan f’isem+ Ġeħova! Paċi fis-sema, u glorja fl-ogħla postijiet!”+ 39 Madankollu, xi wħud mill-Fariżej fil-folla qalulu: “Għalliem, ċanfar lid-dixxipli tiegħek.”+ 40 Imma wieġeb u qalilhom: “Ngħidilkom, Kieku dawn baqgħu siekta, kien jgħajjat il-ġebel.”+
41 U meta wasal qrib, ħares lejn il-belt u beda jibkiha+ 42 u jgħid: “Kieku int, iva int, għaraft+ f’dan il-jum dak li jwassal għall-paċi—imma issa nħeba minn għajnejk.+ 43 Għax jiġu fuqek il-jiem meta l-għedewwa tiegħek jibnu madwarek ħajt+ bi zkuk ippontati+ u jdawruk+ u jnikktuk+ minn kull naħa, 44 u jsabbtu maʼ l-art+ lilek u lil uliedek li hemm fik, u ma jħallux fik ġebla fuq oħra,+ għax m’għaraftx iż-żmien li fih ġejt spezzjonata.”+
45 U daħal fit-tempju u beda jkeċċi ’l barra lil dawk li kienu qed ibigħu+ 46 u qalilhom: “Hu miktub, ‘U dari tkun dar tat-talb,’+ imma intom għamiltuha għar tal-ħallelin.”+
47 Barra minn hekk, kien imur kuljum jgħallem fit-tempju. Imma l-qassisin ewlenin u l-iskribi u l-kbarat tal-poplu kienu qed jipprovaw jeqirduh;+ 48 madankollu, ma sabux mezz kif jagħmlu dan, għax in-nies kollha baqgħu mqabbdin miegħu biex jisimgħuh.+
20 Darba minnhom, waqt li kien qed jgħallem lin-nies fit-tempju u jxandar l-aħbar tajba, resqu lejh il-qassisin ewlenin u l-iskribi max-xjuħ,+ 2 u qalulu: “Irriduk tgħidilna b’liema awtorità tagħmel dan, jew min tak din l-awtorità.”+ 3 Wieġeb u qalilhom: “Jien ukoll nagħmlilkom mistoqsija. Għiduli:+ 4 Il-magħmudija taʼ Ġwanni kienet mis-sema jew mill-bnedmin?”+ 5 Imbagħad bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu: “Jekk ngħidulu, ‘Mis-sema,’ jgħidilna, ‘Għala m’emmintuhx?’+ 6 Imma jekk ngħidulu, ‘Mill-bnedmin,’ in-nies kollha jħaġġruna,+ għax huma persważi li Ġwanni+ kien profeta.”+ 7 Għalhekk, wieġbu li ma kinux jafu minfejn. 8 U Ġesù qalilhom: “Lanqas jien ma ngħidilkom b’liema awtorità nagħmel dan.”+
9 Imbagħad beda jgħid lin-nies din it-tixbiha: “Wieħed raġel ħawwel għalqa bid-dwieli+ u qabbilha lil xi bdiewa, u siefer għal żmien twil.+ 10 Imma meta wasal iż-żmien, bagħat ilsir+ għand il-bdiewa+ biex jagħtuh ftit mill-frott taʼ l-għalqa tad-dwieli.+ Madankollu, il-bdiewa sawtuh u bagħtuh b’idejh vojta.+ 11 Imbagħad reġaʼ bagħtilhom ilsir ieħor. Lil dan ukoll sawtuh, umiljawh, u bagħtuh b’idejh vojta.+ 12 Reġaʼ bagħat it-tielet wieħed;+ lil dan ukoll ferewh u tefgħuh ’il barra. 13 Għal dan, sid l-għalqa tad-dwieli qal, ‘X’se nagħmel? Nibgħat lil ibni l-maħbub.+ X’aktarx lil dan jirrispettawh.’ 14 Meta lemħuh il-bdiewa, bdew jirraġunaw bejniethom u jgħidu, ‘Dan il-werriet; ejjew noqtluh, sabiex il-wirt isir tagħna.’+ 15 U tefgħuh ’il barra+ mill-għalqa tad-dwieli u qatluh.+ Għalhekk, x’se jagħmlilhom+ sid l-għalqa tad-dwieli? 16 Jiġi u jeqred lil dawn il-bdiewa u jagħti l-għalqa tad-dwieli lil ħaddieħor.”+
Meta semgħu dan qalu: “Jalla qatt ma jkun dan!” 17 Imma hu ħares lejhom u qalilhom: “Allura, xi jfisser dak li hemm miktub, ‘Il-ġebla li twarrbet+ mill-bennejja, din saret il-ġebla tax-xewka ewlenija’?+ 18 Kulmin jaqaʼ fuq din il-ġebla jitfarrak,+ u fuq min taqaʼ+ titħnu.”+
