LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bi12 Eżodu 1:1-40:38
  • Eżodu

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Eżodu
  • Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida taʼ l-Iskrittura Mqaddsa
Eżodu

Eżodu

1 Issa dawn huma l-​ismijiet* taʼ wlied Israel li ġew l-​Eġittu maʼ Ġakobb; ġie kull raġel bin-​nies taʼ daru:+ 2 Ruben,+ Simegħon,+ Levi,+ u Ġuda,+ 3 Issakar,+ Żebulun,+ u Benjamin,+ 4 Dan+ u Naftali,+ Gad+ u Aser.+ 5 U l-​erwieħ kollha li tnisslu minn* Ġakobb+ kienu sebgħin ruħ, imma Ġużeppi kien diġà l-​Eġittu.+ 6 Maż-żmien, Ġużeppi miet,+ kif ukoll ħutu kollha u dik il-​ġenerazzjoni kollha. 7 U wlied Israel nisslu u bdew jiżdiedu; u komplew joktru u jsiru iktar setgħanin b’rata tassew straordinarja, u b’hekk il-​pajjiż imtela bihom.+

8 Għadda ż-​żmien u fl-​Eġittu laħaq sultan ġdid li ma kienx jafu lil Ġużeppi.+ 9 U qal lill-​poplu tiegħu: “Ara! In-​nies taʼ wlied Israel huma iktar fl-​għadd u iktar setgħanin minna.+ 10 Ejjew inħaddmu rasna u naraw kif nittrattawhom,+ li ma jmorrux joktru, u jiġri li, jekk nidħlu f’xi gwerra, imbagħad huma jingħaqdu wkoll maʼ dawk li jobogħduna u jiġġieldu kontrina u jitilqu mill-​pajjiż.”

11 Għalhekk, huma qiegħdu fuqhom kapijiet tax-​xogħol forzat biex jgħakksuhom b’tagħbija tqila taʼ xogħol;+ u bnew bliet bħala mħażen għall-​Fargħun, jiġifieri, Pitom u Ragħmses.+ 12 Imma iktar ma kienu jgħakksuhom, iktar kienu joktru u iktar kienu jinfirxu maʼ kullimkien, u b’hekk bdew jibżgħu ħafna minħabba wlied Israel u stmerrewhom.+ 13 Għaldaqstant, l-​Eġizzjani jassru b’tirannija lil ulied Israel.+ 14 U baqgħu jagħmlulhom ħajjithom kollha mrar b’jasar iebes fix-​xogħol tat-​tajn magħmul mit-​tafal+ u tal-​madum* u b’kull tip taʼ jasar fir-​rabaʼ,+ iva, kull tip taʼ jasar li fih użawhom b’tirannija bħala lsiera.+

15 Iktar tard is-​sultan taʼ l-​Eġittu qal lill-​majjistri Ebrej,+ li waħda minnhom kien jisimha Sifra u l-​oħra kien jisimha Puwa, 16 iva, wasal biex qalilhom: “Meta tgħinu lin-​nisa Ebrej biex jildu u tarawhom fuq is-​siġġu tal-​ħlas, jekk ikun tifel, oqtluh; imma jekk tkun tifla, ħalluha ħajja.” 17 Madankollu, il-​majjistri kellhom il-​biżaʼ taʼ l-​Alla l-​veru,+ u m’għamlux kif kien qalilhom is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ imma kienu jħallu lit-​tfal subien ħajjin.+ 18 Għalhekk, is-​sultan taʼ l-​Eġittu sejjaħ lill-​majjistri u qalilhom: “Għala għamiltu dan u ħallejtu lit-​tfal subien ħajjin?”+ 19 U l-​majjistri wieġbu lill-​Fargħun: “Għax in-​nisa Ebrej m’humiex bħan-​nisa Eġizzjani. Peress li huma b’saħħithom ikunu diġà wildu qabel ma l-​majjistra tidħol ħdejhom.”

20 Għalhekk, Alla ttrattahom tajjeb lill-​majjistri;+ u n-​nies baqgħu jiżdiedu fl-​għadd u jsiru setgħanin ferm. 21 U ġara li, minħabba li l-​majjistri kienu beżgħu mill-​Alla l-​veru, iktar ’il quddiem tahom li jkollhom il-​familji.+ 22 Fl-aħħar, il-​Fargħun ordna lin-​nies kollha tiegħu, u qalilhom: “Kull tifel li jitwieled, itfgħuh fix-​xmara Nil, imma kull tifla ħalluha ħajja.”+

2 Sadanittant, ċertu raġel minn dar Levi mar u ħa waħda mill-​bniet taʼ Levi.+ 2 U l-​mara ħarġet tqila u wildet iben. Meta rat kemm kien sbejjaħ, żammitu moħbi+ għal tliet xhur qamrin.+ 3 Meta ma setgħetx taħbih iktar,+ ħadet kaxxa* tal-​papiru u ksietha bil-​qatran u biż-​żift+ u poġġiet it-​tifel fiha u qegħditha qalb il-​qasab+ qrib ix-​xatt tax-​xmara Nil. 4 Barra minn hekk, oħtu qagħdet ftit ’il bogħod biex tara x’se jsir minnu.+

5 Wara ftit niżlet bint il-​Fargħun biex tinħasel fix-​Xmara Nil, u l-​qaddejja nisa tagħha kienu mexjin mal-​ġenb tax-​Xmara Nil. U hi lemħet il-​kaxxa f’nofs il-​qasab. Fil-​pront bagħtet lill-​ilsira tagħha biex iġġibhielha.+ 6 Meta fetħitha rat it-​tarbija, u, ara, it-​tifel kien qed jibki. Hi tħassritu,+ għalkemm qalet: “Dan wieħed minn ulied l-​Ebrej.” 7 Imbagħad oħtu qalet lil bint il-​Fargħun: “Tridx immur insejjaħlek mara li treddaʼ min-​nisa Ebrej biex treddagħlek it-​tifel?” 8 Għalhekk, bint il-​Fargħun wiġbitha: “Mur!” Minnufih it-​tfajla marret u sejħet lil omm it-​tifel.+ 9 Bint il-​Fargħun imbagħad qaltilha: “Ħu lil dan it-​tifel miegħek u reddagħhuli, u jien inħallsek.”+ Għaldaqstant, il-​mara ħadet it-​tifel u reddgħetu. 10 U t-​tifel kiber. Imbagħad ġabitu għand bint il-​Fargħun, u b’hekk sar bħal iben għaliha;+ u semmietu Mosè* u qalet: “Għaliex tellajtu mill-​ilma.”+

11 Issa ġara li, hekk kif kien qed isir b’saħħtu, Mosè ħareġ ħdejn ħutu biex jara t-​tagħbijiet li kienu qed iġorru;+ u lemaħ lil wieħed Eġizzjan isawwat lil wieħed minn ħutu l-​Ebrej.+ 12 Għalhekk, ħares madwaru u ra li ma kien hemm ħadd. Imbagħad qatel lill-​Eġizzjan u ħbieh fir-​ramel.+

13 Madankollu, l-​għada ħareġ, u, ara, kien hemm żewġt irġiel Ebrej jissieltu maʼ xulxin. Għalhekk, hu qal lil dak li kellu t-​tort: “Għala għandek issawwat lil sieħbek?”+ 14 U dak wieġbu: “Min ħatrek bħala prinċep u mħallef fuqna?+ Jaqaw bi ħsiebek toqtolni bħalma qtilt lill-​Eġizzjan?”+ Mosè issa beżaʼ u qal: “Żgur li din il-​ħaġa saret magħrufa!”+

15 Wara dan, il-​Fargħun semaʼ b’din il-​ħaġa, u pprova joqtol lil Mosè;+ imma Mosè ħarab+ mill-​Fargħun sabiex jgħammar fl-​art taʼ Midjan;+ u qagħad bil-​qiegħda ħdejn bir. 16 Issa l-​qassis+ taʼ Midjan kellu sebat ibniet, u bħas-​soltu dawn ġew itellgħu l-​ilma u mlew il-​ħwat biex jisqu l-​merħla taʼ missierhom.+ 17 U bħas-​soltu ġew ir-​rgħajja u keċċewhom. X’ħin ra dan, Mosè qam u għen lin-​nisa u sqielhom il-​merħla tagħhom.+ 18 Għalhekk, meta marru d-​dar għand missierhom Regħwel,+ dan staqsiehom: “Kif ġejtu d-​dar daqshekk malajr illum?” 19 Huma wiġbuh: “Wieħed Eġizzjan+ ħelisna minn id ir-​rgħajja u, barra minn hekk, saħansitra tellgħalna l-​ilma sabiex jisqi l-​merħla.” 20 Imbagħad hu qal lill-​bniet tiegħu: “Imma fejn hu? Għala ħallejtuh warajkom ir-​raġel? Sejħulu, sabiex jiekol biċċa ħobż.”+ 21 Wara dan, Mosè wera li kien lest li jgħammar mar-​raġel, u dan ta lil bintu Sefora+ lil Mosè. 22 Iktar tard hi wildet iben u hu semmieh Gersom,*+ għaliex qal: “Sirt resident barrani f’art barranija.”+

23 U ġara li, matul dak iż-​żmien, is-​sultan taʼ l-​Eġittu fl-​aħħar miet,+ imma wlied Israel baqgħu jitniehdu minħabba l-​jasar u jgħajtu minħabba n-​niket,+ u l-​għajta tagħhom għall-​għajnuna minħabba l-​jasar baqgħet tielgħa għand l-​Alla l-​veru.+ 24 U Alla semaʼ+ l-​krib tagħhom+ u Alla ftakar fil-​patt tiegħu m’Abraham, Iżakk, u Ġakobb.+ 25 Għalhekk, Alla ħares lejn ulied Israel u Alla ta kashom.

3 U Mosè sar ragħaj tal-​merħla taʼ Ġetro,*+ il-​qassis taʼ Midjan, li kien il-​kunjatu tiegħu.+ Waqt li kien qed jieħu l-​merħla lejn in-​naħa tal-​punent tax-​xagħri, sa fl-​aħħar wasal ħdejn il-​muntanja taʼ l-​Alla l-​veru,+ fil-​Ħoreb.+ 2 Imbagħad l-​anġlu taʼ Ġeħova deherlu fi fjamma tan-​nar f’nofs għollieqa.+ Hekk kif baqaʼ jħares, ara, l-​għollieqa kienet qed taqbad bin-​nar, u madankollu ma bdietx tinħaraq. 3 U Mosè qal: “Ħa nersaq viċin sabiex nara x’inhu dan il-​fenomenu kbir, għala l-​għollieqa ma nħarqitx.”+ 4 Meta Ġeħova rah jersaq viċin biex jara x’inhu, Alla minnufih sejjaħlu minn nofs l-​għollieqa u qallu: “Mosè! Mosè!” u dan wieġbu: “Hawn jien.”+ 5 Qallu: “Tersaqx qrib hawnhekk. Neħħi s-​sandli minn saqajk, għax il-​post fejn int wieqaf hu art qaddisa.”+

6 U ssokta jgħidlu: “Jien l-​Alla taʼ missirijietek, l-​Alla t’Abraham, l-​Alla taʼ Iżakk, u l-​Alla taʼ Ġakobb.”+ Imbagħad Mosè ħeba wiċċu, għax beżaʼ jħares lejn l-​Alla l-​veru. 7 U Ġeħova żied: “Bla dubju jien rajt is-​sofferenza tan-​nies tiegħi li qegħdin l-​Eġittu, u smajt l-​għajta tagħhom minħabba dawk li jġegħluhom jaħdmu iebes; għaliex naf tajjeb kemm qed isofru.+ 8 U se ninżel neħlishom minn id l-​Eġizzjani+ u ntellagħhom u noħroġhom minn dik l-​art għal ġo art tajba u spazjuża, art li tnixxi ħalib u għasel,+ lejn il-​post tal-​Kangħanin, tal-​Ħittin, taʼ l-​Amurrin, tal-​Pereżin, tal-​Ħiwwin, u tal-​Ġebusin.+ 9 U issa, ara, l-​għajta taʼ wlied Israel waslet għandi, u rajt ukoll il-​moħqrija li biha qed jaħqruhom l-​Eġizzjani.+ 10 U issa ejja ħalli nibagħtek għand il-​Fargħun, u toħroġ il-​poplu tiegħi wlied Israel mill-​Eġittu.”+

11 Madankollu, Mosè qal lill-​Alla l-​veru: “Jien min jien biex immur għand il-​Fargħun u noħroġ lil ulied Israel mill-​Eġittu?”+ 12 Hu wieġbu: “Għaliex jien inkun miegħek,+ u dan hu s-​sinjal għalik li jien bgħattek:+ Wara li tkun ħriġt il-​poplu mill-​Eġittu, intom se taqdu lill-​Alla l-​veru fuq din il-​muntanja.”+

13 Minkejja dan, Mosè qal lill-​Alla l-​veru: “Issa suppost li mmur għand ulied Israel u ngħidilhom, ‘L-​Alla taʼ missirijietkom bagħatni għandkom,’ u huma jgħiduli, ‘X’jismu?’+ X’ngħidilhom?” 14 U Alla qal lil Mosè: “JIEN SE NSIR DAK LI RRID INSIR.”+ U żied: “Dan għandek tgħidilhom lil ulied Israel, ‘JIEN SE NSIR bagħatni għandkom.’”+ 15 Imbagħad Alla qal għal darb’oħra lil Mosè:

“Dan għandek tgħidilhom lil ulied Israel, ‘Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom, l-​Alla t’Abraham,+ l-​Alla taʼ Iżakk,+ u l-​Alla taʼ Ġakobb,+ bagħatni għandkom.’ Dan hu ismi għal dejjem,*+ u din hi t-​tifkira tiegħi minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.+ 16 Mur u iġbor ix-​xjuħ taʼ Israel, u għidilhom, ‘Deherli Ġeħova, l-​Alla taʼ missirijietkom,+ l-​Alla t’Abraham, Iżakk, u Ġakobb, u qalli: “Jien żgur li se ndawwar l-​attenzjoni+ tiegħi lejkom u lejn dak li qed jagħmlulkom fl-​Eġittu. 17 U għalhekk ngħid, se noħroġkom mis-​sofferenza+ li qed jagħmlulkom l-​Eġizzjani u ntellagħkom lejn l-​art tal-​Kangħanin, tal-​Ħittin, taʼ l-​Amurrin,+ tal-​Pereżin, tal-​Ħiwwin, u tal-​Ġebusin,+ lejn art li tnixxi ħalib u għasel.”’+

18 “U żgur li se jisimgħu minn kliemek,+ u int u x-​xjuħ taʼ Israel tridu tmorru għand is-​sultan taʼ l-​Eġittu u tgħidulu, ‘Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej,+ dehrilna,+ u issa, jekk jogħġbok, irridu mmorru vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri, u noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna.’+ 19 U jien, iva, jien, naf tajjeb li s-​sultan taʼ l-​Eġittu mhux se jagħtikom permess li tmorru jekk mhux bil-​forza.+ 20 U jien ikolli mmidd idi+ u nolqot lill-​Eġittu bl-​għemejjel taʼ l-​għaġeb kollha li se nagħmel f’nofsu; u mbagħad jibgħatkom.+ 21 U lil dan il-​poplu se nagħtih li jsib il-​ħniena f’għajnejn l-​Eġizzjani; u jiġri li meta tmorru, ma tmorrux b’idkom vojta.+ 22 U kull mara trid titlob mingħand il-​ġâra tagħha u mingħand il-​mara li qed tgħammar bħala barranija f’darha oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb u lbies, u tridu tlibbsuhom lil uliedkom subien u bniet; u tneżżgħu lill-​Eġizzjani.”+

4 Madankollu, Mosè wieġeb u qal: “Imma suppost li ma jemmnunix u ma jisimgħux minn kliemi,+ għaliex jgħiduli, ‘Ġeħova ma deherlekx.’” 2 Imbagħad Ġeħova qallu: “X’għandek f’idek?” u hu wieġbu: “Ħatar.”+ 3 Imbagħad qallu: “Ixħtu fl-​art.” Għalhekk, xeħtu fl-​art, u l-​ħatar sar serp;+ u Mosè ħarab minnu. 4 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Midd idek u aqbdu minn denbu.” Għalhekk, medd idu u qabdu, u sar ħatar fil-​pala taʼ idu. 5 U kompla jgħidlu, “Sabiex huma jemmnu li deherlek Ġeħova,+ l-​Alla taʼ missirijiethom,+ l-​Alla t’Abraham,+ l-​Alla taʼ Iżakk,+ u l-​Alla taʼ Ġakobb.”+

6 Imbagħad Ġeħova qallu għal darb’oħra: “Daħħal idek, jekk jogħġbok, f’ħobbok.” Għalhekk, daħħal idu f’ħobbu. Meta ħariġha, ara, idu kienet milquta mill-​ġdiem u saret lewn il-​borra!+ 7 Imbagħad qallu: “Daħħal idek lura f’ħobbok.” Għalhekk, daħħal idu lura f’ħobbu. Meta ħariġha minn ħobbu, ara, reġgħet saret bħall-​bqija taʼ ġismu!+ 8 U kompla jgħidlu, “U jrid iseħħ li, jekk ma jemmnukx u ma jisimgħux mix-​xiehda taʼ l-​ewwel sinjal, allura jemmnu x-​xiehda tat-​tieni sinjal.+ 9 Xorta waħda, irid iseħħ li, jekk ma jemmnux saħansitra dawn iż-​żewġ sinjali u ma jisimgħux minn kliemek,+ allura jkollok tieħu ftit ilma mix-​Xmara Nil u tferrgħu fuq l-​art niexfa; u l-​ilma li tieħu mix-​Xmara Nil isir, iva, tabilħaqq li jsir demm fuq l-​art niexfa.”+