19 L-iskribi u l-qassisin ewlenin ipprovaw imiddu idejhom fuqu dak il-ħin stess, imma kienu jibżgħu min-nies; għax fehmu li meta qal din it-tixbiha kellu lilhom f’moħħu.+ 20 U, wara li osservawh mill-qrib, bagħtu xi rġiel imqabbdin bil-moħbi biex jagħmluha taʼ nies sewwa, sabiex jaqbduh+ fi kliemu, u b’hekk jagħtuh f’idejn il-gvern u l-awtorità tal-gvernatur.+ 21 U staqsewh: “Għalliem, aħna nafu li int titkellem u tgħallem b’mod korrett, ma turi ebda parzjalità, u tgħallem it-triq t’Alla fi qbil mal-verità:+ 22 Huwa skond il-liġi li nħallsu t-taxxa lil Ċesari jew le?”+ 23 Imma hu ntebaħ bil-ħażen tagħhom u qalilhom:+ 24 “Uruni dinar.* Taʼ min huma x-xbieha u l-iskrizzjoni li fih?” Qalulu: “Taʼ Ċesari.”+ 25 Qalilhom: “Għalhekk, mela, agħtu lura lil Ċesari dak li hu taʼ Ċesari,+ imma lil Alla dak li hu t’Alla.”+ 26 U ma kellhomx il-ħila jaqbduh f’dan il-kliem quddiem in-nies, imma ma qalu xejn għax baqgħu mbellhin bit-tweġiba tiegħu.+
27 Madankollu, xi wħud mis-Sadduċej, dawk li jgħidu li m’hemmx irxoxt, resqu lejh+ biex jistaqsuh, 28 u qalulu: “Għalliem, Mosè+ kitbilna, ‘Jekk xi ħadd imutlu ħuh li kellu mara, imma ma kellux tfal, ħu+ l-mejjet għandu jieħu lill-mara u jqajjem nisel minnha għal ħuh.’+ 29 Mela kien hemm sebaʼ aħwa u l-ewwel wieħed iżżewweġ mara u miet bla tfal.+ 30 Għalhekk, iżżewwiġha t-tieni, 31 u mbagħad iżżewwiġha t-tielet. U l-istess għamlu saħansitra s-sebgħa; mietu u ma ħallewx tfal warajhom.+ 32 Fl-aħħar mietet il-mara wkoll.+ 33 Għaldaqstant, fl-irxoxt, mart min minnhom se tkun? Għax is-sebgħa ħaduha bħala marthom.”+
34 Qalilhom Ġesù: “Ulied din is-sistema jiżżewġu+ u jingħataw fiż-żwieġ, 35 imma dawk li tqiesu denji+ li jiksbu s-sistema li ġejja+ u l-irxoxt mill-imwiet+ la jiżżewġu u lanqas jingħataw fiż-żwieġ. 36 Fil-fatt, lanqas jistgħu jmutu iktar,+ għax huma bħall-anġli, u huma wlied Alla għax ikunu wlied l-irxoxt.+ 37 Imma li l-mejtin jiġu mqajmin anki Mosè rrivelah, fir-rakkont dwar l-għollieqa,+ meta jsejjaħ lil Ġeħova ‘l-Alla t’Abraham u l-Alla taʼ Iżakk u l-Alla taʼ Ġakobb.’+ 38 Hu mhux Alla tal-mejtin, imma tal-ħajjin, għax kollha ħajjin għalih.”+ 39 Wieġbu xi wħud mill-iskribi u qalulu: “Għalliem, tajjeb tkellimt.” 40 Għax ma kellhomx iktar il-kuraġġ jistaqsuh mistoqsija oħra.
41 Imbagħad qalilhom: “Kif jgħidu li l-Kristu hu bin David?+ 42 Għax David stess jgħid fil-ktieb tas-Salmi, ‘Ġeħova qal lill-Mulej tiegħi, Oqgħod bil-qiegħda fuq il-lemin tiegħi 43 sakemm inqiegħed l-għedewwa tiegħek bħala banketta għal saqajk.’+ 44 Għalhekk, jekk David isejjaħlu ‘Mulej,’ allura kif inhu ibnu?”
45 Imbagħad, waqt li n-nies kollha kienu qed jisimgħu, qal lid-dixxipli:+ 46 “Oqogħdu attenti mill-iskribi li jħobbu jippassiġġaw bi lbiesi twal u jogħġobhom it-tislim fis-swieq u s-siġġijiet taʼ quddiem fis-sinagogi u l-iktar postijiet prominenti fl-ikliet taʼ fil-għaxija,+ 47 u li jibilgħu djar ir-romol+ u li b’falzità joqogħdu jitolbu fit-tul. Dawn se jieħdu ġudizzju iktar iebes.”+
21 Issa hekk kif ħares ’il fuq, ra lill-għonja jitfgħu l-għotjiet tagħhom fil-kaxxi tat-teżor.+ 2 Imbagħad ra waħda armla fil-bżonn titfaʼ hemmhekk żewġ muniti żgħar taʼ valur żgħir ferm+ 3 u qal: “Ngħidilkom il-verità, Din l-armla, għalkemm fqira, tefgħet iktar minnhom ilkoll.+ 4 Għax dawn kollha tefgħu għotjiet miż-żejjed tagħhom, imma din il-mara, min-nieqes tagħha, tefgħet il-mezz t’għajxien kollu li kellha.”+
5 Iktar tard, waqt li xi wħud kienu qed jitkellmu dwar it-tempju, kif kien imżejjen b’ġebel mill-isbaħ u b’għotjiet dedikati,+ 6 qal: “Dan li qed taraw, se jiġu l-jiem meta hawnhekk ma titħalliex ġebla fuq oħra li ma tiġġarrafx.”+ 7 Imbagħad staqsewh u qalulu: “Għalliem, fil-fatt, dan meta se jseħħ, u x’se jkun is-sinjal taʼ meta dan għandu jiġri?”+ 8 Qalilhom: “Oqogħdu attenti li ma titqarrqux;+ għax ħafna jiġu f’ismi u jgħidu, ‘Jien hu,’ u, ‘Qorob il-waqt.’+ Tmorrux warajhom. 9 Iktar minn hekk, meta tisimgħu bi gwerer u taqlib, titwerwrux.+ Għax l-ewwel irid iseħħ dan, imma t-tmiem ma jiġix minnufih.”
10 Imbagħad kompla jgħidilhom: “Ġens iqum kontra ġens,+ u saltna kontra saltna;+ 11 u jkun hemm terremoti kbar, u f’post wara l-ieħor ikun hemm mard li jittieħed u nuqqas taʼ ikel;+ u jkun hemm dehriet tal-biżaʼ u, mis-sema, sinjali kbar.+
12 “Imma qabel dan kollu, imiddu idejhom fuqkom u jippersegwitawkom,+ u jagħtukom f’idejn is-sinagogi u l-ħabsijiet, u jressqukom quddiem slaten u gvernaturi minħabba ismi.+ 13 Dan ikunilkom bħala xiehda.+ 14 Għalhekk, daħħluha fi qlubkom biex ma toqogħdux tipprattikaw minn qabel x’se tgħidu fid-difiża tagħkom,+ 15 għax nagħtikom fomm u għerf, li dawk kollha li jopponukom ma jkunux jistgħu jiqfulhom jew imeruhom.+ 16 Barra minn hekk, tingħataw f’idejn il-qrati saħansitra mill-ġenituri+ u l-aħwa u l-qraba u l-ħbieb, u lil xi wħud minnkom jagħtuhom il-mewt;+ 17 u tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi.+ 18 Iżda żgur li lanqas xagħra+ minn raskom ma tintilef. 19 Bis-sabar tagħkom tiksbu ruħkom.+
20 “Iktar minn hekk, meta taraw lil Ġerusalemm imdawra+ bil-kampijiet taʼ l-armati, imbagħad kunu afu li qorbot il-ħerba tagħha.+ 21 Imbagħad dawk li jkunu fil-Lhudija ħa jibdew jaħarbu lejn il-muntanji, u dawk li jkunu f’nofsha ħa joħorġu minnha, u dawk li jkunu fil-kampanja ħa ma jidħlux fiha;+ 22 għax dawn ikunu jiem biex issir ġustizzja, ħalli jitwettaq kulma hu miktub.+ 23 Gwaj għan-nisa tqal u għal dawk li jreddgħu f’dawk il-jiem!+ Għax ikun hemm tbatija kbira fl-art u korla fuq dan il-poplu; 24 u jaqgħu b’xifer is-sejf u jittieħdu lsiera fil-ġnus kollha;+ u Ġerusalemm tintrifes mill-ġnus sakemm jitwettqu ż-żminijiet+ stabbiliti tal-ġnus.
25 “Ukoll, ikun hemm sinjali fix-xemx+ u l-qamar u l-kwiekeb, u fuq l-art diqa tal-ġnus, li ma jafux x’jaqbdu jagħmlu minħabba l-għajat u t-taqlib+ tal-baħar,+ 26 waqt li n-nies iħosshom ħażin bil-biżaʼ+ u bl-istennija taʼ dak li jkun ġej fuq l-art abitata;+ għax il-qawwiet tas-smewwiet jitheżżu.+ 27 U mbagħad jaraw lil Bin il-bniedem+ ġej fi sħaba b’qawwa u glorja kbira.+ 28 Imma malli jibdew iseħħu dawn l-affarijiet, qumu dritti u għollu raskom ’il fuq, għax ikun qorob il-ħelsien tagħkom.”
29 Imbagħad qalilhom tixbiha: “Innotaw is-siġra tat-tin u s-siġar l-oħrajn kollha:+ 30 Meta jkunu diġà qed jarmu, jekk tosservawhom tindunaw li issa jkun qorob is-sajf.+ 31 Hekk ukoll intom, meta taraw dawn l-affarijiet iseħħu, kunu afu li s-saltna t’Alla tkun qrib.+ 32 Tassew ngħidilkom, Din il-ġenerazzjoni żgur ma tgħaddix sakemm iseħħu l-affarijiet kollha.+ 33 Is-sema u l-art jgħaddu,+ imma kliemi żgur ma jgħaddix.+
34 “Imma oqogħdu attenti għalikom infuskom li qlubkom qatt ma jitqalu b’ikel u xorb żejjed+ u ansjetajiet+ tal-ħajja, u f’daqqa waħda dak il-jum jiġi fuqkom għal għarrieda+ 35 bħal nassa.+ Għax jiġi fuq dawk kollha li jgħixu fuq wiċċ l-art kollha.+ 36 Għalhekk, ibqgħu mqajmin+ u itolbu bil-ħerqa+ l-ħin kollu biex jirnexxilkom taħarbu minn dak kollu li għandu jseħħ u tieqfu quddiem Bin il-bniedem.”+
37 U bi nhar kien ikun jgħallem fit-tempju,+ imma bil-lejl kien joħroġ barra u joqgħod fuq il-muntanja msejħa l-Muntanja taż-Żebbuġ.+ 38 U kmieni fil-għodu, in-nies+ kollha kienu jiġu ħdejh fit-tempju biex jisimgħuh.