10 Mosè issa qal lil Ġeħova: “Skużani, Ġeħova, imma jien m’iniex kelliemi tajjeb, la mill-​bieraħ, la minn qabel il-​bieraħ, u lanqas minn meta int tkellimt mal-​qaddej tiegħek, għax jien fommi tqil u lsieni tqil.”+ 11 Ġeħova wieġbu: “Min għamel fomm il-​bniedem jew min jagħmel* li xi ħadd ikun mutu jew trux jew jara ċar jew agħma? Mhux jien, Ġeħova?+ 12 Mela issa mur, u jien inkun maʼ fommok u ngħallmek dak li għandek tgħid.”+ 13 Imma hu qallu: “Skużani, Ġeħova, imma ibgħat lil xi ħadd ieħor, jekk jogħġbok, lil min trid int.” 14 Imbagħad ir-​rabja taʼ Ġeħova xegħlet kontra Mosè u qallu: “Aron il-​Levita m’huwiex ħuk?+ Naf li tassew jaf jitkellem. U, ara, ħiereġ biex jiltaqaʼ miegħek. Meta jarak, żgur li qalbu tithenna.+ 15 U int trid tkellmu u tqegħedlu l-​kliem f’fommu;+ u jien inkun maʼ fommok u fommu,+ u ngħallimkom x’għandkom tagħmlu.+ 16 U jrid ikellem lin-​nies għalik; u jrid iseħħ li hu jkun bħala fomm għalik,+ u int tkun bħala Alla għalih.+ 17 U dan il-​ħatar trid tieħdu f’idek biex bih twettaq is-​sinjali.”+

18 Għaldaqstant, Mosè telaq u mar lura għand il-​kunjatu tiegħu Ġetro u qallu:+ “Jekk jogħġbok, irrid immur u nerġaʼ lura għand ħuti li qegħdin l-​Eġittu sabiex nara jekk għadhomx ħajjin.”+ Għalhekk, Ġetro qal lil Mosè: “Mur bis-​sliem.”+ 19 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè f’Midjan: “Mur, erġaʼ lura lejn l-​Eġittu, għax l-​irġiel kollha li kienu qed jipprovaw joqtluk* mietu.”+

20 Imbagħad Mosè ħa lil martu u lil uliedu u rikkibhom fuq ħmar, u mar lura lejn l-​art taʼ l-​Eġittu. Iktar minn hekk, Mosè ħa f’idu l-​ħatar taʼ l-​Alla l-​veru.+ 21 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Wara li titlaq u tmur lura l-​Eġittu qis li twettaq quddiem il-​Fargħun il-​mirakli kollha li fdajt f’idek.+ U jien inħallih iwebbes qalbu;+ u lin-​nies ma jibgħathomx.+ 22 U trid tgħid lill-​Fargħun, ‘Hekk qal Ġeħova: “Israel hu ibni, l-​ewwel imwieled tiegħi.+ 23 U jien ngħidlek: Ibgħat lil ibni sabiex jaqdi lili. Imma jekk tirrifjuta li tibagħtu, ara, noqtollok lil ibnek, l-​ewwel imwieled tiegħek.”’”+

24 Issa ġara li, fi triqtu, fil-​post fejn waqaf għal-​lejl,+ Ġeħova ltaqaʼ miegħu+ u baqaʼ jfittex mod kif joqtlu.+ 25 Fl-aħħar, Sefora+ ħadet biċċa żnied u biha qatgħet il-​prepuzju taʼ binha+ u messitu maʼ saqajh u qalet: “Għaliex int għarus id-​demm għalija.” 26 Għaldaqstant ħallieh imur. Dak il-​ħin qalet: “Għarus id-​demm,” minħabba ċ-​ċirkonċiżjoni.

27 Imbagħad Ġeħova qal lil Aron: “Mur iltaqaʼ maʼ Mosè fix-​xagħri.”+ U hu mar u ltaqaʼ miegħu fuq il-​muntanja taʼ l-​Alla l-​veru+ u biesu. 28 U Mosè qal lil Aron il-​kliem kollu taʼ Ġeħova, li kien bagħtu,+ u s-​sinjali kollha li kien ikkmandah jagħmel.+ 29 Imbagħad Mosè u Aron telqu u ġabru lix-​xjuħ kollha taʼ wlied Israel.+ 30 U Aron lissen il-​kliem kollu li Ġeħova kien qal lil Mosè,+ u wettaq is-​sinjali+ quddiem għajnejn il-​poplu. 31 U n-​nies emmnu.+ Meta semgħu li Ġeħova kien dawwar l-​attenzjoni tiegħu+ lejn ulied Israel u li hu kien ra s-​sofferenza tagħhom,+ imbagħad mielu u nxteħtu fl-​art.+

5 U mbagħad Mosè u Aron daħlu u qalu lill-​Fargħun:+ “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jiċċelebrawli festa fix-​xagħri.’”+ 2 Imma l-​Fargħun qalilhom: “Min hu Ġeħova,+ biex jien nismaʼ minn kliemu u nibgħat lil Israel?+ Jien assolutament ma nafux lil Ġeħova+ u, iktar minn hekk, m’iniex se nibagħtu lil Israel.”+ 3 Madankollu, huma ssoktaw jgħidulu: “L-​Alla taʼ l-​Ebrej dehrilna.+ Jekk jogħġbok, irridu mmorru vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri u noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna;+ inkella jolqotna bil-​pesta jew bis-​sejf.”+ 4 U s-​sultan taʼ l-​Eġittu qalilhom: “Mosè u Aron, għalfejn qed iġġiegħlu lin-​nies jieqfu minn xogħolhom?+ Morru ġorru t-​tagħbijiet tagħkom!”+ 5 U l-​Fargħun kompla: “Ara! In-​nies tal-​pajjiż issa huma ħafna,+ u intom tabilħaqq qed twaqqfuhom milli jġorru t-​tagħbijiet.”+

6 Dakinhar il-​Fargħun ikkmanda minnufih lil dawk li kienu jġiegħlu lin-​nies jaħdmu u lill-​uffiċjali tagħhom,+ u qalilhom: 7 “Tiġbrux tiben bħal qabel sabiex tagħtuh lin-​nies biex jagħmlu l-​madum.*+ Ħa jmorru huma stess jiġbru t-​tiben. 8 Barra minn hekk, komplu imponu fuqhom l-​ammont meħtieġ taʼ madum li kienu qed jagħmlu qabel. Tnaqqsulhom xejn, għax qed jiħduha bil-​lajma.+ Huwa għalhekk li qed jgħajtu u jgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Alla tagħna!’+ 9 Agħtu lin-​nies xogħol iebes u araw li jagħmluh u ma jagħtux widen għal kliem falz.”+

10 Għalhekk, dawk li kienu jġiegħlu lin-​nies jaħdmu+ u l-​uffiċjali tagħhom ħarġu u qalu lin-​nies: “Dan qal il-​Fargħun, ‘M’iniex se nagħtikom tiben iktar. 11 Morru intom stess ġibu t-​tiben minfejn issibuh, għaliex lanqas naqra ma se jitnaqqsilkom xogħolkom.’”+ 12 Għaldaqstant, in-​nies xterdu maʼ l-​art kollha taʼ l-​Eġittu biex jiġbru z-​zkuk li jibqaʼ fl-​għelieqi* ħalli jagħmlu t-​tiben. 13 U dawk li kienu jġegħluhom jaħdmu baqgħu jgħaġġluhom+ u jgħidulhom: “Lestu xogħolkom, kull wieħed xogħlu, jum wara jum, bħal meta t-​tiben kien disponibbli.”+ 14 Iktar tard l-​uffiċjali+ taʼ wlied Israel, imqegħdin fuqhom mill-​kapijiet tal-​Fargħun li kienu jimponu x-​xogħol, ġew imsawtin,+ u l-​kapijiet qalulhom: “Għala ma temmejtux ix-​xogħol tal-​madum+ li ġejtu ordnati biex tagħmlu bħal qabel, kemm il-​bieraħ u kemm illum?”+

15 Għalhekk, l-​uffiċjali+ taʼ wlied Israel daħlu u bdew jgħajtu quddiem il-​Fargħun, u jgħidulu: “Għala tittrattahom hekk lill-​qaddejja tiegħek? 16 Mhux qed jingħata tiben lill-​qaddejja tiegħek, u safrattant qed jgħidulna, ‘Agħmlu l-​madum!’ u, ara, il-​qaddejja tiegħek qed jiġu msawtin, filwaqt li l-​ħtija hi taʼ niesek stess.”+ 17 Imma hu qalilhom: “Qed tiħduha bil-​lajma, qed tiħduha bil-​lajma!+ Huwa għalhekk li qed tgħidu, ‘Irridu mmorru, irridu noffru sagrifiċċji lil Ġeħova.’+ 18 U issa morru, aħdmu! Għalkemm mhux se jingħatalkom tiben, xorta tridu tagħtu l-​ammont stabbilit taʼ madum.”+

19 Imbagħad l-​uffiċjali taʼ wlied Israel raw li kienu jinsabu f’sitwazzjoni mwiegħra għall-​aħħar peress li qalulhom:+ “M’għandkom tnaqqsu lanqas maduma waħda mill-​madum li kull wieħed għandu jagħmel kuljum.”+ 20 Imbagħad, malli ħarġu mingħand il-​Fargħun, iltaqgħu maʼ Mosè u Aron+ li kienu weqfin hemmhekk biex jiltaqgħu magħhom. 21 Minnufih qalulhom: “Jalla Ġeħova jixħet għajnejh fuqkom u jiġġudikakom,+ ladarba għamiltuna mibgħudin+ mill-​Fargħun u mill-​qaddejja tiegħu, u b’hekk qegħedtulhom sejf f’idhom biex joqtluna.”+ 22 Imbagħad Mosè dar lejn Ġeħova+ u qallu: “Ġeħova, għala ġibt id-​deni fuq dan il-​poplu?+ Għalfejn bgħattni?+ 23 Għax minn dak il-​ħin li jien dħalt quddiem il-​Fargħun biex nitkellem f’ismek,+ hu għamel id-​deni lil dan il-​poplu+ u int bl-​ebda mod ma ħlist lill-​poplu tiegħek.”+

6 Għalhekk, Ġeħova qal lil Mosè: “Issa tara x’se nagħmillu lill-​Fargħun,+ għax minħabba id qawwija hu jibgħathom u minħabba id b’saħħitha jkeċċihom ’il barra minn pajjiżu.”+

2 U Alla ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: “Jien Ġeħova.+ 3 U kont nidher lil Abraham,+ lil Iżakk,+ u lil Ġakobb+ bħala Alla li Jistaʼ Kollox,+ imma rigward ismi Ġeħova+ m’għarrafthomx għalkollox+ min jien. 4 U jien stabbilejt ukoll il-​patt tiegħi magħhom biex nagħtihom l-​art taʼ Kangħan, l-​art li fiha għexu bħala barranin.+ 5 U jien, iva, jien, smajt it-​tnehid taʼ wlied Israel,+ li qed jinżammu fil-​jasar mill-​Eġizzjani, u jien niftakar fil-​patt tiegħi.+

6 “Għalhekk, għid lil ulied Israel, ‘Jien Ġeħova, u jien se noħroġkom mill-​Eġittu u nneħħi t-​tagħbijiet tagħhom minn fuqkom u neħliskom mill-​jasar tagħhom,+ u tabilħaqq li se nifdikom bi driegħ maħruġ ’il barra u b’ġudizzji kbar.+ 7 U niħodkom għalija bħala poplu,+ u tabilħaqq inkun Alla għalikom;+ u żgur li tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom li neħliskom mill-​Eġittu u t-​tagħbijiet tiegħu.+ 8 U ndaħħalkom fl-​art li rfajt idi b’ħalfa+ li nagħtiha lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb; u tabilħaqq li nagħtiha lilkom bħala xi ħaġa li tkun tagħkom.+ Jien Ġeħova.’”+

9 Imbagħad Mosè kellem dwar dan lil ulied Israel, imma dawn ma tawhx widen lil Mosè minħabba l-​iskuraġġiment u l-​jasar iebes.+

10 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 11 “Idħol, kellem lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu,+ sabiex jibgħat lil ulied Israel ’il barra minn pajjiżu.”+ 12 Madankollu, Mosè tkellem quddiem Ġeħova u qallu: “Ara! Ulied Israel ma tawnix widen;+ u kif qatt jistaʼ jagħtini widen il-​Fargħun,+ jien li nsibha diffiċli biex nitkellem?”*+ 13 Imma Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u lil Aron u permezz tagħhom jikkmanda lil ulied Israel u lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, sabiex dan joħroġ lil ulied Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu.+

14 Dawn huma l-​kapijiet taʼ dar missirijiethom: Ulied Ruben, l-​ewwel imwieled taʼ Israel,+ kienu Ħanok, Pallu, Ħesron, u Karmi.+ Dawn huma l-​familji taʼ Ruben.+

15 U wlied Simegħon kienu Ġemwel, Ġamin, Oħad, Ġakin, Soħar, u Sagħul, bin mara Kangħanija.+ Dawn huma l-​familji taʼ Simegħon.+

16 U dawn huma l-​ismijiet taʼ wlied Levi,+ skond id-​dixxendenzi tal-​familja tagħhom:+ Gerson, Keħat, u Merari.+ U s-​snin tal-​ħajja taʼ Levi kienu mija u sebgħa u tletin sena.

17 Ulied Gerson kienu Libni u Simgħi,+ skond il-​familji tagħhom.+

18 U wlied Keħat kienu Għamram, Isħar, Ħebron, u Użżijel.+ U s-​snin tal-​ħajja taʼ Keħat kienu mija u tlieta u tletin sena.

19 U wlied Merari kienu Maħli u Musi.+

Dawn kienu l-​familji tal-​Leviti, skond id-​dixxendenzi tal-​familja tagħhom.+

20 Issa Għamram ħa b’martu lil Ġokebed, oħt missieru.+ Iktar tard wilditlu lil Aron u lil Mosè.+ U s-​snin tal-​ħajja t’Għamram kienu mija u sebgħa u tletin sena.

21 U wlied Isħar kienu Koraħ,+ Nefeg, u Żikri.

22 U wlied Użżijel kienu Misael, Elsafan, u Sitri.+

23 Issa Aron ħa b’martu lil Eliseba, bint Għamminadab, oħt Naħson.+ Iktar tard wilditlu lil Nadab, Abiħu, Elegħażar, u Itamar.+

24 U wlied Koraħ kienu Assir, Elkana, u Abijasaf.+ Dawn kienu l-​familji tal-​Koraħin.+

25 U Elegħażar, bin Aron,+ ħa b’martu lil waħda mill-​bniet taʼ Putjel. Iktar tard wilditlu lil Fineħas.+

Dawn huma l-​kapijiet taʼ missirijiet il-​Leviti, skond il-​familji tagħhom.+

26 Dawn huma dak Aron u dak Mosè li lilhom Ġeħova qal:+ “Oħorġu lil ulied Israel mill-​art taʼ l-​Eġittu skond l-​armati tagħhom.”+ 27 Huma kienu dawk li kellmu lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, biex joħorġu lil ulied Israel mill-​Eġittu.+ Dawn huma dak Mosè u dak Aron.

28 U ġara, dakinhar li Ġeħova kellem lil Mosè fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ 29 li Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: “Jien Ġeħova.+ Għid lill-​Fargħun, sultan taʼ l-​Eġittu, kulma qed ngħidlek.” 30 Imbagħad Mosè qal quddiem Ġeħova: “Ara! Jien insibha diffiċli biex nitkellem, u għalhekk kif qatt jistaʼ l-​Fargħun jagħtini widen?”+

7 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Għamiltek Alla għall-​Fargħun,+ u ħuk Aron jitkellem għan-​nom tiegħek bħala profeta.+ 2 Int—int tgħid kulma nikkmandak;+ u ħuk Aron ikun dak li jitkellem mal-​Fargħun,+ u dan ikollu jibgħat lil ulied Israel minn pajjiżu.+ 3 U jien inħalli lill-​Fargħun iwebbes qalbu,+ u żgur li nkattar is-​sinjali tiegħi u l-​mirakli tiegħi fl-​art taʼ l-​Eġittu.+ 4 U l-​Fargħun mhux se jismaʼ minnkom;+ u jkolli mmidd idi fuq l-​Eġittu u noħroġ l-​armati tiegħi,+ il-​poplu tiegħi,+ ulied Israel,+ mill-​art taʼ l-​Eġittu b’ġudizzji kbar.+ 5 U l-​Eġizzjani żgur li jkunu jafu li jien Ġeħova meta mmidd idi kontra l-​Eġittu,+ u tabilħaqq li noħroġ lil ulied Israel minn ġo nofshom.”+ 6 U Mosè u Aron għamlu bħalma kien ikkmandahom Ġeħova.+ Għamlu preċiż hekk.+ 7 U Mosè kellu tmenin sena u Aron kellu tlieta u tmenin sena meta kellmu lill-​Fargħun.+

8 Ġeħova issa qal lil Mosè u lil Aron: 9 “Fil-​każ li l-​Fargħun ikellimkom u jgħidilkom, ‘Agħmlu miraklu intom stess,’+ int trid tgħid lil Aron, ‘Aqbad il-​ħatar tiegħek+ u itfgħu fl-​art quddiem il-​Fargħun.’ U l-​ħatar isir serp kbir.”+ 10 Għalhekk, Mosè u Aron daħlu għand il-​Fargħun u għamlu eżatt bħalma kien ikkmandahom Ġeħova. U Aron tefaʼ l-​ħatar tiegħu fl-​art quddiem il-​Fargħun u l-​qaddejja tiegħu u l-​ħatar sar serp kbir. 11 Madankollu, il-​Fargħun sejjaħ ukoll lill-​għorrief u lis-​sħaħar;+ u l-​qassisin taʼ l-​Eġittu li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu wkoll l-​istess ħaġa bl-​arti tal-​maġija tagħhom.+ 12 Għalhekk, kull wieħed minnhom tefaʼ fl-​art il-​ħatar tiegħu, u dawn saru sriep kbar; imma l-​ħatar t’Aron belaʼ l-​oħtra tagħhom. 13 Xorta waħda, il-​Fargħun webbes qalbu+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.