22 Issa kienet qed toqrob il-festa tal-ħobż bla ħmira, li jgħidulha l-Qbiż.+ 2 Ukoll, il-qassisin ewlenin u l-iskribi kienu qed ifittxu l-aħjar mod kif jeħilsu minnu,+ għax kienu jibżgħu mill-poplu.+ 3 Imma Satana daħal f’Ġuda li jgħidulu l-Iskarjota u li kien wieħed mit-tnax;+ 4 u dan telaq u tkellem mal-qassisin ewlenin u mal-kmandanti tat-tempju dwar il-mod effettiv kif jittradih u jagħtihulhom f’idejhom.+ 5 Huma ferħu u ftiehmu li jagħtuh xi flus tal-fidda.+ 6 Għalhekk, hu aċċetta u beda jfittex opportunità tajba biex jittradih u jagħtihulhom f’idejhom x’ħin ma jkunx hemm folla madwaru.+
7 Issa wasal il-jum fil-festa tal-ħobż bla ħmira li fih tiġi sagrifikata l-vittma tal-Qbiż;+ 8 u hu bagħat lil Pietru u lil Ġwanni u qalilhom: “Morru ħejjulna l-ikla tal-Qbiż.”+ 9 Qalulu: “Fejn tridna nħejjuha?” 10 Qalilhom:+ “Ara! Meta tidħlu fil-belt jiltaqaʼ magħkom raġel iġorr ġarra tal-fuħħar bl-ilma. Morru warajh u idħlu fid-dar fejn jidħol.+ 11 U għidu lil sid id-dar, ‘Qallek l-Għalliem: “Fejn hi l-kamra tal-mistidnin li fiha nistaʼ niekol l-ikla tal-Qbiż mad-dixxipli tiegħi?”’+ 12 U dak ir-raġel jurikom kamra kbira taʼ fuq, mgħammra. Ħejju hemmhekk.”+ 13 Għalhekk, telqu u sabu kollox bħalma kien qalilhom, u ħejjew l-ikla tal-Qbiż.+
14 Imbagħad, meta sar il-ħin, hu qagħad mal-mejda flimkien maʼ l-appostli.+ 15 U qalilhom: “Kelli xewqa kbira li niekol din l-ikla tal-Qbiż magħkom qabel ma nbati; 16 għax ngħidilkom, ma nerġax nikolha sakemm titwettaq fis-saltna t’Alla.”+ 17 U qabad kies,+ radd ħajr, u qal: “Ħudu dan u għadduh lil xulxin minn wieħed għall-ieħor; 18 għax ngħidilkom, Minn issa ’l quddiem ma nerġax nixrob mill-prodott tad-dielja sakemm tasal is-saltna t’Alla.”+
19 Ukoll, ħa ħobża,+ radd ħajr, qasamha, tahielhom, u qal: “Dan il-ħobż jirrappreżenta* ġismi+ li se jingħata għalikom.+ Ibqgħu agħmlu dan b’tifkira tiegħi.”+ 20 Ukoll, bl-istess mod ħa l-kies+ wara l-ikla taʼ fil-għaxija u qal: “Dan il-kies jirrappreżenta l-patt il-ġdid+ konfermat b’demmi+ li se jixxerred għalikom.+
21 “Imma, ara! Id it-traditur+ tiegħi qiegħda mal-mejda miegħi.+ 22 Għax Bin il-bniedem jitlaq skond ma kien deċiż;+ iżda, xorta waħda, gwaj għal dak ir-raġel li permezz tiegħu jiġi tradut!”+ 23 Għalhekk, bdew jiddiskutu bejniethom min minnhom kien tassew se jagħmel dan.+
24 Madankollu, qam ukoll argument sħun fosthom dwar min minnhom kien jidher li hu l-akbar.+ 25 Imma hu qalilhom: “Is-slaten tal-ġnus jiddominawhom, u dawk li għandhom l-awtorità fuqhom jissejħu Benefatturi.+ 26 Imma intom m’għandkomx tkunu hekk.+ Imma min hu l-akbar fostkom ħa jsir bħall-iżgħar,+ u min jaġixxi bħala kap isir bħal min jaqdi.+ 27 Għax min hu akbar, dak li jkun mal-mejda jew dak li jaqdi? Mhux dak li jkun mal-mejda? Imma jien ninsab f’nofskom bħala dak li jaqdi.+
28 “Madankollu, intom dawk li bqajtu+ miegħi fil-provi tiegħi;+ 29 u nagħmel patt magħkom għal saltna,+ bħalma Missieri għamel miegħi,+ 30 biex tieklu+ u tixorbu fuq il-mejda tiegħi f’saltnati,+ u toqogħdu bil-qiegħda fuq tronijiet+ biex tiġġudikaw lit-tnax-il tribù taʼ Israel.
31 “Xmun, Xmun, ara! Satana+ riedkom f’idejh biex jgħarbilkom bħal qamħ.+ 32 Imma jien tlabt bil-ħerqa+ għalik biex il-fidi tiegħek ma tonqosx; u int, meta terġaʼ tiġi lura, saħħaħ+ lil ħutek.” 33 U dan qallu: “Mulej, jien lest li mmur miegħek kemm il-ħabs u kemm għall-mewt.”+ 34 Imma hu qal: “Ngħidlek, Pietru, Illum ma jiddinx is-serduq qabel ma int, għal tliet darbiet, tkun ċħadt li tafni.”+
35 Qalilhom ukoll: “Naqsitkom xi ħaġa meta bgħattkom+ bla borża tal-flus u bla ħorġa taʼ l-ikel u bla sandli?” Qalulu: “Le!” 36 Imbagħad qalilhom: “Imma issa min għandu borża tal-flus ħa jiħodha miegħu, u l-istess il-ħorġa taʼ l-ikel; u min m’għandux sejf ħa jbigħ il-mantar tiegħu u jixtri wieħed. 37 Għax ngħidilkom li dak li hu miktub irid jitwettaq fija, jiġifieri, ‘U kien magħdud mal-kriminali.’+ Għax dak li jikkonċerna lili qed jitwettaq.”+ 38 Imbagħad qalulu: “Mulej, ara! Hawn żewġt isjuf.” Qalilhom: “Biżżejjed.”