14 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qalb il-​Fargħun mhix titqanqal.+ Ma jridx jibgħat lin-​nies.+ 15 Fil-għodu mur għand il-​Fargħun. Ara! Hu ħiereġ ħdejn l-​ilma!+ U oqgħod f’tarf ix-​Xmara Nil biex tiltaqaʼ miegħu+ u ħu f’idek il-​ħatar li kien inbidel f’serp.+ 16 U għidlu, ‘Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej, bagħatni għandek+ biex ngħidlek: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili fix-​xagħri,”+ imma, ara, s’issa għadek m’obdejtx. 17 Hekk qal Ġeħova:+ “B’dan tkun taf li jien Ġeħova.+ Ara! Bil-​ħatar li għandi f’idi se nolqot l-​ilma li hemm fix-​Xmara Nil,+ u dan żgur li jsir demm.+ 18 U l-​ħut li hemm fix-​Xmara Nil imut,+ u x-​Xmara Nil tinten,+ u l-​Eġizzjani jiddardru jixorbu l-​ilma mix-​Xmara Nil.”’”+

19 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Aqbad il-​ħatar tiegħek u midd idek+ fuq l-​ilmijiet taʼ l-​Eġittu, fuq ix-​xmajjar tagħhom, fuq il-​kanali tan-​Nil, fuq l-​għadajjar mimlijin qasab,+ u fuq l-​ilmijiet maħżunin kollha tagħhom sabiex isiru demm.’ U jkun hemm id-​demm fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu u fir-​reċipjenti taʼ l-​injam u fir-​reċipjenti tal-​ġebel.” 20 Minnufih Mosè u Aron hekk għamlu,+ sewwasew bħalma kien ikkmanda Ġeħova,+ u Aron għolla l-​ħatar u laqat l-​ilma li kien hemm fix-​Xmara Nil taħt għajnejn il-​Fargħun u l-​qaddejja tiegħu,+ u l-​ilma kollu li kien hemm fix-​Xmara Nil inbidel f’demm.+ 21 U l-​ħut li kien hemm fix-​xmara Nil miet,+ u x-​Xmara Nil bdiet tinten; u l-​Eġizzjani ma setgħux jixorbu l-​ilma mix-​Xmara Nil;+ u kien hemm id-​demm fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.

22 Minkejja dan, il-​qassisin taʼ l-​Eġittu li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu l-​istess ħaġa bl-​arti sigrieta tagħhom;+ u b’hekk il-​Fargħun kompla jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.+ 23 Għaldaqstant, il-​Fargħun dar lura u daħal f’daru, u lanqas biss qanqlitu qalbu biex jagħti kas dan.+ 24 U l-​Eġizzjani kollha bdew iħaffru madwar ix-​Xmara Nil biex isibu l-​ilma x’jixorbu, għax ma setgħux jixorbu mill-​ilma tax-​Xmara Nil.+ 25 U għaddew sebat ijiem mindu Ġeħova laqat ix-​Xmara Nil.

8 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Idħol għand il-​Fargħun u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili.+ 2 U jekk tibqaʼ tirrifjuta li tibgħathom, ara, bħala kastig se nimla t-​territorju kollu tiegħek biż-​żrinġijiet.+ 3 U x-​Xmara Nil tkun miżgħuda biż-​żrinġijiet, u jitilgħu u jidħlu f’darek u fil-​kamra tas-​sodda taʼ ġewwa tiegħek u f’soddtok u fid-​djar tal-​qaddejja tiegħek u fuq il-​poplu tiegħek u fl-​ifran tiegħek u fil-​mejjilli li fihom tagħġen il-​ħobż tiegħek.+ 4 U ż-​żrinġijiet jitilgħu fuqek u fuq il-​poplu tiegħek u fuq il-​qaddejja kollha tiegħek.”’”+

5 Iktar tard Ġeħova qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Midd idek bil-​ħatar tiegħek+ fuq ix-​xmajjar, fuq il-​kanali tan-​Nil, u fuq l-​għadajjar mimlijin qasab u ġiegħel iż-​żrinġijiet jitilgħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu.’” 6 U Aron medd idu fuq l-​ilmijiet taʼ l-​Eġittu, u ż-​żrinġijiet bdew jitilgħu u jiksu l-​art taʼ l-​Eġittu. 7 Madankollu, il-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija għamlu l-​istess ħaġa bl-​arti sigrieta tagħhom u ġiegħlu ż-​żrinġijiet jitilgħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu.+ 8 Wara ftit taż-​żmien, il-​Fargħun sejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Itolbu bil-​ħrara lil Ġeħova+ sabiex ineħħi ż-​żrinġijiet minn fuqi u minn fuq il-​poplu tiegħi, għax jien irrid nibgħathom in-​nies sabiex joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.”+ 9 Imbagħad Mosè qal lill-​Fargħun: “Meta jogħġbok għidli meta tridni nitlob bil-​ħrara għalik u għall-​qaddejja tiegħek u għall-​poplu tiegħek sabiex iż-​żrinġijiet jinqerdu minn fuqek u minn djarek. Jitħallew biss fix-​Xmara Nil.” 10 Wieġbu: “Għada.” Għalhekk, qallu: “Isir skond kelmtek, sabiex tkun taf li m’hemm ħadd ieħor bħal Ġeħova Alla tagħna,+ 11 għax iż-​żrinġijiet żgur li jitbiegħdu minnek u minn djarek u mill-​qaddejja tiegħek u mill-​poplu tiegħek. Jitħallew biss fix-​Xmara Nil.”+

12 Għaldaqstant, Mosè u Aron ħarġu minn quddiem il-​Fargħun, u Mosè għajjat lil Ġeħova+ minħabba ż-​żrinġijiet li Hu kien ġab fuq il-​Fargħun. 13 U Ġeħova għamel skond il-​kelma taʼ Mosè,+ u ż-​żrinġijiet bdew imutu fid-​djar, fil-​btieħi, u fl-​għelieqi. 14 U bdew jiġimgħuhom, gzuz gzuz, u l-​art bdiet tinten.+ 15 Meta l-​Fargħun ra li l-​art kienet straħet, qalbu ma tqanqlitx;+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.+

16 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Għid lil Aron, ‘Midd il-​ħatar tiegħek+ u olqot it-​trab taʼ l-​art, u dan isir nemus fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.’” 17 U hekk għamlu. Għalhekk, Aron medd idu bil-​ħatar tiegħu u laqat it-​trab taʼ l-​art, u ġie n-​nemus fuq il-​bnedmin u fuq il-​bhejjem. It-​trab kollu taʼ l-​art sar nemus fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.+ 18 U l-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija pprovaw jagħmlu l-​istess permezz taʼ l-​arti sigrieta tagħhom,+ sabiex iġibu n-​nemus, imma ma setgħux.+ U kien hemm in-​nemus fuq il-​bnedmin u fuq il-​bhejjem. 19 Għalhekk, il-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija qalu lill-​Fargħun: “Dan hu s-​sabaʼ+ t’Alla!”+ Imma l-​Fargħun baqaʼ jwebbes qalbu,+ u ma tahomx widen, sewwasew bħalma kien qal Ġeħova.

20 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qum kmieni fil-​għodu u ħu postok quddiem il-​Fargħun.+ Ara! Ħiereġ ħdejn l-​ilma! U għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili.+ 21 Imma jekk ma tibgħathomx, nibgħat id-​dubbien+ fuqek u fuq il-​qaddejja tiegħek u fuq il-​poplu tiegħek u fi djarek; u d-​djar taʼ l-​Eġittu żgur li jimtlew bid-​dubbien, kif ukoll l-​art li qegħdin fuqha. 22 U dakinhar l-​art taʼ Gosen, li fiha hemm il-​poplu tiegħi, nittrattaha b’mod differenti, u ebda dubbiena ma tkun teżisti hemmhekk;+ sabiex int tkun taf li jien Ġeħova f’nofs l-​art.+ 23 U tabilħaqq li naqtaʼ linja bejn il-​poplu tiegħi u l-​poplu tiegħek.+ Għada jseħħ dan is-​sinjal.”’”

24 U Ġeħova hekk għamel; u qtajjaʼ kbar taʼ dubbien bdew jinvadu d-​dar tal-​Fargħun u d-​djar tal-​qaddejja tiegħu, u l-​art kollha taʼ l-​Eġittu.+ L-​art inqerdet minħabba d-​dubbien.+ 25 Fl-aħħar, il-​Fargħun sejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Morru, offru sagrifiċċji lil Alla tagħkom fil-​pajjiż.”+ 26 Imma Mosè qallu: “Ma nistgħux nagħmlu hekk, għaliex lil Ġeħova Alla tagħna nkunu qed noffrulu bħala sagrifiċċju xi ħaġa mistkerrha għall-​Eġizzjani.+ Suppost li kellna noffru bħala sagrifiċċju xi ħaġa mistkerrha għall-​Eġizzjani quddiem għajnejhom; kieku ma jħaġġruniex? 27 Aħna sejrin vjaġġ taʼ tlett ijiem fix-​xagħri u bla dubju noffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħna sewwasew bħalma qalilna.”+

28 Il-Fargħun issa qal: “Jien—jien se nibgħatkom,+ u intom tabilħaqq li se toffru sagrifiċċji lil Ġeħova Alla tagħkom fix-​xagħri.+ Biss araw li fejn sejrin ma jkunx ’il bogħod wisq. Itolbu bil-​ħrara għalija.”+ 29 Imbagħad Mosè qallu: “Ara! Jien ħiereġ mingħandek, u tabilħaqq li se nitlob bil-​ħrara lil Ġeħova, u għada d-​dubbien żgur li jitbiegħed mill-​Fargħun, mill-​qaddejja tiegħu, u mill-​poplu tiegħu. Biss il-​Fargħun m’għandux jerġaʼ jqarraq bina billi ma jibgħatx lin-​nies biex joffru sagrifiċċji lil Ġeħova.”+ 30 U Mosè ħareġ mingħand il-​Fargħun u talab bil-​ħrara lil Ġeħova.+ 31 Għalhekk, Ġeħova għamel skond il-​kelma taʼ Mosè,+ u d-​dubbien tbiegħed mill-​Fargħun, mill-​qaddejja tiegħu, u mill-​poplu tiegħu.+ Lanqas waħda ma kien baqaʼ. 32 Madankollu, qalb il-​Fargħun lanqas din id-​darba ma tqanqlet u lin-​nies ma bagħathomx.+

9 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Idħol għand il-​Fargħun u għidlu,+ ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili. 2 Imma jekk tibqaʼ tirrifjuta li tibgħathom u tibqaʼ żżommhom,+ 3 ara, id Ġeħova+ tiġi fuq il-​bhejjem tiegħek+ li hemm fir-​rabaʼ. Ikun hemm pesta kbira ferm+ fuq iż-​żwiemel, il-​ħmir, l-​iġmla, u l-​imrieħel tal-​baqar u tan-​nagħaġ. 4 U Ġeħova se jagħmel distinzjoni bejn il-​bhejjem taʼ Israel u l-​bhejjem taʼ l-​Eġittu, u lanqas xejn minn kulma hu taʼ wlied Israel ma jmut.”’”+ 5 Iktar minn hekk, Ġeħova għażel iż-​żmien stabbilit u qal: “Għada Ġeħova se jagħmel din il-​ħaġa fil-​pajjiż.”+

6 Għaldaqstant, l-​għada Ġeħova għamel din il-​ħaġa, u kull xorta taʼ bhima taʼ l-​Eġittu bdiet tmut;+ imma lanqas waħda mill-​bhejjem taʼ wlied Israel ma mietet. 7 Imbagħad il-​Fargħun bagħat lill-​qaddejja tiegħu jaraw, u, ara, lanqas waħda mill-​bhejjem taʼ Israel ma kienet mietet. Minkejja dan, qalb il-​Fargħun baqgħet ma tqanqlitx,+ u ma bagħathomx in-​nies.

8 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè u lil Aron: “Ħudu ż-​żewġ ponnijiet mimlijin irmied minn forn,*+ u Mosè jrid jixħtu ’l fuq lejn is-​smewwiet quddiem għajnejn il-​Fargħun. 9 U l-​irmied isir trab fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu, u jsir imsiemer li jinfexxu fi nfafet+ fuq il-​bnedmin u l-​bhejjem fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.”

10 Għalhekk, ħadu l-​irmied minn forn u qagħdu quddiem il-​Fargħun, u Mosè xeħtu ’l fuq lejn is-​smewwiet, u sar imsiemer bl-​infafet,+ li mtlew bihom il-​bnedmin u l-​bhejjem. 11 U l-​qassisin li kienu jipprattikaw il-​maġija ma setgħux jieqfu quddiem Mosè minħabba l-​imsiemer, għaliex anki l-​qassisin u l-​Eġizzjani kollha mtlew bl-​imsiemer.+ 12 Imma Ġeħova ħalla lill-​Fargħun iwebbes qalbu, u dan ma tahomx widen, sewwasew bħalma Ġeħova kien qal lil Mosè.+

13 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Qum kmieni fil-​għodu u ħu postok quddiem il-​Fargħun,+ u għidlu, ‘Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej: “Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili.+ 14 Għax din id-​darba qed nibgħat il-​kastigi kollha tiegħi kontrik u kontra l-​qaddejja tiegħek u l-​poplu tiegħek, sabiex tkun taf li m’hemm ħadd bħali fl-​art kollha.+ 15 Għax s’issa stajt ħriġt idi sabiex nolqot lilek u lill-​poplu tiegħek bil-​pesta u biex titqaċċat darba għal dejjem minn fuq l-​art.+ 16 Imma, fil-​fatt, għal dan l-​iskop żammejtek ħaj,+ biex nurik il-​qawwa tiegħi u biex ismi jixxandar fl-​art kollha.+ 17 Għadek qed titkabbar kontra l-​poplu tiegħi u ma tibagħtux?+ 18 Ara! Jien għada bħalissa se nġiegħel li tinżel xita taʼ silġ bil-​qliel, li bħalha qatt ma seħħet fl-​Eġittu mindu ġie msejjes s’issa.+ 19 U issa ibgħat u ġib għall-​kenn il-​bhejjem kollha tiegħek u kulma għandek fir-​rabaʼ. Għax il-​bnedmin u l-​bhejjem kollha li jinstabu fir-​rabaʼ u ma jinġabrux lejn djarhom, se jinżel fuqhom is-​silġ+ u jmutu.”’”

20 Kulmin beżaʼ mill-​kelma taʼ Ġeħova fost il-​qaddejja tal-​Fargħun ġiegħel lill-​qaddejja tiegħu u lill-​bhejjem tiegħu jaħarbu lejn djarhom,+ 21 imma kulmin qalbu ma qanqlitux biex jagħti kas il-​kelma taʼ Ġeħova ħalla l-​qaddejja tiegħu u l-​bhejjem tiegħu fir-​rabaʼ.+

22 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Midd idek+ lejn is-​smewwiet, sabiex jinżel is-​silġ+ fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu, fuq il-​bnedmin u l-​bhejjem u fuq il-​ħaxix kollu tar-​rabaʼ fl-​art taʼ l-​Eġittu.” 23 Għalhekk, Mosè medd il-​ħatar tiegħu lejn is-​smewwiet; u Ġeħova bagħat ragħad u silġ,+ u nar kien jinżel jiġri għal fuq l-​art, u Ġeħova kompla jibgħat xita taʼ silġ fuq l-​art taʼ l-​Eġittu. 24 B’hekk, niżel is-​silġ, u nar iżiġġ qalb is-​silġ. Kien qalil ferm, tant li qatt ma seħħ bħalu fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu mindu dan sar ġens.+ 25 U s-​silġ laqat l-​art kollha taʼ l-​Eġittu. Is-​silġ laqat kulma kien hemm fir-​rabaʼ, minn bniedem sa bhima, u kull xorta taʼ ħaxix tar-​rabaʼ; u kisser kull xorta taʼ siġra tar-​rabaʼ.+ 26 Kien biss fl-​art taʼ Gosen, fejn kienu wlied Israel, li ma niżilx silġ.+

27 Imbagħad il-​Fargħun bagħat isejjaħ lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Din id-​darba dnibt.+ Ġeħova hu ġust,+ u jien u l-​poplu tiegħi nqasna. 28 Itolbu bil-​ħrara lil Ġeħova sabiex dan ma jkomplix u ma jagħmilx iktar ragħad u ma jinżilx iktar silġ mingħand Alla.+ Imbagħad inkun lest li nibgħatkom, u intom ma tibqgħux iktar hawnhekk.” 29 Għalhekk, Mosè qallu: “Malli noħroġ mill-​belt ngħolli idejja lejn Ġeħova.+ Ir-​ragħad jieqaf u s-​silġ ma jibqax nieżel, sabiex tkun taf li l-​art hi taʼ Ġeħova.+ 30 Inkwantu għalik u għall-​qaddejja tiegħek, jien diġà naf li intom lanqas imbagħad m’intom se tibżgħu minn Alla Ġeħova.”+

31 Kif ġraw l-​affarijiet, il-​kittien u x-​xgħir intlaqtu, għaliex ix-​xgħir kien bis-​sbul u l-​kittien kien bl-​inwar.+ 32 Imma l-​qamħ u l-​ispelta*+ ma ntlaqtux, għax kien għadu mhux żmienhom. 33 Mosè issa ħareġ mill-​belt mingħand il-​Fargħun u għolla idejh lejn Ġeħova, u r-​ragħad u s-​silġ bdew jieqfu, u x-​xita ma baqgħetx nieżla fuq l-​art.+ 34 Meta l-​Fargħun ra li x-​xita u s-​silġ u r-​ragħad kienu waqfu, reġaʼ dineb u qalbu ma tqanqlitx,+ kemm hu u kemm il-​qaddejja tiegħu. 35 U l-​Fargħun baqaʼ jwebbes qalbu u ma bagħathomx lil ulied Israel, sewwasew bħalma Ġeħova kien qal permezz taʼ Mosè.+

10 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Idħol għand il-​Fargħun, għaliex jien—jien ma ħallejtx lil qalbu u lil qlub il-​qaddejja tiegħu jitqanqlu,+ sabiex inqiegħed dawn is-​sinjali tiegħi quddiemu,+ 2 u sabiex int ixxandar f’widnejn ibnek u bin ibnek kemm jien aġixxejt bl-​aħrax maʼ l-​Eġittu kif ukoll is-​sinjali tiegħi li stabbilejt fosthom;+ u intom tkunu tafu li jien Ġeħova.”+

3 Għalhekk, Mosè u Aron daħlu għand il-​Fargħun u qalulu: “Hekk qal Ġeħova, l-​Alla taʼ l-​Ebrej, ‘Kemm se ddum tirrifjuta li tissottometti ruħek lejja?+ Ibgħat lin-​nies tiegħi sabiex jaqdu lili. 4 Għax jekk tibqaʼ tirrifjuta li tibgħathom, għada nġib il-​ġurati ’l ġewwa mill-​fruntieri tiegħek.+ 5 U jiksu wiċċ l-​art u ma tkunx tistaʼ tara l-​art; u dawn jieklu l-​bqija li ma nqeridx, dak li ħallielkom is-​silġ, u jieklu kull siġra li tinbtilkom fir-​rabaʼ.+ 6 U djarek u djar il-​qaddejja tiegħek kollha u djar l-​Eġittu kollu tant se jimtlew bihom li la missirijietek u lanqas missirijiet missirijietek ma rawh dan minn kemm ilhom jeżistu fuq l-​art sa dan il-​jum.’”+ Imbagħad dar u ħareġ mingħand il-​Fargħun.+

7 Imbagħad il-​qaddejja tal-​Fargħun qalulu: “Dan ir-​raġel kemm se jdum ikun taʼ nassa għalina?+ Ibgħat lin-​nies sabiex jaqdu lil Ġeħova Alla tagħhom. Għadek ma indunajtx li l-​Eġittu nqered?”+ 8 Għalhekk, Mosè u Aron inġiebu lura għand il-​Fargħun, u dan qalilhom: “Morru, aqdu lil Ġeħova Alla tagħkom.+ Eżattament, min huma dawk li sejrin?” 9 Wieġeb Mosè: “Se mmorru biż-​żgħażagħ tagħna u bix-​xjuħ tagħna. Se mmorru b’uliedna subien u bniet,+ bin-​nagħaġ tagħna u l-​baqar tagħna,+ għax irridu nagħmlu festa lil Ġeħova.”+ 10 Hu qalilhom: “Ħa jkun hekk, jekk qatt nibgħat lilkom u liċ-​ċkejknin tagħkom, imbagħad tabilħaqq li Ġeħova jkun magħkom!+ Ara, għall-​kuntrarju, xi ħaġa ħażina għandkom f’moħħkom.+ 11 Mhux hekk! Morru issa, intom l-​irġiel b’saħħitkom biss, u aqdu lil Ġeħova, għax dan qed tipprovaw tagħmlu.” U tkeċċew ’il barra minn quddiem il-​Fargħun.+

12 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Midd+ idek fuq l-​art taʼ l-​Eġittu għall-​ġurati, biex jitilgħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu u jieklu l-​ħxejjex kollha taʼ l-​art, kulma tħalla mis-​silġ.”+ 13 Mosè minnufih medd il-​ħatar tiegħu fuq l-​art taʼ l-​Eġittu, u Ġeħova qajjem riħ mil-​lvant+ biex jonfoħ fuq l-​art dak il-​jum kollu u l-​lejl kollu. Sebaħ fil-​għodu u r-​riħ mil-​lvant ġarr il-​ġurati. 14 U l-​ġurati telgħu fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu u qagħdu fuq it-​territorju kollu taʼ l-​Eġittu.+ Kienu għadd kbir ħafna.+ Qabilhom qatt ma kienu dehru b’dan il-​mod ġurati bħalhom, u qatt ma se jidhru b’dan il-​mod warajhom. 15 U ksew il-​wiċċ taʼ l-​art kollha,+ u l-​art iddallmet;+ u kielu l-​ħaxix kollu taʼ l-​art u l-​frott kollu tas-​siġar li kien tħalla mis-​silġ;+ u ma ħallew xejn aħdar fuq is-​siġar jew fuq l-​uċuħ tar-​rabaʼ fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu.+

16 Għalhekk, il-​Fargħun sejjaħ malajr lil Mosè u lil Aron u qalilhom: “Dnibt kontra Ġeħova Alla tagħkom u kontrikom.+ 17 U issa, jekk jogħġobkom, aħfruli+ dnubi din id-​darba biss u itolbu bil-​ħrara+ lil Ġeħova Alla tagħkom sabiex ibiegħed minn fuqi dan il-​kastig li jġib il-​mewt.” 18 Għalhekk, hu ħareġ mingħand il-​Fargħun u talab bil-​ħrara lil Ġeħova.+ 19 Imbagħad Ġeħova dawwar ir-​riħ f’wieħed qawwi ferm mill-​punent, u dan ġarr il-​ġurati u kaxkarhom għal ġol-​Baħar l-​Aħmar. Lanqas ġurat wieħed ma tħalla fit-​territorju kollu taʼ l-​Eġittu. 20 Madankollu, Ġeħova ħalla lill-​Fargħun iwebbes qalbu,+ u dan ma bagħathomx lil ulied Israel.

21 Ġeħova mbagħad qal lil Mosè: “Midd idek lejn is-​smewwiet,+ sabiex ikun hemm id-​dlam fuq l-​art taʼ l-​Eġittu u d-​dlam ikun jistaʼ jinħass.” 22 Mosè minnufih medd idu lejn is-​smewwiet, u waqaʼ dlam ċappa fuq l-​art kollha taʼ l-​Eġittu għal tlett ijiem.+ 23 Ma kinux jaraw lil xulxin, u ħadd minnhom ma qam minn postu għal tlett ijiem; imma għall-​ulied kollha taʼ Israel kien hemm id-​dawl fejn kienu jgħammru huma.+ 24 Imbagħad il-​Fargħun sejjaħ lil Mosè u qallu: “Morru, aqdu lil Ġeħova.+ Jitħallew biss in-​nagħaġ tagħkom u l-​baqar tagħkom. Iċ-​ċkejknin tagħkom jistgħu jiġu magħkom ukoll.”+ 25 Imma Mosè qallu: “Int tagħtina wkoll f’idejna sagrifiċċji u offerti tal-​ħruq, għax irridu nagħtuhom lil Ġeħova Alla tagħna.+ 26 U l-​bhejjem tagħna jiġu magħna wkoll.+ Lanqas difer wieħed ma jibqaʼ, għaliex minnhom irridu nieħdu ftit biex inqimu lil Ġeħova Alla tagħna,+ u aħna ma nafux x’se nagħtuh fil-​qima lil Ġeħova qabel ma naslu hemmhekk.”+ 27 Għal dan, Ġeħova ħalla lill-​Fargħun iwebbes qalbu, u dan ma qabilx li jibgħathom.+ 28 Għalhekk, il-​Fargħun qallu: “Oħroġ ’il barra minn quddiemi!+ Oqgħod attent! Tipprovax terġaʼ tara ’l wiċċi, għaliex dakinhar li tara ’l wiċċi tmut.”+ 29 Għal dan, Mosè qallu: “Kif għedt int. M’iniex se nipprova nara ’l wiċċek iktar.”+

11 U Ġeħova qal lil Mosè: “Kastig ieħor se nġib fuq il-​Fargħun u l-​Eġittu. Imbagħad jibgħatkom minn hawnhekk.+ Meta jibgħatkom għalkollox, letteralment ikeċċikom ’il barra minn hawnhekk.+ 2 Kellem, issa, lin-​nies biex jisimgħuk, sabiex kull raġel jitlob mingħand sieħbu u kull mara titlob mingħand seħbitha oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb.”+ 3 Għaldaqstant, Ġeħova lin-​nies tahom li jsibu l-​ħniena f’għajnejn l-​Eġizzjani.+ Ukoll, fl-​art taʼ l-​Eġittu r-​raġel Mosè kien kbir ħafna f’għajnejn il-​qaddejja tal-​Fargħun u f’għajnejn in-​nies.+

4 U Mosè ssokta jgħid: “Hekk qal Ġeħova, ‘Għal xi nofsillejl se noħroġ f’nofs l-​Eġittu,+ 5 u kull l-​ewwel imwieled+ fl-​art taʼ l-​Eġittu se jmut, mill-​ewwel imwieled tal-​Fargħun, li qiegħed fuq it-​tron tiegħu, sa l-​ewwel imwieled tal-​qaddejja, li qed iddawwar il-​mitħna, u kull l-​ewwel imwieled tal-​bhejjem.+ 6 U jkun hemm għajat kbir fl-​art kollha taʼ l-​Eġittu, li bħalu la qatt kien hawn, u lanqas qatt ikun hawn.+ 7 Imma għal ebda wieħed minn ulied Israel ma jinbaħ kelb, la għall-​bniedem u lanqas għall-​bhima;+ sabiex intom tkunu tafu li Ġeħova jistaʼ jagħmel distinzjoni bejn l-​Eġizzjani u wlied Israel.’+ 8 U dawn il-​qaddejja kollha tiegħek żgur li se jinżlu għandi u jinxteħtu fl-​art quddiemi+ u jgħidu, ‘Mur, int u l-​poplu kollu li jimxi warajk.’ U wara dan noħroġ jien.” Imbagħad ħareġ mingħand il-​Fargħun b’saħna kbira fuqu.

9 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Il-​Fargħun mhux se jagħtikom widen,+ sabiex il-​mirakli tiegħi jiżdiedu fl-​art taʼ l-​Eġittu.”+ 10 U Mosè u Aron wettqu dawn il-​mirakli kollha quddiem il-​Fargħun;+ imma Ġeħova kien iħalli lill-​Fargħun iwebbes qalbu, u b’hekk dan ma kienx jibgħathom lil ulied Israel mill-​art tiegħu.+

12 Ġeħova issa qal lil Mosè u lil Aron fl-​art taʼ l-​Eġittu: 2 “Dan ix-​xahar ikun il-​bidu tax-​xhur għalikom. Ikun l-​ewwel wieħed mix-​xhur tas-​sena għalikom.+ 3 Kellem lill-​ġemgħa kollha taʼ Israel, u għidilhom, ‘Fl-​għaxra taʼ dan ix-​xahar kull wieħed għandu jieħu għalih innifsu ħaruf+ għad-​dar taʼ l-​antenati, ħaruf għal kull dar. 4 Imma jekk in-​nies tad-​dar ikunu ftit wisq biex jieklu l-​ħaruf, imbagħad hu u l-​ġâr li jkun l-​eqreb tiegħu jridu jiħduh f’daru skond kemm-il ruħ ikunu; inkwantu għall-​ħaruf, għandkom tikkalkulaw kemm jiekol kull wieħed minnkom. 5 Il-ħaruf irid ikun bla difett,+ raġel, u taʼ sena.+ Tistgħu tagħżluh min-​nagħaġ jew mill-​mogħoż. 6 U tridu tkomplu żżommuh sa l-​erbatax taʼ dan ix-​xahar,+ u l-​kongregazzjoni kollha tal-​ġemgħa taʼ Israel trid toqtlu bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam.+ 7 U jridu jieħdu ftit mid-​demm u jroxxuh fuq iż-​żewġ koxox tal-​bieb u l-​parti taʼ fuq tad-​daħla tal-​bieb tad-​dar fejn se jikluh.+

8 “‘U l-​laħam iridu jikluh dan il-​lejl.+ Għandhom jikluh mixwi bin-​nar u bil-​ħobż bla ħmira+ flimkien maʼ ħxejjex morri.+ 9 Tieklu xejn minnu nej jew mgħolli, imsajjar fl-​ilma, imma mixwi bin-​nar, rasu flimkien maʼ riġlejh* u l-​ġewwieni tiegħu. 10 U ma tridu tħallu xejn minnu għal fil-​għodu, imma dak li jitħalla sa fil-​għodu għandkom taħarquh fin-​nar.+ 11 U hekk għandkom tikluh, b’ġenbejkom imħażżmin,+ bis-​sandli+ f’saqajkom, u l-​ħatar tagħkom f’idkom; u tridu tikluh bl-​għaġla. Dan hu l-​Qbiż taʼ Ġeħova.+ 12 U dan il-​lejl+ irrid ngħaddi mill-​art kollha taʼ l-​Eġittu u nolqot lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu, minn bniedem sa bhima;+ u nagħmel ħaqq mill-​allat kollha taʼ l-​Eġittu.+ Jien Ġeħova.+ 13 U d-​demm irid iservi bħala s-​sinjal tagħkom fuq id-​djar fejn tkunu; u rrid nara d-​demm u naqbiżkom,+ u l-​kastig ma jiġix fuqkom bħala rovina meta nolqot l-​art taʼ l-​Eġittu.

14 “‘U dan il-​jum irid iservi bħala tifkira għalikom, u tridu tiċċelebrawh bħala festa lil Ġeħova matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. Għandkom tiċċelebrawh bħala statut għal żmien indefinit. 15 Għal sebat ijiem għandkom tieklu ħobż bla ħmira. Iva, fl-​ewwel jum għandkom twarrbu l-​għaġina mħemmra* minn djarkom, għaliex kulmin jiekol dak li hu mħemmer, mill-​ewwel jum sas-​sebaʼ jum,+ din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn maʼ Israel.+ 16 U fl-​ewwel jum għandha ssir konvenzjoni mqaddsa għalikom, u fis-​sebaʼ jum konvenzjoni mqaddsa oħra.+ M’għandu jsir ebda xogħol fihom.+ Kulma tistgħu tagħmlu hu li tħejju dak li jkollha bżonn tiekol kull persuna.*+

17 “‘U tridu tħarsu l-​festa tal-​ħobż bla ħmira,+ għaliex f’dan l-​istess jum se noħroġ l-​armati tagħkom mill-​art taʼ l-​Eġittu. U tridu tħarsu dan il-​jum matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom bħala statut għal żmien indefinit. 18 Fl-ewwel xahar, mill-​erbatax tax-​xahar fil-​għaxija għandkom tieklu ħobż bla ħmira sal-​wieħed u għoxrin tax-​xahar fil-​għaxija.+ 19 Għal sebat ijiem ebda għaġina mħemmra m’għandha tinstab fi djarkom, għax kulmin iduq dak li hu mħemmer, sew jekk ikun resident barrani u sew jekk ikun twieled fil-​pajjiż,+ din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn mal-​ġemgħa taʼ Israel.+ 20 M’għandkom tieklu xejn imħemmer. Fil-​postijiet kollha fejn tgħammru għandkom tieklu ħobż bla ħmira.’”

21 Mosè minnufih sejjaħ lix-​xjuħ kollha taʼ Israel+ u qalilhom: “Agħżlu u ħudu għalikom nagħaġ u mogħoż skond il-​familji tagħkom, u oqtlu l-​vittma tal-​Qbiż.+ 22 U tridu tieħdu qattaʼ żuf+ u tbilluha fid-​demm ġo bieqja u tbixxu l-​parti taʼ fuq tad-​daħla tal-​bieb u ż-​żewġ koxox tal-​bieb bi ftit mid-​demm li jkun hemm fil-​bieqja; u ħadd minnkom m’għandu joħroġ mill-​bieb taʼ daru sa fil-​għodu. 23 Imbagħad meta Ġeħova jgħaddi biex jikkastiga lill-​Eġizzjani u jara d-​demm fuq il-​parti taʼ fuq tad-​daħla tal-​bieb u fuq iż-​żewġ koxox tal-​bieb, Ġeħova ċertament li jaqbeż il-​bieb, u ma jħallix ir-​rovina tidħol fi djarkom biex jikkastigakom.+

24 “U tridu tħarsu dan bħala regolament+ għalikom u għal uliedkom għal żmien indefinit.+ 25 U jrid iseħħ li meta tidħlu fl-​art li Ġeħova se jagħtikom, sewwasew bħalma qal, imbagħad tridu tibqgħu twettqu dan l-​att taʼ qima.+ 26 U jrid iseħħ li meta wliedkom jgħidulkom, ‘Xi jfisser għalikom dan l-​att taʼ qima?’+ 27 imbagħad tridu tgħidulhom, ‘Huwa s-​sagrifiċċju tal-​Qbiż lil Ġeħova,+ li qabeż id-​djar taʼ wlied Israel fl-​Eġittu meta kkastiga lill-​Eġizzjani, imma ħeles lil djarna.’”