39 Imbagħad ħareġ u, kif kienet id-drawwa tiegħu, mar lejn il-Muntanja taż-Żebbuġ; u d-dixxipli wkoll marru warajh.+ 40 Malli wasal fil-post qalilhom: “Ibqgħu itolbu sabiex ma tidħlux fit-tentazzjoni.”+ 41 U tbiegħed minnhom daqs tefgħa taʼ ġebla, niżel għarkopptejh, u beda jitlob 42 u jgħid: “Missier, jekk trid, warrab minni dan il-kies. Madankollu, ħa sseħħ ir-rieda tiegħek+ u mhux tiegħi.”+ 43 Imbagħad deherlu anġlu mis-sema jqawwilu qalbu.+ 44 Imma kien f’agunija u kompla jitlob iktar bil-ħeġġa;+ u l-għaraq tiegħu beda nieżel fl-art bħal qtar tad-demm.+ 45 U qam minfejn kien qed jitlob, mar ħdejn id-dixxipli, u sabhom jonogħsu minħabba n-niket;+ 46 u qalilhom: “Għala rqadtu? Qumu u ibqgħu itolbu, sabiex ma tidħlux fit-tentazzjoni.”+
47 Waqt li kien għadu qed jitkellem, ara, folla nies! U miexi quddiemhom kien hemm dak li jgħidulu Ġuda,+ wieħed mit-tnax; u dan resaq lejn Ġesù biex ibusu.+ 48 Imma Ġesù qallu: “Ġuda, b’bewsa tittradih lil Bin il-bniedem?”+ 49 Meta dawk taʼ madwaru raw x’kien se jiġri, qalulu: “Mulej, nagħtu bis-sejf?”+ 50 Wieħed minnhom saħansitra darab lill-ilsir tal-qassis il-kbir u qatagħlu widintu l-leminija.+ 51 Imma Ġesù wieġeb u qal: “Ieqfu! Biżżejjed!” U messlu widintu u fejqu.+ 52 Imbagħad Ġesù qal lill-qassisin ewlenin u lill-kmandanti tat-tempju u lix-xjuħ li kienu ġew għalih hemmhekk: “Ħriġtu bis-sjuf u l-bsaten qisu kontra xi ħalliel?+ 53 Meta kont inkun magħkom kuljum fit-tempju+ ma meddejtux idejkom fuqi.+ Imma din hi s-siegħa+ tagħkom u l-awtorità+ tad-dlam.”+
54 Imbagħad arrestawh u ħaduh+ magħhom u ġabuh fid-dar tal-qassis il-kbir;+ imma Pietru kien miexi warajhom mill-bogħod.+ 55 Meta qabbdu nar f’nofs il-bitħa u qagħdu bil-qiegħda flimkien, Pietru kien bil-qiegħda magħhom.+ 56 Imma waħda qaddejja ratu bil-qiegħda ħdejn in-nar qawwi u flietu u qalet: “Dan ir-raġel ukoll kien miegħu.”+ 57 Imma hu ċaħad+ u qal: “Ma nafux, mara.”+ 58 U wara ftit rah ħaddieħor u qallu: “Int ukoll wieħed minnhom.” Imma Pietru qallu: “Le, żgur li m’iniex.”+ 59 U wara xi siegħa ndaħal ieħor li beda jinsisti b’saħħa: “Dan żgur li wkoll kien miegħu; għax, fil-fatt, hu Galilew!”+ 60 Imma Pietru qallu: “Raġel, ma nafx x’int tgħid.” U minnufih, waqt li kien għadu qed jitkellem, is-serduq idden.+ 61 U l-Mulej dar u ħares lejn Pietru, u Pietru ftakar fil-kliem tal-Mulej meta qallu: “Illum, qabel ma jidden is-serduq, int tiċħadni tliet darbiet.”+ 62 U ħareġ barra u beka biki taʼ mrar.+
63 Issa l-irġiel li kienu qed iżommuh arrestat bdew jiżżuffjettaw+ bih u jsawtuh;+ 64 u wara li għattewlu wiċċu, bdew jistaqsuh u jgħidulu: “Ipprofetizza. Min sawtek?”+ 65 U komplew jgħidu ħafna dagħa+ ieħor kontra tiegħu.
66 Sa fl-aħħar, meta sebaħ, inġabret l-assemblea tax-xjuħ tal-poplu, il-qassisin ewlenin, u l-iskribi,+ u daħħluh fis-sala tagħhom tas-Sinedriju u qalulu:+ 67 “Jekk int il-Kristu,+ għidilna.” Imma qalilhom: “Anki jekk ngħidilkom, żgur ma temmnux.+ 68 Iktar minn hekk, jekk nistaqsikom, żgur ma twiġbux.+ 69 Madankollu, minn issa ’l quddiem Bin il-bniedem+ ikun bil-qiegħda fuq il-leminija+ qawwija t’Alla.”+ 70 Għal dan, ilkoll qalulu: “Allura int l-Iben t’Alla?” Qalilhom: “Intom stess qed tgħidu+ li jien.” 71 Qalu: “X’għandna bżonn taʼ iktar xiehda?+ Għax aħna nfusna smajna dan minn fommu stess.”+
23 Għalhekk, qamu lkoll flimkien, kotra waħda, u ħaduh għand Pilatu.+ 2 Imbagħad bdew jakkużawh+ u jgħidu: “Sibna li dan ir-raġel qed jaqleb+ lil ġensna u ma jħallix lin-nies iħallsu t-taxxi+ lil Ċesari u jgħid li hu Kristu sultan.”+ 3 Issa Pilatu staqsieh: “Int is-sultan tal-Lhud?” Wieġeb u qallu: “Int stess qed tgħidu.”+ 4 Imbagħad Pilatu qal lill-qassisin ewlenin u lill-folol: “Ma nsib ebda ħtija f’dan ir-raġel.”+ 5 Imma huma bdew jinsistu u jgħidu: “Hu jxewwex lin-nies bit-tagħlim tiegħu fil-Lhudija kollha, beda saħansitra mill-Galilija s’hawnhekk.” 6 Meta semaʼ dan, Pilatu staqsa jekk ir-raġel kienx Galilew, 7 u, wara li sar jaf li kien mill-ġurisdizzjoni t’Erodi,*+ bagħtu għand Erodi li wkoll kien f’Ġerusalemm f’dawk il-jiem.
8 Meta ra lil Ġesù, Erodi feraħ ħafna għax, peress li kien semaʼ dwaru,+ kien ilu jixtieq jarah,+ u kien qed jittama li jarah iwettaq xi sinjal. 9 Issa beda jagħmillu ħafna mistoqsijiet; imma hu ma wiġbux.+ 10 Madankollu, il-qassisin ewlenin u l-iskribi bdew iqumu bil-wieqfa u jakkużawh bl-herra.+ 11 Imbagħad Erodi, flimkien mas-suldati tiegħu, żebilħu+ u żżuffjetta+ bih billi libbsu libsa taʼ lewn jgħajjat u bagħtu lura għand Pilatu. 12 Issa dakinhar Erodi u Pilatu+ saru ħbieb; għax qabel kellhom mibegħda għal xulxin.