Imbagħad in-​nies mielu u nxteħtu fl-​art.+ 28 Wara dan, ulied Israel marru u għamlu bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè u lil Aron.+ Għamlu preċiż hekk.

29 U ġara li f’nofsillejl Ġeħova laqat lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ mill-​ewwel imwieled tal-​Fargħun, bil-​qiegħda fuq it-​tron tiegħu, sa l-​ewwel imwieled taʼ l-​ilsir, li kien fil-​ħofra fil-​ħabs, u lil kull l-​ewwel imwieled tal-​bhejjem.+ 30 Imbagħad il-​Fargħun qam bil-​lejl, hu u l-​qaddejja kollha tiegħu u l-​Eġizzjani l-​oħrajn kollha; u beda jinstemaʼ għajat kbir fost l-​Eġizzjani,+ għaliex ma kienx hemm dar li ma kienx fiha xi mejjet. 31 Minnufih sejjaħ+ lil Mosè u lil Aron bil-​lejl u qalilhom: “Qumu, oħorġu minn qalb il-​poplu tiegħi, kemm intom u kemm l-​ulied l-​oħrajn taʼ Israel, u morru aqdu lil Ġeħova, sewwasew bħalma għedtu.+ 32 Ħudu kemm l-​imrieħel tan-​nagħaġ u kemm l-​imrieħel tal-​baqar, bħalma għedtu,+ u morru. Ukoll, barra minn hekk, tridu tberkuni.”

33 U l-​Eġizzjani bdew iħeġġu lin-​nies sabiex jibagħtuhom ’il barra mill-​pajjiż malajr kemm jistaʼ jkun,+ “għaliex,” qalu huma, “aħna lkoll kważi mejtin!”+ 34 Għaldaqstant, in-​nies ġarrew l-​għaġina tagħhom qabel ma tħemmret, bil-​mejjilli li kienu jagħġnu l-​ħobż fihom imgeżwrin fil-​mantelli tagħhom fuq spallithom. 35 U wlied Israel għamlu skond il-​kelma taʼ Mosè billi talbu mingħand l-​Eġizzjani oġġetti tal-​fidda u oġġetti tad-​deheb u lbies.+ 36 U Ġeħova lill-​poplu tah li jsib il-​ħniena f’għajnejn l-​Eġizzjani,+ u b’hekk dawn tawhom dak li talbu;+ u huma neżżgħu lill-​Eġizzjani.+

37 U wlied Israel telqu minn Ramesses+ għal Sukkot,+ u l-​għadd tagħhom kien sitt mitt elf raġel b’saħħtu, bil-​mixi, minbarra ċ-​ċkejknin.+ 38 U magħhom telgħet ukoll kotra mħallta kbira ħafna taʼ barranin,+ kif ukoll imrieħel tan-​nagħaġ u tal-​baqar, għadd verament kbir t’annimali. 39 U bdew jaħmu l-​għaġina li kienu ħarġu mill-​Eġittu u jagħmluha ftajjar, ħobż bla ħmira, għaliex ma kinitx tħemmret, peress li kienu tkeċċew mill-​Eġittu u ma setgħux jitnikkru, u wkoll ma kinux ħejjew provvisti għalihom infushom.+

40 U ż-​żmien li wlied Israel għammru+ fl-​Eġittu,+ kien erbaʼ mija u tletin sena.+ 41 U ġara li, meta ntemmew l-​erbaʼ mija u tletin sena, f’dan l-​istess jum ġara wkoll li l-​armati kollha taʼ Ġeħova ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 42 Hu lejl li għandu jiġi osservat minħabba l-​fatt li Ġeħova ħariġhom mill-​art taʼ l-​Eġittu. Minħabba dan il-​fatt dwar Ġeħova, dan il-​lejl għandu jiġi osservat min-​naħa taʼ l-​ulied kollha taʼ Israel matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom.+

43 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè u lil Aron: “Dan hu l-​istatut tal-​Qbiż:+ Ebda barrani ma jistaʼ jiekol minnu.+ 44 Imma fil-​każ li jkun hemm xi lsir mixtri bil-​flus, tridu tagħmlulu ċ-​ċirkonċiżjoni.+ B’hekk biss ikun jistaʼ jiekol minnu. 45 L-immigrant u l-​ħaddiem mikri ma jistgħux jieklu minnu. 46 F’dar waħda jrid jittiekel. Toħorġu xejn mil-​laħam ’il barra mid-​dar lejn xi post barra. U tiksru ebda għadma minnu.+ 47 Il-ġemgħa kollha taʼ Israel għandha tiċċelebrah.+ 48 U fil-​każ li resident barrani jgħammar bħala barrani magħkom u jkun irid jiċċelebra l-​Qbiż lil Ġeħova, ħa jiġi ċirkonċiż kull raġel u tifel taʼ daru.+ B’hekk biss ikun jistaʼ jiġi qrib biex jiċċelebrah; u jrid isir bħal wieħed li twieled fil-​pajjiż. Imma ebda raġel mhux ċirkonċiż ma jistaʼ jiekol minnu. 49 Liġi waħda għandu jkun hemm għal dak li twieled fil-​pajjiż u għar-​resident barrani li qed jgħammar bħala barrani f’nofskom.”+

50 Għalhekk, l-​ulied kollha taʼ Israel għamlu bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè u lil Aron. Għamlu preċiż hekk.+ 51 U ġara li, f’dan l-​istess jum, Ġeħova ħareġ lil ulied Israel flimkien maʼ l-​armati tagħhom+ mill-​art taʼ l-​Eġittu.

13 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Qaddisli kull l-​ewwel imwieled tas-​sess maskil li jiftaħ kull ġuf minn fost ulied Israel, fost il-​bnedmin u l-​bhejjem. Ikun tiegħi.”+

3 U Mosè ssokta jgħid lin-​nies: “Ħa jkun hemm tifkira taʼ dan il-​jum li fih ħriġtu mill-​Eġittu,+ minn dar l-​ilsiera, għaliex kien bis-​saħħa taʼ idu li Ġeħova ħariġkom minn hawnhekk.+ Għalhekk, xejn imħemmer ma jistaʼ jittiekel.+ 4 Illum intom ħerġin fix-​xahar taʼ Abib.+ 5 U jrid iseħħ li meta Ġeħova jkun daħħlek fl-​art tal-​Kangħanin, tal-​Ħittin, taʼ l-​Amurrin, tal-​Ħiwwin, u tal-​Ġebusin,+ l-​art li ħalef lil missirijietek li jagħtik,+ art li tnixxi ħalib u għasel,+ imbagħad trid twettaq dan l-​att taʼ qima f’dan ix-​xahar. 6 Għal sebat ijiem trid tiekol ħobż bla ħmira,+ u fis-​sebaʼ jum tagħmel festa lil Ġeħova.+ 7 Ħobż bla ħmira jrid jittiekel għas-​sebat ijiem;+ u xejn imħemmer m’għandu jidher għandek,+ u ebda għaġina mħemmra* m’għandha tidher għandek ’il ġewwa mill-​fruntieri kollha tiegħek.+ 8 U dakinhar trid tkellem lil ibnek u tgħidlu, ‘Hu minħabba dak li Ġeħova għamel miegħi meta jien ħriġt mill-​Eġittu.’+ 9 U dan irid iservi għalik bħala sinjal fuq idek u bħala tifkira bejn għajnejk,+ sabiex il-​liġi taʼ Ġeħova tkun ġo fommok;+ għax kien b’id b’saħħitha li Ġeħova ħarġek mill-​Eġittu.+ 10 U trid tħares dan l-​istatut fiż-​żmien stabbilit għalih minn sena għal sena.+

11 “U jrid iseħħ li meta Ġeħova jdaħħlek fl-​art tal-​Kangħanin,+ sewwasew bħalma ħalef lilek u lil missirijietek,+ u meta jagħtihielek, 12 imbagħad lil Ġeħova trid tiddedikalu lil kulmin jiftaħ il-​ġuf+ u lil kull l-​ewwel ferħ taʼ bhima,+ li jsir tiegħek. L-​ewwel imweldin tas-​sess maskil ikunu taʼ Ġeħova.+ 13 U lil kull l-​ewwel ferħ taʼ ħmar trid tifdih b’nagħġa, u jekk ma tifdihx, trid tiksirlu għonqu.+ U trid tifdi wkoll lil kull l-​ewwel imwieled fost uliedek.+

14 “U jrid iseħħ li fil-​każ li ibnek jistaqsik iktar tard+ u jgħidlek, ‘Dan xi jfisser?’ int trid tgħidlu, ‘Bis-​saħħa taʼ idu Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu,+ minn dar l-​ilsiera.+ 15 U ġara li l-​Fargħun webbes rasu u ma riedx jibgħatna,+ u Ġeħova qatel lil kull l-​ewwel imwieled fl-​art taʼ l-​Eġittu,+ mill-​ewwel imwieled tal-​bniedem sa l-​ewwel imwieled tal-​bhejjem.+ Huwa għalhekk li qed noffri lil Ġeħova dawk kollha tas-​sess maskil li jiftħu l-​ġuf,+ u nifdi lil kull l-​ewwel imwieled minn uliedi.’+ 16 U dan irid iservi bħala sinjal fuq idek u bħala strixxa fuq ġbinek bejn għajnejk,+ għaliex bis-​saħħa taʼ idu Ġeħova ħariġna mill-​Eġittu.”+

17 U ġara li, meta l-​Fargħun bagħat lin-​nies, Alla m’għaddihomx mit-​triq li tagħti għall-​art tal-​Filistin sempliċement għaliex kienet qrib, għax Alla qal: “Għandu mnejn li l-​poplu jiddispjaċih meta jara l-​gwerra u jerġaʼ lura lejn l-​Eġittu.”+ 18 Għaldaqstant, Alla ġiegħel lin-​nies jiħduha bid-​dawra mit-​triq li tagħti għax-​xagħri tal-​Baħar l-​Aħmar.+ U wlied Israel ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu mqassmin għall-​battalja.*+ 19 U Mosè ħa miegħu l-​għadam taʼ Ġużeppi, għaliex dan kien ġiegħel lil ulied Israel jaħilfu solennement, u qalilhom: “Alla żgur li se jdawwar l-​attenzjoni tiegħu lejkom,+ u tridu toħorġu għadmi minn hawnhekk magħkom.”+ 20 U telqu minn Sukkot u kkampjaw f’Etam f’tarf ix-​xagħri.+

21 U Ġeħova għadda quddiemhom bi nhar f’kolonna tas-​sħab sabiex imexxihom fit-​triq,+ u bil-​lejl f’kolonna tan-​nar ħalli jagħtihom id-​dawl biex jimxu bi nhar u bil-​lejl.+ 22 Il-kolonna tas-​sħab ma kinitx titlaq minn quddiem in-​nies bi nhar u lanqas il-​kolonna tan-​nar bil-​lejl.+

14 Ġeħova issa kellem lil Mosè u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel, sabiex iduru lura u jikkampjaw quddiem Piħaħirot bejn Migdol u l-​baħar biswit Bagħal-sefon.+ Għandkom tikkampjaw faċċata tiegħu, ħdejn il-​baħar. 3 Imbagħad il-​Fargħun jgħid dwar ulied Israel, ‘Qegħdin jiġru ’l hawn u ’l hinn mitlufin fil-​pajjiż. Ix-​xagħri għalaqhom.’+ 4 Għalhekk, se nħalli lill-​Fargħun iwebbes qalbu,+ u hu jitlaq għal warajhom u jien nikseb il-​glorja għalija permezz tal-​Fargħun u l-​qawwiet militari kollha tiegħu;+ u l-​Eġizzjani żgur li se jkunu jafu li jien Ġeħova.”+ Għaldaqstant ulied Israel għamlu preċiż hekk.

5 Iktar tard lis-​sultan taʼ l-​Eġittu wasslulu l-​aħbar li n-​nies kienu ħarbu. Minnufih, qalb il-​Fargħun, kif ukoll dik tal-​qaddejja tiegħu, tbiddlet rigward in-​nies,+ u b’hekk qalu: “X’għamilna b’idejna, bagħatna lil Israel biex ma jitjassarx iktar għalina?”+ 6 Għalhekk, lesta l-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu, u ħa miegħu lin-​nies tiegħu.+ 7 U ħa sitt mitt karru magħżulin+ u l-​karrijiet l-​oħrajn kollha taʼ l-​Eġittu u gwerriera fuq kull wieħed minnhom. 8 B’hekk, Ġeħova ħalla lill-​Fargħun, is-​sultan taʼ l-​Eġittu, iwebbes qalbu,+ u dan telaq għal wara wlied Israel, waqt li wlied Israel kienu ħerġin b’idhom merfugħa ’l fuq.*+ 9 U l-​Eġizzjani telqu għal warajhom, u ż-​żwiemel bil-​karrijiet kollha tal-​Fargħun u s-​suldati tal-​kavallerija tiegħu+ u l-​qawwiet militari tiegħu kważi laħquhom waqt li kienu kkampjati ħdejn il-​baħar, ħdejn Piħaħirot biswit Bagħal-sefon.+

10 Meta l-​Fargħun resaq qrib, ulied Israel refgħu għajnejhom, u, ara, l-​Eġizzjani kienu ġejjin warajhom; u wlied Israel beżgħu mhux ftit u bdew jgħajtu lil Ġeħova.+ 11 U qalu lil Mosè: “Huwa minħabba li m’hemm ebda post fejn nindifnu fl-​Eġittu li ġibtna hawnhekk biex immutu fix-​xagħri?+ X’għamiltilna, ħriġtna mill-​Eġittu? 12 M’hijiex din il-​kelma li għednielek fl-​Eġittu, ‘Ħallina bi kwietna, sabiex naqdu lill-​Eġizzjani’? Għax hu aħjar għalina li naqdu lill-​Eġizzjani milli mmutu fix-​xagħri.”+ 13 Imbagħad Mosè qal lin-​nies: “Tibżgħux.+ Żommu sod u araw kif Ġeħova se jsalvakom illum.+ Għax l-​Eġizzjani li qed taraw illum ma terġgħux tarawhom, le, qatt iżjed ma terġgħu tarawhom.+ 14 Ġeħova nnifsu jiġġieled għalikom,+ u intom tibqgħu siekta.”

15 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Għala tibqaʼ tgħajjatli?+ Kellem lil ulied Israel sabiex iżarmaw il-​kamp u jitilqu minn dak il-​post. 16 U int, erfaʼ l-​ħatar tiegħek+ u midd idek fuq il-​baħar u oforqu,+ sabiex ulied Israel jgħaddu minn nofs il-​baħar fuq art niexfa.+ 17 U jien qed inħalli lill-​Eġizzjani jwebbsu qlubhom,+ sabiex jidħlu warajhom biex nikseb il-​glorja għalija permezz tal-​Fargħun, tal-​qawwiet militari kollha tiegħu, tal-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu, u tas-​suldati tal-​kavallerija tiegħu.+ 18 U l-​Eġizzjani żgur li se jkunu jafu li jien Ġeħova meta nikseb il-​glorja għalija permezz tal-​Fargħun, tal-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu, u tas-​suldati tal-​kavallerija tiegħu.”+

19 Imbagħad l-​anġlu+ li l-​Alla l-​veru kien bagħat biex jimxi quddiem l-​Israelin telaq u mar fuq wara, u l-​kolonna tas-​sħab telqet minn quddiemhom u qagħdet warajhom.+ 20 B’hekk, ġiet bejn l-​Eġizzjani u l-​Israelin.+ Minn naħa waħda kien hemm sħaba u dlam. Min-​naħa l-​oħra baqgħet iddawwal il-​lejl.+ U l-​Eġizzjani ma resqux qrib l-​Israelin il-​lejl kollu.