13 Imbagħad Pilatu sejjaħ flimkien lill-qassisin ewlenin u lill-ħakkiema u lin-nies 14 u qalilhom: “Ġibtuli lil dan ir-raġel bħala wieħed li qed ixewwex lin-nies, u, ara, jien interrogajtu quddiemkom imma fih ma sibt ebda bażi+ għall-akkużi li qed iġġibu kontrih. 15 Fil-fatt, lanqas Erodi, għax bagħtu lura għandna; u, ara, hu m’għamel xejn li jistħoqqlu l-mewt.+ 16 Għalhekk, nikkastigah bis-swat+ u nitilqu.” 17* —— 18 Imma huma għajtu lkoll f’daqqa u qalu: “Eqirdu lil dan,+ imma itilqilna lil Barabba!”+ 19 (Dan ir-raġel kien intefaʼ l-ħabs minħabba rewwixta li saret fil-belt u minħabba qtil.) 20 Pilatu reġaʼ kellimhom, għax ried jeħles lil Ġesù.+ 21 Imbagħad huma bdew iwerżqu u jgħidu: “Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!”+ 22 Qalilhom għat-tielet darba: “Għala, x’għamel ħażin dan ir-raġel? Ma sibt xejn fih li jistħoqqlu l-mewt; għalhekk, nikkastigah bis-swat u nitilqu.”+ 23 Għal dan, huma iktar bdew jgħajtu u jinsistu li għandu jsammru maʼ zokk, u kulma beda jinstemaʼ kien l-għajat tagħhom.+ 24 Għalhekk, Pilatu ta s-sentenza biex tintlaqaʼ t-talba tagħhom:+ 25 ħeles+ lil min riedu huma, ir-raġel li kien intefaʼ l-ħabs minħabba rewwixta u qtil, imma lil Ġesù kkundannah kif xtaqu huma.+
26 Issa, huma u sejrin bih, qabdu lil Xmun, minn Ċirene, li kien ġej mill-kampanja, u għabbewlu z-zokk tat-tortura biex iġorru wara Ġesù.+ 27 U kien hemm miexja warajh kotra kbira taʼ nies u taʼ nisa li bdew iħabbtu fuq sidirhom bin-niket u jibkuh. 28 Ġesù dar lejn in-nisa u qalilhom: “Ulied Ġerusalemm, tibqgħux tibkuni. Għall-kuntrarju, ibku lilkom u lil uliedkom;+ 29 għax, ara! Jiġu jiem meta n-nies jgħidu, ‘Henjin in-nisa li ma setax ikollhom tfal, u l-ġwief li ma wildux u l-isdra li ma reddgħux!’+ 30 Imbagħad jibdew jgħidu lill-muntanji, ‘Aqgħu fuqna!’ u lill-għoljiet, ‘Ordmuna!’+ 31 Għax jekk jagħmlu dan meta s-siġra tkun ħadra, x’jiġri meta tinxef?”+
32 U kien hemm żewġt irġiel oħra, irġiel ħżiena, li wkoll kienu qed jittieħdu biex jingħataw il-mewt miegħu.+ 33 U meta waslu fil-post li jgħidulu l-Qorriegħa,+ hemmhekk poġġew fuq zokk lilu u lill-irġiel ħżiena, wieħed fuq il-lemin u l-ieħor fuq ix-xellug tiegħu.+ 34 [[Imma Ġesù beda jgħid: “Missier, aħfrilhom,+ għax ma jafux x’qed jagħmlu.”]] Iktar minn hekk, qassmu ħwejġu billi tellgħuhom bix-xorti.+ 35 U n-nies qagħdu jħarsu.+ Imma l-ħakkiema kienu qed jiddieħqu bih u jgħidu b’disprezz: “Salva lil oħrajn; ħa jsalva+ lilu nnifsu, jekk dan hu l-Kristu t’Alla, il-Magħżul.”+ 36 Saħansitra s-suldati bdew jiżżuffjettaw+ bih, u jersqu qrib, joffrulu nbid qares,+ 37 u jgħidulu: “Jekk int is-sultan tal-Lhud, salva lilek innifsek.” 38 Kien hemm ukoll kitba fuqu: “Dan hu s-sultan tal-Lhud.”+
39 U wieħed mill-irġiel il-ħżiena li kienu mdendlin beda jgħajru+ u jgħidlu: “Int mhux il-Kristu? Salva lilek innifsek u lilna.” 40 Għal dan, l-ieħor ċanfru u qal: “Lanqas minn Alla ma tibżaʼ, issa li qiegħed fl-istess ġudizzju?+ 41 Aħna, tabilħaqq, b’ġustizzja, għax qed nieħdu bis-sħiħ dak li jistħoqqilna għal li għamilna; imma dan ir-raġel m’għamel xejn barra minn loku.”+ 42 U kompla jgħid: “Ġesù, ftakar fija meta tidħol fis-saltna tiegħek.”+ 43 U hu qallu: “Tassew ngħidlek illum,* Int tkun fil-Ġenna+ miegħi.”+
44 Issa kienet madwar is-sitt siegħa;* madankollu, waqgħet dalma fuq l-art kollha sad-disaʼ siegħa,*+ 45 għax naqas id-dawl tax-xemx; imbagħad il-purtiera+ tas-santwarju ċċarrtet min-nofs.+ 46 U Ġesù għajjat b’leħen għoli u qal: “Missier, f’idejk nafda l-ispirtu tiegħi.”+ Malli qal dan, ħa l-aħħar nifs.+ 47 Peress li kien ra x’ġara, l-uffiċjal taʼ l-armata beda jigglorifika lil Alla u jgħid: “Tassew li dan kien raġel sewwa.”+ 48 U l-folol kollha li kienu miġburin hemmhekk josservaw din ix-xena, meta raw dak li ġara, telqu lura jħabbtu fuq sidirhom. 49 Iktar minn hekk, dawk kollha li kienu jafuh kienu weqfin ’il bogħod.+ Ukoll, weqfin jaraw dan kien hemm xi nisa li flimkien kienu ġew warajh mill-Galilija.+
50 U, ara! Kien hemm raġel jismu Ġużeppi, membru tal-Kunsill, raġel tajjeb u ġust+— 51 dan ma kienx ivvota favur il-pjan u l-azzjoni tagħhom.+ Hu kien minn Arimatija, belt tal-Lhud, u kien qed jistenna s-saltna t’Alla;+ 52 dan ir-raġel mar għand Pilatu u talbu l-ġisem taʼ Ġesù.+ 53 U niżżlu+ u keffnu f’għażel fin, u poġġieh f’qabar+ imħaffer fil-blat, li ħadd ma kien għadu tpoġġa fih.+ 54 Issa kien jum it-Tħejjija,*+ u kien riesaq id-dawl taʼ fil-għaxija tas-Sabat.+ 55 Imma n-nisa, li kienu ġew miegħu mill-Galilija, marru warajh u ttawlu fil-qabar tat-tifkira+ u raw kif tpoġġa l-ġisem tiegħu;+ 56 u marru lura biex iħejju fwejjaħ aromatiċi u żejt ifuħ.+ Imma, naturalment, f’jum is-Sabat+ straħu skond il-kmandament.