21 Mosè issa medd idu fuq il-​baħar;+ u Ġeħova beda jreġġaʼ lura l-​baħar permezz taʼ riħ qawwi mil-​lvant il-​lejl kollu u biddel qiegħ il-​baħar f’art niexfa,+ u l-​ilmijiet bdew jinferqu.+ 22 Sa fl-​aħħar, ulied Israel għaddew minn nofs il-​baħar fuq art niexfa,+ waqt li l-​ilmijiet kienu għalihom bħal ħajt fuq il-​lemin tagħhom u fuq ix-​xellug tagħhom.+ 23 U l-​Eġizzjani telqu jiġru għal warajhom, u ż-​żwiemel kollha tal-​Fargħun, il-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu, u s-​suldati tal-​kavallerija tiegħu bdew deħlin warajhom,+ f’nofs il-​baħar. 24 U ġara li, matul l-​għassa taʼ fil-​għodu,* Ġeħova beda jħares lejn l-​Eġizzjani minn ġol-​kolonna tan-​nar u s-​sħab,+ u tefaʼ lill-​Eġizzjani f’konfużjoni.+ 25 U beda jaqlgħalhom ir-​roti minn mal-​karrijiet tagħhom, u b’hekk bdew isuquhom bit-​tbatija;+ u l-​Eġizzjani bdew jgħidu: “Ejja naħarbu mill-​Israelin, għax Ġeħova qed jiġġieled għalihom kontra l-​Eġizzjani.”+

26 Fl-aħħar, Ġeħova qal lil Mosè: “Midd idek fuq il-​baħar,+ sabiex l-​ilmijiet jerġgħu lura għal fuq l-​Eġizzjani, fuq il-​karrijiet tal-​gwerra tagħhom, u fuq is-​suldati tal-​kavallerija tagħhom.” 27 Mosè minnufih medd idu fuq il-​baħar, u malli kien se jibda jisbaħ, il-​baħar beda ġej lura għan-​normal. Sadanittant l-​Eġizzjani kienu qed jaħarbu biex jiskansawh, imma Ġeħova tefaʼ lill-​Eġizzjani f’nofs il-​baħar.+ 28 U l-​ilmijiet baqgħu ġejjin lura.+ Sa fl-​aħħar għattew il-​karrijiet tal-​gwerra u s-​suldati tal-​kavallerija li kienu jagħmlu parti mill-​qawwiet militari kollha tal-​Fargħun u li kienu daħlu fil-​baħar għal warajhom.+ Lanqas wieħed minnhom ma tħalla.+

29 Iżda wlied Israel imxew fuq art niexfa f’nofs qiegħ il-​baħar,+ u l-​ilmijiet kienu għalihom bħal ħajt fuq il-​lemin tagħhom u fuq ix-​xellug tagħhom.+ 30 B’hekk, dakinhar Ġeħova salva lil Israel minn id l-​Eġizzjani,+ u l-​Israelin raw lill-​Eġizzjani mejtin fuq xatt il-​baħar.+ 31 L-Israelin raw ukoll l-​id setgħana li Ġeħova uża kontra l-​Eġizzjani; u n-​nies bdew jibżgħu minn Ġeħova u jpoġġu l-​fidi f’Ġeħova u f’Mosè l-​qaddej tiegħu.+

15 Dakinhar Mosè u wlied Israel għannew din l-​għanja lil Ġeħova u qalu dan li ġej:+

“Ħa ngħannilu lil Ġeħova, għax kbira hi l-​glorja tiegħu.+

Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu xeħithom fil-​baħar.+

 2 Saħħti u setegħti hu Jah,*+ ladarba hu jsalvani.+

Dan hu Alla tiegħi, u lilu jien se nfaħħar;+ Alla taʼ missieri,+ u lilu jien se ngħolli.+

 3 Ġeħova hu persuna tal-​gwerra.+ Ġeħova hu ismu.+

 4 Il-karrijiet tal-​Fargħun u l-​qawwiet militari tiegħu xeħithom fil-​baħar,+

U l-​aqwa fost il-​gwerriera tiegħu ġew mgħarrqin fil-​Baħar l-​Aħmar.+

 5 L-ilmijiet għoljin għattewhom;+ ’l isfel niżlu fil-​fond bħal ġebla.+

 6 Idek il-​leminija, O Ġeħova, hi maestuża fil-​qawwa,+

Idek il-​leminija, O Ġeħova, tistaʼ tfarrak lill-​għadu.+

 7 Tant int kbir li tistaʼ ġġarraf lil dawk li jqumu kontrik;+

Int tibgħat ir-​rabja taħraq tiegħek, u din tiblagħhom bħal tiben.*+

 8 U b’nifs minn imnifsejk+ inġemgħu l-​ilmijiet;

Waqfu bħal ilqugħ taʼ l-​għargħar;

L-​ilmijiet għoljin għaqdu fil-​qalba tal-​baħar.

 9 Qal l-​għadu, ‘Niġri għal warajhom!+ Nilħaqhom!+

Inqassam il-​priża!+ Ruħi timtela bihom!

Nislet sejfi! Idi teqridhom!’+

10 Infaħt b’nifsek,+ u l-​baħar għattiehom;+

Għerqu bħaċ-​ċomb f’ilmijiet maestużi.+

11 Min fost l-​allat hu bħalek, O Ġeħova?+

Min hu bħalek, turi li int suprem fil-​qdusija?+

Int, Dak li għandhom jibżgħu minnek+ u jfaħħruk b’għanjiet,+ int li qed tagħmel il-​meravilji.+

12 Meddejt idek il-​leminija,+ u l-​art belgħethom.+

13 Int bil-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħek mexxejt lill-​poplu li fdejt;+

Int bis-​saħħa tiegħek se tieħdu lejn il-​post qaddis fejn tgħammar int.+

14 Il-popli jkollhom jisimgħu,+ se jkunu inkwetati;+

Uġigħ tal-​ħlas+ jaqbadhom l-​abitanti tal-​Filistja.

15 Dakinhar ix-​xejikki t’Edom se jitħawdu;

It-​tiranni taʼ Mowab taqbadhom ir-​rogħda.+

L-​abitanti kollha taʼ Kangħan jaqtgħu qalbhom.+

16 Biżaʼ u tkexkix jaqgħu fuqhom.+

Minħabba l-​kobor taʼ driegħek ma jitħarrkux, bħal ġebla,

Sakemm jgħaddi l-​poplu tiegħek,+ O Ġeħova,

Sakemm jgħaddi+ l-​poplu li nissilt int.+

17 Iġġibhom u tħawwilhom fuq il-​muntanja taʼ wirtek,+

Post stabbilit li int lestejt għalik biex toqgħod fih,+ O Ġeħova,

Santwarju,+ O Ġeħova, li bnew idejk.

18 Ġeħova se jaħkem bħala sultan għal żmien indefinit, iva, għal dejjem.+

19 Meta ż-​żwiemel tal-​Fargħun+ bil-​karrijiet tal-​gwerra tiegħu u bis-​suldati tal-​kavallerija tiegħu daħlu fil-​baħar,+

Ġeħova reġġaʼ lura l-​ilmijiet tal-​baħar għal fuqhom,+

Waqt li wlied Israel imxew fuq art niexfa minn ġo nofs il-​baħar.”+

20 U Mirjam il-​profetessa, oħt Aron,+ ħadet tanburlin f’idha;+ u n-​nisa kollha ħarġu magħha bit-​tanburlini u biż-​żfin.+ 21 U Mirjam bdiet twieġeb lill-​irġiel:+

“Għannu lil Ġeħova,+ għax kbira hi l-​glorja tiegħu.+

Iż-​żiemel u r-​rikkieb tiegħu xeħithom fil-​baħar.”+

22 Iktar tard Mosè ġiegħel lill-​Israelin jitilqu mill-​Baħar l-​Aħmar u huma ħarġu fix-​xagħri taʼ Sur+ u mxew għal tlett ijiem fix-​xagħri, imma ma sabux ilma.+ 23 Imbagħad waslu Marah,+ imma ma setgħux jixorbu l-​ilma minn Marah għax kien morr. Huwa għalhekk li semmieh Marah.*+ 24 U n-​nies bdew igergru kontra Mosè,+ u qalulu: “X’se nixorbu?” 25 Imbagħad hu għajjat lil Ġeħova.+ Għalhekk, Ġeħova wrieh siġra, u hu xeħitha fl-​ilma u l-​ilma sar ħelu.+

Hemmhekk Hu stabbilixxa għalihom regolament u każ fuqiex jibbażaw il-​ġudizzju, u hemmhekk għaddiehom minn prova.+ 26 U ssokta jgħidilhom: “Jekk tassew tismaʼ minn leħen Ġeħova Alla tiegħek u tagħmel dak li hu sewwa f’għajnejh u tagħti widen għall-​kmandamenti tiegħu u tħares ir-​regolamenti kollha tiegħu,+ ma nġib fuqek ebda waħda mill-​mard li ġibt fuq l-​Eġizzjani;+ għaliex jien Ġeħova li qed infejqek.”+

27 Imbagħad waslu Elim, fejn kien hemm tnax-il għajn taʼ l-​ilma u sebgħin siġra tal-​palm.+ Għalhekk, waqqfu l-​kamp hemmhekk ħdejn l-​ilma.

16 Iktar tard telqu minn Elim,+ u l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel fl-​aħħar waslet fix-​xagħri tas-​Sin,+ li qiegħed bejn Elim u s-​Sinaj, nhar il-​ħmistax tat-​tieni xahar wara li ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu.

2 U l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel bdiet tgerger kontra Mosè u Aron fix-​xagħri.+ 3 U wlied Israel bdew jgħidulhom: “Mhux li mitna+ b’id Ġeħova fl-​art taʼ l-​Eġittu waqt li konna bil-​qiegħda ħdejn il-​borom tal-​laħam,+ waqt li konna nieklu ħobż sakemm nixbgħu, għaliex intom ħriġtuna f’dan ix-​xagħri biex toqtlu lil din il-​kongregazzjoni kollha bil-​ġuħ.”+

4 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Se nibagħtilkom xita taʼ ħobż mis-​smewwiet;+ u n-​nies iridu joħorġu jiġbru kull wieħed l-​ammont tiegħu minn jum għal jum,+ sabiex ngħaddihom minn prova ħalli nara jekk jimxux mal-​liġi tiegħi jew le.+ 5 U jrid iseħħ fis-​sitt jum+ li jridu jħejju dak li se jiġbru, u dan irid ikun id-​doppju taʼ dak li jiġbru minn jum għal jum.”+

6 Għalhekk, Mosè u Aron qalu lill-​ulied kollha taʼ Israel: “Fil-​għaxija żgur li tkunu tafu li Ġeħova kien li ħariġkom mill-​art taʼ l-​Eġittu.+ 7 U fil-​għodu taraw il-​glorja taʼ Ġeħova,+ għaliex hu semaʼ t-​tgergir tagħkom kontra Ġeħova. U aħna x’aħna sabiex tgergru kontrina?” 8 U Mosè kompla: “Dan jiġri meta Ġeħova fil-​għaxija jagħtikom il-​laħam x’tieklu u fil-​għodu ħobż biex tixbgħu, għaliex Ġeħova semaʼ t-​tgergir tagħkom li qed tgergru kontrih. U aħna x’aħna? It-​tgergir tagħkom mhux kontrina, imma kontra Ġeħova.”+

9 U Mosè ssokta jgħid lil Aron: “Għid lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, ‘Ersqu qrib quddiem Ġeħova, għaliex hu semaʼ t-​tgergir tagħkom.’”+ 10 Imbagħad ġara li, malli Aron kellem lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel, dawn daru wiċċhom lejn ix-​xagħri, u, ara, il-​glorja taʼ Ġeħova dehret fis-​sħaba.+

11 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè, u qallu: 12 “Smajt it-​tgergir taʼ wlied Israel.+ Kellimhom, u għidilhom, ‘Bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam tieklu l-​laħam u fil-​għodu tixbgħu bil-​ħobż;+ u żgur li tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom.’”+

13 Għaldaqstant ġara li fil-​għaxija beda ġej is-​summien+ u jgħatti l-​kamp, u fil-​għodu kien hemm saff nida madwar il-​kamp.+ 14 Wara ftit, is-​saff nida evapora, u fuq wiċċ ix-​xagħri kien hemm xi ħaġa fina li titfarrak,+ fina bħall-​ġlata+ fuq l-​art. 15 Meta rawha, ulied Israel bdew jgħidu lil xulxin: “Din x’inhi?” Għax ma kinux jafu x’inhi. Għalhekk, Mosè qalilhom: “Dan hu l-​ħobż li Ġeħova takom bħala ikel.+ 16 Din hi l-​kelma li kkmanda Ġeħova, ‘Iġbru ftit minnu, kull wieħed skond kemm jiflaħ jiekol. Għandkom tieħdu kejl taʼ l-​għomer+ għal kull individwu skond l-​għadd taʼ persuni* li kull wieħed minnkom għandu fit-​tinda tiegħu.’” 17 U wlied Israel bdew jagħmlu hekk; u ġabruh, xi wħud ġabru ħafna u xi wħud ġabru ftit. 18 Meta kienu jkejluh bl-​għomer, min kien ikun ġabar ħafna ma kienx ikollu żejjed u min kien ikun ġabar ftit ma kienx ikollu nieqes.+ Kull wieħed ġabar skond kemm kien jiflaħ jiekol.

19 U Mosè qalilhom: “Ħalli ħadd ma jħalli minnu għal fil-​għodu.”+ 20 Imma huma ma tawhx widen lil Mosè. Meta xi wħud kienu jħallu ftit minnu għal fil-​għodu, kien idewwed u jinten;+ u Mosè għadab għalihom.+ 21 U kienu jiġbru minnu kull fil-​għodu,+ kull wieħed skond kemm kien jiflaħ jiekol. Meta x-​xemx kienet tisħon, kien idub.

22 U ġara li fis-​sitt jum kienu jiġbru d-​doppju ħobż,+ żewġ kejlijiet taʼ l-​għomer għal kull persuna. Għalhekk, il-​kapijiet ewlenin kollha tal-​ġemgħa ġew u taw l-​aħbar lil Mosè. 23 U hu qalilhom: “Dan qal Ġeħova. Għada jkun hemm osservanza tas-​Sabat,* Sabat imqaddes lil Ġeħova.+ Dak li tistgħu taħmu, aħmuh,+ u dak li tistgħu tgħallu, għalluh, u ż-​żejjed kollu li jkun fadal erfgħuh għalikom u żommuh sa fil-​għodu.” 24 Għaldaqstant refgħuh għal fil-​għodu, bħalma kien ordna Mosè; u la niten u lanqas rabba d-​dud.+ 25 Imbagħad Mosè qalilhom: “Kuluh illum, għaliex illum hu Sabat+ lil Ġeħova. Illum ma ssibuhx fir-​rabaʼ. 26 Għal sitt ijiem tiġbruh, imma s-​sebaʼ jum hu Sabat.+ Dakinhar ma jkun hemm xejn.” 27 Madankollu, fis-​sebaʼ jum ġara li xi wħud min-​nies ħarġu jiġbruh, imma ma sabu xejn.

28 Għaldaqstant, Ġeħova qal lil Mosè: “Kemm se ddumu tirrifjutaw li tħarsu l-​kmandamenti tiegħi u l-​liġijiet tiegħi?+ 29 Ara! Ġeħova takom is-​Sabat.+ Huwa għalhekk li fis-​sitt jum qed jagħtikom il-​ħobż għal jumejn. Ibqgħu bil-​qiegħda kull wieħed f’postu.+ Ħalli ħadd ma joħroġ minn postu fis-​sebaʼ jum.” 30 U n-​nies osservaw is-​Sabat fis-​sebaʼ jum.+

31 U dar Israel semmiet dan il-​ħobż “manna.” U din kienet bajda bħaż-​żerriegħa tal-​kosbor, u t-​togħma tagħha kienet bħal tal-​ftajjar bl-​għasel.+ 32 Imbagħad Mosè qal: “Din hi l-​kelma li kkmanda Ġeħova, ‘Imlew kejl taʼ l-​għomer minnu bħala xi ħaġa li għandha tinżamm matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom,+ sabiex jaraw il-​ħobż li ġegħeltkom tieklu fix-​xagħri meta kont qed noħroġkom mill-​art taʼ l-​Eġittu.’”+ 33 Għalhekk, Mosè qal lil Aron: “Aqbad ġarra u poġġi fiha għomer manna u qegħedha quddiem Ġeħova bħala xi ħaġa li għandha tinżamm matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.”+ 34 Sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, Aron qegħedha quddiem it-​Testimonjanza+ bħala xi ħaġa li għandha tinżamm. 35 U wlied Israel kielu l-​manna għal erbgħin sena,+ sakemm waslu f’art abitata.+ Kielu l-​manna sakemm waslu fil-​fruntiera taʼ l-​art taʼ Kangħan.+ 36 Issa għomer hu wieħed minn għaxra taʼ kejl t’efa.

17 U l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel telqet mix-​xagħri tas-​Sin,+ timxi u tieqaf, skond l-​ordni taʼ Ġeħova,+ u kkampjat f’Refidim.+ Imma ma kienx hemm ilma għan-​nies x’jixorbu.

2 U n-​nies qabdu jitlewmu maʼ Mosè u jgħidulu:+ “Agħtina l-​ilma x’nixorbu.” Imma Mosè qalilhom: “Għala qed titlewmu miegħi? Għala tibqgħu tgħaddu lil Ġeħova minn prova?”+ 3 U n-​nies qabadhom l-​għatx hemmhekk, u n-​nies komplew igergru kontra Mosè u jgħidu: “Għala tellajtna hawnhekk mill-​Eġittu biex lilna u lil uliedna u lill-​bhejjem tagħna toqtolna bl-​għatx?”+ 4 Fl-aħħar, Mosè għajjat lil Ġeħova, u qallu: “X’se nagħmel b’dawn in-​nies? Ftit ieħor u jħaġġruni!”+

5 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Għaddi quddiem in-​nies+ u ħu miegħek lil xi wħud mix-​xjuħ taʼ Israel u l-​ħatar tiegħek li bih ilqatt ix-​Xmara Nil.+ Ħudu f’idek u ibqaʼ miexi. 6 Ara! Jien wieqaf hemmhekk quddiemek fuq il-​blata fil-​Ħoreb.* U int trid tagħti daqqa fuq il-​blata, u l-​ilma joħroġ minnha, u n-​nies jixorbu.”+ U Mosè hekk għamel taħt għajnejn ix-​xjuħ taʼ Israel. 7 Għalhekk, il-​post semmieh Massah*+ u Meriba,*+ minħabba t-​tilwim taʼ wlied Israel u minħabba li għaddew lil Ġeħova minn prova,+ billi qalu: “Ġeħova qiegħed fostna jew le?”+

8 U l-​Għamalekin+ ġew u ġġieldu kontra Israel f’Refidim.+ 9 Minħabba f’hekk, Mosè qal lil Ġożwè:*+ “Agħżlilna rġiel u oħroġ+ iġġieled kontra l-​Għamalekin. Għada jien se noqgħod fuq il-​quċċata taʼ l-​għolja, bil-​ħatar taʼ l-​Alla l-​veru f’idi.”+ 10 Imbagħad Ġożwè għamel bħalma kien qallu Mosè,+ sabiex jiġġieled kontra l-​Għamalekin; u Mosè, Aron, u Ħur+ telgħu fuq il-​quċċata taʼ l-​għolja.