24 Madankollu, fl-ewwel jum tal-ġimgħa, marru kmieni ħafna lejn il-qabar u ħadu magħhom il-fwejjaħ aromatiċi li kienu ħejjew.+ 2 Imma sabu l-ġebla mgerba minn quddiem il-qabar tat-tifkira,+ 3 u meta daħlu ma sabuhx il-ġisem tal-Mulej Ġesù.+ 4 Waqt li kienu mifxulin minħabba dan, ara, ġew ħdejhom żewġt irġiel bi lbies jiddi.+ 5 Peress li n-nisa bdew jibżgħu u baqgħu b’wiċċhom imniżżel lejn l-art, l-irġiel qalulhom: “Għala qed tfittxu l-Ħaj fost il-mejtin? 6 [[Mhux qiegħed hawnhekk, imma ġie mqajjem.]]+ Ftakru kif kellimkom waqt li kien għadu l-Galilija,+ 7 meta qal li Bin il-bniedem irid jingħata f’idejn il-midinbin, dawn isammruh maʼ zokk, iżda fit-tielet jum iqum.”+ 8 Għalhekk, huma ftakru kliemu+ 9 u reġgħu lura mill-qabar tat-tifkira u qalu dan kollu lill-ħdax u lill-oħrajn kollha.+ 10 Huma kienu Marija l-Maddalena, u Ġwanna,+ u Marija omm Ġakbu. Anki l-bqija tan-nisa+ li kienu magħhom kienu qed jgħidu l-istess ħaġa lill-appostli. 11 Madankollu, dan il-kliem ma kienx jagħmel sens għalihom u m’emmnuhomx.+
12 [[Imma Pietru qam u ġera lejn il-qabar tat-tifkira, ittawwal ġewwa, u ra li l-faxex biss kien hemm. Għalhekk, telaq minn hemm jhewden fuq dak li ġara.]]
13 Imma, ara! Dakinhar stess tnejn minnhom kienu qed jivvjaġġaw lejn raħal jismu Għemmaws, li kien xi ħdax-il kilometru* ’l bogħod minn Ġerusalemm, 14 u kienu qed jitkellmu bejniethom dwar kulma+ kien ġara.
15 Issa huma u jitkellmu u jiddiskutu, Ġesù nnifsu resaq lejhom+ u beda miexi magħhom; 16 imma għajnejhom kienu miżmumin biex ma jagħrfuhx.+ 17 Qalilhom: “Fuqiex qed tiddiskutu bejnietkom intom u mexjin?” U waqfu b’wiċċhom imnikket. 18 Wieħed minnhom, jismu Kleofa, wieġeb u qallu: “Int xi barrani li qed tgħix għalik waħdek f’Ġerusalemm, u b’hekk ma tafx x’ġara fiha f’dawn il-jiem?” 19 U qalilhom: “X’ġara?” Qalulu: “Dak li ġara lil Ġesù n-Nazzarenu,+ li sar profeta+ setgħan fl-għemil u fil-kliem quddiem Alla u l-poplu kollu; 20 u kif il-qassisin ewlenin u l-ħakkiema tagħna qatgħuhielu għall-mewt u sammruh maʼ zokk.+ 21 Imma aħna konna qed nittamaw li dan ir-raġel kien dak li kellu jeħles lil Israel;+ iva, u fuq kollox, illum it-tielet jum minn meta ġara dan. 22 Iktar minn hekk, xi nisa+ minn fostna wkoll għaġġbuna, għax marru kmieni ħdejn il-qabar tat-tifkira 23 u ma sabuhx il-ġisem tiegħu, u ġew jgħidulna li f’dehra sopranaturali kienu raw ukoll l-anġli li qalulhom li kien ħaj. 24 Jerġaʼ, xi wħud minn magħna telqu lejn il-qabar tat-tifkira;+ u sabu kollox eżatt kif kienu qalu n-nisa, imma lilu ma rawhx.”
25 Għalhekk, qalilhom: “Kemm intom boloh u ddumu biex temmnu dak kollu li qalu l-profeti!+ 26 Ma kellux il-Kristu jsofri+ dan u jidħol fil-glorja tiegħu?”+ 27 U beda minn Mosè+ u l-Profeti+ kollha jfissrilhom dak li kien hemm miktub fuqu fl-Iskrittura kollha.
28 Fl-aħħar waslu qrib ir-raħal fejn kienu sejrin, u hu għamilha taʼ bir-ruħu li se jibqaʼ sejjer. 29 Imma huma sforzawh u qalulu: “Ibqaʼ magħna, għax sar ħafna ħin u l-jum kważi spiċċa.” Għaldaqstant daħal u baqaʼ magħhom. 30 U waqt li kien qed jiekol magħhom, qabad il-ħobża, berikha, qasamha u beda jnewwilhielhom.+ 31 Għal dan, għajnejhom infetħu għalkollox u għarfuh; u għab minn quddiemhom.+ 32 U qalu lil xulxin: “Ma kinux qlubna mkebbsin fina meta beda jkellimna fit-triq, hu u jispjegalna ċar l-Iskrittura?” 33 U dak il-ħin stess qamu u marru lura Ġerusalemm, u sabu lill-ħdax u lil dawk li kienu magħhom miġburin flimkien, 34 u dawn qalulhom: “Il-Mulej il-veru ġie mqajjem u deher lil Xmun!”+ 35 Issa huma rrakkontawlhom xi ġralhom fit-triq u kif għarfuh meta qasam il-ħobża.+
36 Waqt li kienu qed jitkellmu dwar dan, hu stess ġie f’nofshom [[u qalilhom: “Is-sliem għalikom.”]] 37 Imma peress li kienu mwerwrin u mbeżżgħin,+ kienu qed jimmaġinaw li raw xi spirtu. 38 Għalhekk, qalilhom: “Għala qed titħawdu, u għala qed tiddubitaw fi qlubkom? 39 Araw idejja u saqajja, kif dan hu jien; missuni+ u araw, għax spirtu m’għandux laħam u għadam+ kif qed taraw li għandi jien.” 40 [[U hu u jgħid dan, uriehom idejh u saqajh.]] 41 Waqt li kienu għadhom m’humiex qed jemmnu+ minħabba l-ferħ li kellhom u kienu għadhom mgħaġġbin, qalilhom: “Għandkom xi ħaġa x’niekol hemmhekk?”+ 42 U tawh biċċa ħuta mixwija;+ 43 u ħadha u kielha+ quddiem għajnejhom.
44 Imbagħad qalilhom: “Dan hu l-kliem li għedtilkom waqt li kont għadni magħkom,+ li kulma hemm miktub dwari fil-liġi taʼ Mosè u fil-Profeti+ u fis-Salmi+ jrid jitwettaq.” 45 Imbagħad fetħilhom moħħhom biex jifhmu l-Iskrittura+ 46 u qalilhom: “Hekk hu miktub li l-Kristu kellu jbati u jqum mill-imwiet fit-tielet jum,+ 47 u f’ismu l-indiema għall-maħfra tad-dnubiet+ kellha tiġi pridkata fil-ġnus kollha;+ billi tibdew minn Ġerusalemm+ 48 intom tridu tkunu xhieda+ taʼ dan. 49 U, ara! Qed nibgħat fuqkom dak li hu mwiegħed minn Missieri. Iżda, ibqgħu fil-belt sakemm titlibbsu b’qawwa mill-għoli.”+
50 U ħariġhom sa ħdejn Betanja, u refaʼ idejh ’il fuq u berikhom.+ 51 Hu u jberikhom, infired minnhom u beda jintrefaʼ ’l fuq lejn is-sema.+ 52 U, wara li mielu quddiemu, marru lura lejn Ġerusalemm mimlijin ferħ kbir.+ 53 U kontinwament kienu joqogħdu fit-tempju jbierku lil Alla.+
Ara Mt 2:1, in-nota taʼ taħt.
Jew, “l-għerf prattiku.”
Jew, “salvatur setgħan.” Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, Erodi Antipa, bin Erodi l-Kbir.
Ara Mt 2:4, in-nota taʼ taħt.
Ara Mt 3:12, in-nota taʼ taħt.
Xi manuskritti jħallu barra “bin Kajnan,” fi qbil maʼ Ġen 10:24; Ġen 11:12, 15; 1Kr 1:18.
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Ara Mt 18:24, in-nota taʼ taħt.
Ara Lq 3:1, in-nota taʼ taħt.
Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
Ara Mt 18:24, in-nota taʼ taħt.
Ara Appendiċi 2.
Letteralment, “b’kubitu.”
Ara Mk 13:35, in-nota taʼ taħt, “Nofsillejl.”
Ara Mk 13:35, in-nota taʼ taħt, “X’ħin jidden is-serduq.”
Letteralment, “fidil.”
Ara Lq 3:1, in-nota taʼ taħt.
Marda li tneffaħ il-ġisem minħabba li jinġemaʼ l-ilma.
Munita taʼ drakma kienet ekwivalenti għal tliet kwarti taʼ paga taʼ ġurnata.
Jew, “bl-għerf prattiku.”
Bil-Grieg, “Ħades.” Ara Appendiċi 4.
Ara Mt 17:21, in-nota taʼ taħt.
Jew, “isib din il-fidi.”
Ara Mt 18:24, in-nota taʼ taħt.
Ara Mt 26:26, in-nota taʼ taħt.
Ara Lq 3:1, in-nota taʼ taħt.
Ara Mt 17:21, in-nota taʼ taħt.
Fit-test oriġinali Grieg, il-punteġġatura ma ntużatx. Din it-traduzzjoni tpoġġi virgola wara “llum” għax din il-fehma hi appoġġata minn versi oħrajn fil-Bibbja, bħal Ġw 20:17; At 1:1-3, 9; 10:40; 1Ko 15:20; Kol 1:18.
Madwar nofsinhar, tibda tgħodd minn tlugħ ix-xemx.
Madwar it-3 p.m., tibda tgħodd minn tlugħ ix-xemx.
Ara Mt 27:62, in-nota taʼ taħt.
Jew, “sebaʼ mili [Rumani] u nofs.” Qabbel Mt 5:41, in-nota taʼ taħt.