11 U ġara li, malli Mosè kien jgħolli idu, l-​Israelin kienu jkunu minn fuq;+ imma malli kien iniżżel idu, l-​Għamalekin kienu jkunu minn fuq. 12 Meta idejn Mosè tqalu, ħadu ġebla u poġġewha taħtu, u hu qagħad bil-​qiegħda fuqha; u Aron u Ħur żammewlu idejh ’il fuq, wieħed din in-​naħa u l-​ieħor in-​naħa l-​oħra, u b’hekk idejh baqgħu sodi sakemm niżlet ix-​xemx. 13 Għalhekk, Ġożwè għeleb għalkollox lil Għamalek u lill-​poplu tiegħu b’xifer is-​sejf.+

14 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Ikteb dan bħala tifkira fil-​ktieb+ u aqrah f’widnejn Ġożwè, ‘Se neqred għalkollox it-​tifkira t’Għamalek minn taħt is-​smewwiet.’”+ 15 U Mosè bena artal u semmieh Ġeħova-nissi,* 16 għax qal: “Peress li hemm id kontra t-​tron+ taʼ Jah,+ Ġeħova se jiggwerra kontra Għamalek minn ġenerazzjoni għal ġenerazzjoni.”+

18 Issa Ġetro, il-​qassis taʼ Midjan, il-​kunjatu taʼ Mosè,+ semaʼ b’kulma Alla kien għamel għal Mosè u għall-​poplu tiegħu Israel, kif Ġeħova kien ħareġ lil Israel mill-​Eġittu.+ 2 Għalhekk, Ġetro, il-​kunjatu taʼ Mosè, ħa lil Sefora, mart Mosè, wara li dan kien bagħatha lura d-​dar, 3 u liż-​żewġ uliedha,+ li wieħed minnhom Mosè semmieh Gersom,*+ “għaliex,” kif qal hu, “sirt resident barrani f’art barranija”; 4 u l-​ieħor semmieh Eligħeżer,*+ “għaliex,” kif qal hu, “l-​Alla taʼ missieri hu l-​għajnuna tiegħi billi ħelisni mis-​sejf tal-​Fargħun.”+

5 Għalhekk, Ġetro, il-​kunjatu taʼ Mosè, u wliedu u martu ġew għand Mosè fix-​xagħri fejn kien qed jikkampja, ħdejn il-​muntanja taʼ l-​Alla l-​veru.+ 6 Imbagħad bagħat jgħid lil Mosè: “Jien, Ġetro, il-​kunjatu tiegħek,+ ġejt għandek, kif ukoll martek u ż-​żewġ uliedha magħha.” 7 Mosè minnufih ħareġ jiltaqaʼ mal-​kunjatu tiegħu, u nxteħet fl-​art quddiemu u biesu;+ u kull wieħed staqsa lill-​ieħor kif kien sejjer. Imbagħad daħlu fit-​tinda.

8 U Mosè rrakkonta lill-​kunjatu tiegħu kulma Ġeħova kien għamel lill-​Fargħun u lill-​Eġittu minħabba Israel,+ u t-​tbatija kollha li batew fit-​triq,+ u madankollu Ġeħova ħelishom.+ 9 Imbagħad Ġetro ħassu kuntent minħabba l-​ġid kollu li Ġeħova kien għamel għal Israel billi kien ħelishom minn id l-​Eġittu.+ 10 Għaldaqstant, Ġetro qal: “Ikun imbierek Ġeħova, li ħeliskom minn id l-​Eġittu u minn id il-​Fargħun, u li ħeles lill-​poplu minn taħt idejn l-​Eġittu.+ 11 Issa naf li Ġeħova hu akbar mill-​allat l-​oħrajn kollha.+ Dan intwera meta l-​Eġizzjani aġixxew bil-​prużunzjoni kontra Israel.” 12 Imbagħad Ġetro, il-​kunjatu taʼ Mosè, ħa offerta tal-​ħruq u sagrifiċċji għal Alla;+ u Aron u x-​xjuħ kollha taʼ Israel ġew jieklu l-​ħobż mal-​kunjatu taʼ Mosè, quddiem l-​Alla l-​veru.+

13 U ġara li l-​għada Mosè qagħad bil-​qiegħda bħas-​soltu biex jaqdi bħala mħallef għan-​nies,+ u n-​nies baqgħu quddiem Mosè minn fil-​għodu sa fil-​għaxija. 14 U l-​kunjatu taʼ Mosè ra kulma kien qed jagħmel għan-​nies. Għalhekk, qallu: “X’inhu dan li qed tagħmel għan-​nies? Għala tibqaʼ waħdek bil-​qiegħda u n-​nies kollha jibqgħu quddiemek minn fil-​għodu sa fil-​għaxija?” 15 Imbagħad Mosè qal lill-​kunjatu tiegħu: “Għax in-​nies jibqgħu ġejjin għandi biex jistaqsu x’jgħid Alla.+ 16 Jekk jinqalgħalhom xi każ,+ irid jiġi għandi u jien irrid niġġudika bejn parti u oħra, u rrid ngħarraf id-​deċiżjonijiet taʼ l-​Alla l-​veru u l-​liġijiet tiegħu.”+

17 U l-​kunjatu taʼ Mosè qallu: “Mhux tajjeb kif qed tagħmel. 18 Żgur li se tegħja, kemm int u kemm dan il-​poplu li qiegħed miegħek, għax dan li qed tagħmel hu tagħbija kbira wisq għalik.+ Ma tistax tagħmlu waħdek.+ 19 Issa ismaʼ minn kliemi.+ Jien se nagħtik parir, u Alla se jkun miegħek.+ Int innifsek aqdi bħala r-​rappreżentant għan-​nies quddiem l-​Alla l-​veru,+ u int innifsek trid iġġib il-​każi għand l-​Alla l-​veru.+ 20 U wissihom dwar x’inhuma r-​regolamenti u l-​liġijiet,+ u għarrafhom it-​triq li għandhom jimxu fiha u x-​xogħol li għandhom jagħmlu.+ 21 Imma int għandek tagħżel minn fost in-​nies kollha rġiel kapaċi,+ li jibżgħu minn Alla,+ irġiel taʼ min jafdahom,+ jobogħdu l-​qligħ inġust;+ u qegħedhom fuqhom bħala kapijiet fuq l-​eluf,+ kapijiet fuq il-​mijiet, kapijiet fuq il-​ħamsinijiet, u kapijiet fuq l-​għaxriet.+ 22 U dawn iridu jiġġudikaw lin-​nies f’kull okkażjoni xierqa; u jrid jiġri li kull każ kbir iġibuh għandek,+ imma kull każ żgħir jieħdu ħsiebu huma bħala mħallfin. Għalhekk, agħmilha eħfef għalik, u huma jridu jġorru t-​tagħbija miegħek.+ 23 Jekk tagħmel dan—u Alla jkun ikkmandak—tkun tistaʼ żżomm sħiħ u, barra minn hekk, dan il-​poplu kollu jasal f’postu bis-​sliem.”+

24 Mosè minnufih semaʼ minn kliem il-​kunjatu tiegħu u għamel kulma kien qallu.+ 25 U Mosè għażel irġiel kapaċi minn Israel kollu u ħatarhom bħala kapijiet fuq in-​nies,+ bħala kapijiet taʼ l-​eluf, kapijiet tal-​mijiet, kapijiet tal-​ħamsinijiet, u kapijiet taʼ l-​għaxriet. 26 U dawn iġġudikaw lin-​nies f’kull okkażjoni xierqa. Każ iebes kienu jġibuh għand Mosè,+ imma kull każ żgħir kienu jieħdu ħsiebu huma nfushom bħala mħallfin. 27 Imbagħad Mosè sellem lill-​kunjatu tiegħu,+ u dan telaq fi triqtu lejn pajjiżu.

19 Fit-tielet xahar wara li wlied Israel ħarġu mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ fl-​istess jum, waslu fix-​xagħri tas-​Sinaj.+ 2 U telqu minn Refidim+ u waslu fix-​xagħri tas-​Sinaj u waqqfu l-​kamp fix-​xagħri;+ u Israel ikkampja hemmhekk quddiem il-​muntanja.+

3 U Mosè telaʼ fuq il-​muntanja biex jidher quddiem l-​Alla l-​veru, u Ġeħova sejjaħlu mill-​muntanja,+ u qallu: “Dan għandek tgħid lil dar Ġakobb, lil ulied Israel, 4 ‘Intom infuskom rajtu x’għamiltilhom lill-​Eġizzjani,+ sabiex inġorrkom fuq il-​ġwienaħ taʼ l-​ajkli u nġibkom għandi.+ 5 U issa jekk tassew tobdu kliemi+ u tħarsu l-​patt tiegħi,+ imbagħad issiru l-​proprjetà speċjali tiegħi mill-​popli l-​oħrajn kollha,+ għax l-​art kollha hi tiegħi.+ 6 U ssiru għalija saltna taʼ qassisin u ġens qaddis.’+ Dan hu l-​kliem li għandek tgħid lil ulied Israel.”

7 Għalhekk, Mosè ġie u sejjaħ lix-​xjuħ+ tal-​poplu u qiegħed quddiemhom dan il-​kliem kollu li Ġeħova kien ikkmandah.+ 8 U n-​nies kollha wieġbu b’fehma waħda u qalu: “Aħna lesti li nagħmlu kulma qalilna Ġeħova.”+ Mosè minnufih wassal kliem il-​poplu għand Ġeħova.+ 9 Għal dan, Ġeħova qal lil Mosè: “Ara! Niġi għandek fi sħaba sewda,+ sabiex in-​nies jisimgħu meta nkellmek,+ u biex dejjem ipoġġu l-​fidi fik ukoll.”+ Imbagħad Mosè qal kliem il-​poplu lil Ġeħova.

10 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Mur għand in-​nies, u qaddishom illum u għada, u jridu jaħslu ħwejjiġhom.+ 11 U jridu jkunu lesti għat-​tielet jum, għaliex fit-​tielet jum Ġeħova jinżel fuq il-​Muntanja Sinaj+ quddiem għajnejn in-​nies kollha. 12 U trid tqiegħed limiti għan-​nies mad-​dawra kollha tal-​muntanja, u tgħidilhom, ‘Oqogħdu attenti li ma titilgħux fuq il-​muntanja, u tmissux it-​tarf tagħha. Min imiss il-​muntanja żgur li jingħata l-​mewt.+ 13 Ebda id m’għandha tmiss lill-​ħati, għaliex żgur li jiġi mħaġġar jew żgur li jiġi minfud. Kemm jekk bhima kif ukoll bniedem, ma jgħixx.’+ Malli jindaqq il-​qarn tal-​muntun+ ikunu jistgħu jersqu lejn il-​muntanja.”

14 Imbagħad Mosè niżel minn fuq il-​muntanja għal ħdejn in-​nies, u beda jqaddes lin-​nies; u dawn bdew jaħslu ħwejjiġhom.+ 15 Għaldaqstant, hu qal lin-​nies: “Lestu ruħkom+ matul it-​tlett ijiem. Intom l-​irġiel tersqux lejn il-​mara.”+

16 U fit-​tielet jum meta sebaħ ġara li bdew ifaqqgħu r-​ragħad u s-​sajjetti,+ u fuq il-​muntanja kien hemm sħaba ħoxna+ u ħoss qawwi ferm taʼ qarn,+ u b’hekk in-​nies kollha li kienu fil-​kamp bdew jirtogħdu.+ 17 Issa Mosè ħareġ lin-​nies mill-​kamp biex jiltaqgħu maʼ l-​Alla l-​veru, u huma waqfu f’riġlejn il-​muntanja.+ 18 U l-​Muntanja Sinaj bdiet iddaħħan kollha kemm hi,+ minħabba l-​fatt li Ġeħova niżel fuqha fin-​nar;+ u d-​duħħan tagħha baqaʼ tielaʼ ’l fuq bħad-​duħħan taʼ forn,*+ u l-​muntanja kollha kienet qed titriegħed ferm.+ 19 Meta l-​ħoss tal-​qarn baqaʼ kontinwament jitqawwa, Mosè beda jitkellem, u l-​Alla l-​veru beda jwieġbu b’leħen ċar.+

20 Għalhekk, Ġeħova niżel fuq il-​Muntanja Sinaj, fuq il-​quċċata tal-​muntanja. Imbagħad Ġeħova sejjaħ lil Mosè biex jitlaʼ fuq il-​quċċata tal-​muntanja, u Mosè telaʼ.+ 21 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Inżel, wissi lin-​nies, biex ma jipprovawx jersqu lejn Ġeħova sabiex jaraw u ħafna minnhom ikollhom imutu.+ 22 U l-​qassisin ukoll li regolarment jersqu qrib Ġeħova ħa jqaddsu lilhom infushom,+ biex Ġeħova ma jibgħatx ir-​rabja tiegħu fuqhom.”+ 23 Għal dan, Mosè qal lil Ġeħova: “In-​nies ma jistgħux jitilgħu fuq il-​Muntanja Sinaj, għaliex int diġà wissejtna, u għedtilna, ‘Qiegħdu limiti għall-​muntanja u qaddsuha.’”+ 24 Madankollu, Ġeħova qallu: “Mur, inżel, u itlaʼ, int u Aron miegħek; imma tħallix lill-​qassisin u lin-​nies jersqu biex jitilgħu ħdejn Ġeħova, sabiex ma jibgħatx ir-​rabja tiegħu fuqhom.”+ 25 Għaldaqstant, Mosè niżel ħdejn in-​nies u qalilhom.+

20 U Alla lissen dan il-​kliem kollu, u qal:+

2 “Jien Ġeħova Alla tiegħek,+ li ħriġtek mill-​art taʼ l-​Eġittu, minn dar l-​ilsiera.+ 3 Ma jkollokx allat oħrajn+ għajri.

4 “Tagħmilx għalik xi xbieha skolpita jew forma bħal xi ħaġa li hemm fis-​smewwiet ’il fuq, jew li hemm fuq l-​art taħt, jew li hemm fl-​ilmijiet taħt l-​art.+ 5 Tmilx quddiemhom u lanqas tiġi mħajjar biex taqdihom,+ għaliex jien Ġeħova Alla tiegħek, jien Alla li nesiġi devozzjoni esklużiva,+ li għall-​iżball tal-​missirijiet nikkastiga lill-​ulied, sat-​tielet u r-​rabaʼ ġenerazzjoni, fil-​każ taʼ dawk li jobogħduni;+ 6 imma nuri l-​qalb tajba bl-​imħabba sa l-​elf ġenerazzjoni fil-​każ taʼ dawk li jħobbuni u jħarsu l-​kmandamenti tiegħi.+

7 “Tużax l-​isem taʼ Ġeħova Alla tiegħek b’mod ħażin,+ għax Ġeħova ma jħallix bla kastig lil min juża ismu b’mod ħażin.+

8 “Waqt li tiftakar f’jum is-​Sabat biex tqaddsu,+ 9 għandek taħdem u tagħmel ix-​xogħol kollu tiegħek f’sitt ijiem.+ 10 Imma s-​sebaʼ jum hu Sabat għal Ġeħova Alla tiegħek.+ Tagħmel ebda xogħol, la int, la ibnek, la bintek, la l-​ilsir tiegħek, la l-​ilsira tiegħek, la l-​annimal domestiku tiegħek, lanqas ir-​resident barrani tiegħek li qiegħed ’il ġewwa minn bwiebek.+ 11 Għax f’sitt ijiem Ġeħova għamel is-​smewwiet u l-​art, il-​baħar u kulma fihom,+ u beda jistrieħ fis-​sebaʼ jum.+ Huwa għalhekk li Ġeħova bierek jum is-​Sabat u qaddsu.+

12 “Onora lil missierek u lil ommok+ sabiex ittawwal jiemek fuq l-​art li qed jagħtik Ġeħova Alla tiegħek.+

13 “Toqtolx.*+

14 “Tagħmilx adulterju.+

15 “Tisraqx.+

16 “Tixhidx falz bħala xhud kontra għajrek.+

17 “Tixtieqx dar għajrek. Tixtieqx mart għajrek,+ la l-​ilsir tiegħu, la l-​ilsira tiegħu, la l-​barri tiegħu, la l-​ħmar tiegħu, lanqas kwalunkwe ħaġa li hi t’għajrek.”+

18 Issa n-​nies kollha kienu jisimgħu r-​ragħad u l-​ħoss tal-​qarn u jaraw il-​leħħiet tal-​beraq u l-​muntanja ddaħħan. Meta n-​nies raw u semgħu dan, bdew jirtogħdu u qagħdu ’l bogħod.+ 19 U bdew jgħidu lil Mosè: “Tkellem int magħna, u nisimgħuk; imma ħa ma jkellimniex Alla, li ma mmutux.”+ 20 Għalhekk, Mosè qal lin-​nies: “Tibżgħux, għaliex l-​Alla l-​veru ġie sabiex jgħaddikom minn prova,+ u sabiex dejjem ikollkom il-​biżaʼ minnu quddiem għajnejkom ħalli ma tidinbux.”+ 21 U n-​nies baqgħu weqfin ’il bogħod, imma Mosè mar ħdejn is-​sħaba sewda fejn kien hemm l-​Alla l-​veru.+

22 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè:+ “Dan għandek tgħidilhom lil ulied Israel, ‘Intom infuskom rajtu li jien kellimtkom mis-​smewwiet.+ 23 Tagħmlux allat tal-​fidda biex ikunu rivali tiegħi, u tagħmlux allat tad-​deheb għalikom.+ 24 Għandek tagħmilli artal mit-​trab taʼ l-​art,+ u toffri fuqu bħala sagrifiċċju l-​offerti tal-​ħruq tiegħek u s-​sagrifiċċji taʼ sħubija* tiegħek, l-​imrieħel tiegħek tal-​baqar u tan-​nagħaġ.+ F’kull post fejn nagħżel li jitfakkar ismi se niġi għandek u nbierkek.+ 25 U jekk tagħmilli artal tal-​ġebel, tibnihx b’ġebel minġur. Jekk tuża l-​għodda tiegħek fuqu, tipprofanah.+ 26 U titlax bit-​taraġ fuq l-​artal tiegħi, sabiex il-​partijiet privati tiegħek ma jkunux mikxufin fuqu.’

21 “U dawn huma d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji li trid tqegħdilhom quddiemhom:+

2 “Jekk tixtri lsir Ebrew,+ ikun ilsir għal sitt snin, imma fis-​sebaʼ sena joħroġ meħlus mingħajr ħlas.+ 3 Jekk jidħol fil-​jasar waħdu, joħroġ waħdu. Jekk ikollu mara, martu toħroġ miegħu. 4 Jekk sidu jagħtih mara u din tilidlu subien jew bniet, il-​mara u t-​tfal tagħha jkunu taʼ sidha+ u hu joħroġ waħdu.+ 5 Imma jekk l-​ilsir jibqaʼ jinsisti u jgħid, ‘Jien tassew inħobb lil sidi, lil marti, u lil uliedi; ma rridx noħroġ ħieles,’+ 6 imbagħad sidu jrid jieħdu quddiem l-​Alla l-​veru u jġibu ħdejn il-​bieb jew il-​koxxa tal-​bieb; u sidu jtaqqablu widintu b’xifa, u hu jkun ilsir tiegħu ħajtu kollha.+

7 “U jekk raġel ibigħ lil bintu bħala lsira,+ din ma toħroġx mill-​jasar bħalma joħorġu l-​ilsiera rġiel. 8 Jekk ma tingħoġobx f’għajnejn sidha, u b’hekk ma jagħżilhiex bħala konkubina+ imma jħalliha tinfeda, hu ma jkunx intitolat li jbigħha lil xi poplu barrani, għax ikun aġixxa magħha bi tradiment. 9 U jekk jagħżilha għal ibnu, għandu jimxi magħha skond id-​dritt li jmiss lill-​bniet.+ 10 Jekk jieħu mara oħra għalih innifsu, m’għandux inaqqsilha l-​manteniment tagħha, ħwejjiġha,+ u dak li jmissha fiż-​żwieġ.+ 11 Jekk ma jagħtihiex dawn it-​tliet affarijiet, allura hi toħroġ mill-​jasar b’xejn, ma tħallasx flus.

12 “Min jidrob raġel, u b’hekk dan imut, żgur li għandu jingħata l-​mewt.+ 13 Imma jekk ma jkunx nasablu u l-​Alla l-​veru jippermetti li dan il-​qtil aċċidentali jseħħ b’idu,+ niffissalek post fejn jistaʼ jaħrab.+ 14 U jekk raġel tant jisħon għal sieħbu li jasal biex joqtlu b’makakkerija,+ għandek tieħdu saħansitra minn ħdejn l-​artal tiegħi biex imut.+ 15 U min jidrob lil missieru u lil ommu żgur li għandu jingħata l-​mewt.+

16 “U min jaħtaf bniedem+ u fil-​fatt ibigħu,+ jew dan jinstab taħt idejh, żgur li għandu jingħata l-​mewt.+

17 “U min jisħet lil missieru u lil ommu żgur li għandu jingħata l-​mewt.+

18 “U jekk żewġt irġiel jitlewmu u wieħed minnhom jidrob lil sieħbu b’ġebla jew b’mgħażqa u dan ma jmutx imma jkollu jibqaʼ fis-​sodda; 19 jekk iqum u joħroġ jimxi barra jserraħ maʼ xi ħaġa, dak li jkun darbu jkun meħlus mill-​kastig; jagħtih kumpens biss għaż-​żmien li jkun tilef mix-​xogħol sakemm ikun fieq għalkollox.

20 “U jekk raġel jidrob+ bil-​bastun lill-​ilsir tiegħu, jew lill-​ilsira tiegħu, u fil-​fatt imut taħt idu, dan żgur li għandu jiġi vendikat.+ 21 Madankollu, jekk jibqaʼ ħaj ġurnata jew tnejn, m’għandux jiġi vendikat, għax hu flusu.

22 “U jekk żewġt irġiel jissaraw bejniethom u jweġġgħu lil mara tqila u t-​tarbija tagħha+ titwieled imma ma jiġri ebda aċċident fatali, il-​ħati żgur li għandu jħallas għall-​ħsarat skond kemm iwaħħlu sid il-​mara; u jagħti skond ma jaqtgħu l-​imħallfin.+ 23 Imma jekk jiġri xi aċċident fatali, trid tagħti ruħ b’ruħ,+ 24 għajn b’għajn, sinna b’sinna, id b’id, sieq b’sieq,+ 25 kiwja b’kiwja, ferita b’ferita, daqqa b’daqqa.+

26 “U jekk raġel jidrob l-​għajn taʼ l-​ilsir tiegħu, jew l-​għajn taʼ l-​ilsira tiegħu, u jħassarhielu, għandu jibagħtu ħieles b’kumpens għal għajnu.+ 27 U jekk itajjar is-​sinna taʼ l-​ilsir tiegħu, jew is-​sinna taʼ l-​ilsira tiegħu, għandu jibagħtu ħieles b’kumpens għas-​sinna tiegħu.

28 “U jekk barri jagħti bil-​qrun lil raġel, jew mara, u dan fil-​fatt imut, il-​barri żgur li għandu jiġi mħaġġar,+ u laħmu m’għandux jittiekel; u sid il-​barri jkun meħlus mill-​kastig. 29 Imma jekk barri qabel kellu d-​drawwa li jagħti bil-​qrun u ngħatat twissija lil sidu imma dan ma żammux mgħasses, u fil-​fatt joqtol raġel jew mara, il-​barri għandu jiġi mħaġġar u sidu wkoll għandu jingħata l-​mewt. 30 Jekk fidwa tiġi imposta fuqu, irid jagħti l-​prezz tal-​ħelsien għal ruħu skond kulma jiġi impost fuqu.+ 31 Sew jekk ta bil-​qrun lil iben u sew jekk ta bil-​qrun lil bint, lil sidu għandhom jagħmlulu skond din id-​deċiżjoni ġudizzjarja.+ 32 Jekk il-​barri jkun ta bil-​qrun lil ilsir jew ilsira, sidu jagħti l-​prezz taʼ tletin xekel+ lil sid l-​ilsir jew l-​ilsira, u l-​barri jiġi mħaġġar.

33 “U jekk raġel jiftaħ ħofra, jew jekk raġel iħaffer ħofra u ma jgħattihiex, u jaqaʼ fiha barri jew ħmar,+ 34 sid il-​ħofra għandu jagħti kumpens.+ Għandu jagħti lura l-​prezz lil sid l-​annimal mejjet, u dan isir tiegħu. 35 U jekk il-​barri taʼ xi ħadd iweġġaʼ l-​barri taʼ ħaddieħor u dan il-​barri jmut, iridu jbigħu l-​barri l-​ħaj u jaqsmu bejniethom il-​flus kemm jiswa; għandhom jaqsmu bejniethom ukoll il-​wieħed mejjet.+ 36 Jew jekk kien magħruf li barri qabel kellu d-​drawwa li jagħti bil-​qrun u sidu ma kienx iżommu mgħasses,+ irid assolutament jagħti bħala kumpens+ barri għal barri, u l-​wieħed mejjet isir tiegħu.

22 “Jekk raġel jisraq barri jew nagħġa u joqtolha jew ibigħha, għandu jagħti bħala kumpens ħamsa mill-​merħla tal-​barrin għall-​barri u erbgħa mill-​merħla tan-​nagħaġ għan-​nagħġa.+

2 (“Jekk ħalliel+ jinqabad hu u dieħel jisraq+ u jindarab u jmut, ma jkunx hemm ħtija tad-​demm minħabba fih.+ 3 Jekk ix-​xemx tkun iddiet fuqu, ikun hemm ħtija tad-​demm minħabba fih.)

“Il-​ħalliel żgur li għandu jagħti kumpens. Jekk ma jkollu xejn, irid jinbiegħ hu għall-​affarijiet li seraq.+ 4 Jekk bla dubju l-​annimal li nsteraq , kemm jekk ikun barri, jew ħmar, jew nagħġa, jinstab f’idu ħaj, għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens.

5 “Jekk raġel jikkaġuna l-​ħsara f’xi għalqa jew qasam tad-​dwieli billi jħalli l-​bhejjem tat-​tagħbija tiegħu jirgħu f’għalqa taʼ ħaddieħor, għandu jagħti bħala kumpens+ l-​aqwa prodott taʼ l-​għalqa tiegħu jew l-​aqwa prodott tal-​qasam tad-​dwieli tiegħu.

6 “Jekk jinfirex nar u jqabbad ix-​xewk, u jinqerdu l-​qatet jew iż-​żaraʼ wieqaf jew xi għalqa,+ dak li jqabbad in-​nar irid assolutament jagħti kumpens għal dak li nħaraq.

7 “Jekk raġel jagħti flus jew oġġetti lil sieħbu biex iżommhomlu,+ u jinsterqu mid-​dar tar-​raġel, jekk il-​ħalliel jinstab, dan għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens.+ 8 Jekk il-​ħalliel ma jinstabx, sid id-​dar irid jinġieb quddiem l-​Alla l-​veru+ biex jaraw jekk meddx idu fuq il-​ġid taʼ sieħbu. 9 U kwalunkwe każ taʼ ksur tal-​liġi,+ dwar barri, ħmar, nagħġa, libsa, u kwalunkwe ħaġa li tintilef u li dwarha xi ħadd jgħid, ‘Din tiegħi!’ il-​każ tagħhom it-​tnejn għandu jinġieb għand l-​Alla l-​veru.+ Lil min Alla jiddikjara li hu mill-​agħar għandu jagħti d-​doppju bħala kumpens lil sieħbu.+

10 “Jekk raġel jagħti lil sieħbu ħmar jew barri jew nagħġa jew xi annimal domestiku biex iżommhulu, u dan imut jew jiġi mmankat jew jinsteraq u ħadd ma jkun ra xejn, 11 għandha ssir ħalfa+ b’Ġeħova bejniethom it-​tnejn li hu ma meddx idu fuq il-​proprjetà taʼ sieħbu;+ u sidhom irid jaċċettaha, u l-​ieħor m’għandux jagħti kumpens. 12 Imma jekk fil-​fatt jinsterqu mingħandu,* għandu jagħti kumpens lil sidhom.+ 13 Jekk fil-​fatt l-​annimal jitqattaʼ minn xi bhima salvaġġa,+ hu għandu jġib il-​fdalijiet bħala evidenza.+ Għal xi annimal imqattaʼ minn bhima salvaġġa hu m’għandux jagħti kumpens.

14 “Imma jekk xi ħadd jissellef bhima mingħand sieħbu,+ u din tiġi mmankata jew tmut meta sidha ma jkunx magħha, hu jrid assolutament jagħti kumpens.+ 15 Jekk sidha jkun magħha, hu m’għandux jagħti kumpens. Jekk tkun mikrija, il-​ħsara tkun inkluża fil-​kiri tagħha.

16 “Issa jekk raġel iħajjar lil xi verġni li ma tkunx mgħarrsa, u jimtedd magħha,+ żgur li jrid jiħodha bħala martu għall-​prezz tax-​xiri.+ 17 Jekk missierha jirrifjuta assolutament li jagħtihielu, irid iħallas il-​flus bir-​rata tal-​flus tax-​xiri għall-​verġni.+

18 “Saħħara tħallihiex tgħix.+

19 “Kulmin jimtedd maʼ bhima żgur li għandu jingħata l-​mewt.+

20 “Min joffri sagrifiċċji lil xi alla ħlief lil Ġeħova waħdu għandu jiġi dedikat għall-​qerda.*+

21 “U timmaltrattax lil resident barrani jew taħqru,+ għax intom kontu residenti barranin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+

22 “Tgħakksux lil xi armla jew tifel bla missier.+ 23 Għax jekk fil-​fatt tgħakksuh u jgħajjatli, jien bla dubju se nismaʼ l-​għajta tiegħu;+ 24 u r-​rabja tiegħi tixgħel kontrikom,+ u żgur li noqtolkom bis-​sejf, u n-​nisa tagħkom isiru romol u wliedkom subien tfal bla missier.+

25 “Jekk tislef xi flus lil xi ħadd mill-​poplu tiegħi, lill-​magħkus li qiegħed maġenbek,+ tkunx rgħib miegħu. Tiħdulux imgħax.+

26 “Jekk int taqbad u tieħu l-​libsa t’għajrek bħala rahan,+ għandek tagħtihielu lura maʼ nżul ix-​xemx. 27 Għax dik biss għandu biex jitgħatta.+ Hi l-​mantell tiegħu għal ġismu. Biex se jimtedd? U jiġri li hu jgħajjatli, u jien żgur li se nisimgħu, għaliex jien grazzjuż.+

28 “Tgħidx affarijiet ħżiena dwar Alla+ u lanqas tisħet lil xi kap ewlieni fost niesek.+

29 “Toqgħodx taħsibha biex tagħti mill-​ħsad sħiħ tiegħek u mill-​għasir imfawwar tiegħek.+ L-​ewwel imwieled minn uliedek subien għandek tagħtih lili.+ 30 Hekk għandek tagħmel bil-​barri tiegħek u bin-​nagħġa tiegħek:+ Sebat ijiem tħallihom m’ommhom.+ Fit-​tmien jum għandek tagħtihomli.

31 “U għandkom turu li intom nies qaddisin għalija;+ u tiklux laħam li jkun tqattaʼ minn xi bhima salvaġġa fir-​rabaʼ.+ Itfgħuh lill-​klieb.+

23 “Ixxerridx aħbar li mhix vera.+ Tikkooperax maʼ xi ħadd mill-​agħar billi ssir xhud li jfassal il-​vjolenza.+ 2 Tmurx wara l-​folla għal skopijiet ħżiena;+ u tixhidx dwar kontroversja biex taqbel mal-​folla ħalli tgħawweġ il-​ġustizzja.+ 3 Inkwantu għall-​batut, turix preferenzi f’kontroversja li tinvolvi lilu.+

4 “Jekk issib il-​barri jew il-​ħmar mitluf taʼ l-​għadu tiegħek, int żgur li għandek tiħodhulu lura.+ 5 Jekk tara l-​ħmar taʼ xi ħadd li jobogħdok mixħut fl-​art taħt it-​tagħbija tiegħu, tħallihx hemmhekk. Qis li tgħinu biex jeħilsu.+

6 “Tgħawwiġx id-​deċiżjoni ġudizzjarja li tinvolvi lil xi ħadd fqir mill-​poplu tiegħek fil-​kontroversja tiegħu.+

7 “Żomm ruħek ’il bogħod minn kelma falza.+ U toqtolx lill-​innoċenti u lill-​ġust, għax lil min hu mill-​agħar mhux se niddikjarah ġust.+

8 “Taċċettax tixħim, għax it-​tixħim jagħmi lil min jiġġudika bl-​għerf u jistaʼ jgħawweġ il-​kliem tan-​nies sewwa.+

9 “U taħqarx lil resident barrani,+ għax intom tafu x’jiġifieri li tkun resident barrani, għaliex kontu residenti barranin fl-​art taʼ l-​Eġittu.+

10 “U għal sitt snin trid tiżraʼ ż-​żerriegħa fl-​art tiegħek u tiġbor dak li tipproduċi.+ 11 Imma fis-​sebaʼ sena taħdimhiex u ħalliha tistrieħ,+ u jieklu minnha l-​foqra tal-​poplu tiegħek; u dak li jħallu huma jikluh il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ.+ Hekk agħmel bl-​għalqa tad-​dwieli tiegħek u bil-​masġar taż-​żebbuġ tiegħek.

12 “Sitt ijiem għandek tagħmel ix-​xogħol tiegħek;+ imma fis-​sebaʼ jum tistrieħ, sabiex il-​barri u l-​ħmar tiegħek jistrieħu u bin l-​ilsira tiegħek u r-​resident barrani jieħdu r-​ruħ.+

13 “Għandkom toqogħdu attenti għal kulma għedtilkom;+ u ssemmux isem allat oħrajn. M’għandux jinstemaʼ fuq fommok.+

14 “Tliet darbiet fis-​sena għandek tiċċelebrali festa.+ 15 Trid tħares il-​festa tal-​ħobż bla ħmira.+ Tiekol il-​ħobż bla ħmira+ għal sebat ijiem, bħalma kkmandajtek, fiż-​żmien stabbilit fix-​xahar taʼ Abib,+ għaliex fih ħriġt mill-​Eġittu. U ħadd m’għandu jidher quddiemi b’idu vojta.+ 16 Ukoll, il-​festa tal-​ħsad taʼ l-​ewwel frott misjur+ tat-​taħbit tiegħek, taʼ dak li tiżraʼ fl-​għalqa;+ u l-​festa tal-​ġbir fi ħruġ is-​sena, meta tiġbor mill-​għalqa dak li tkun tħabatt għalih.+ 17 Tliet darbiet fis-​sena l-​irġiel kollha tiegħek jidhru quddiem wiċċ Ġeħova, il-​Mulej il-​veru.+

18 “Toffrilix id-​demm tas-​sagrifiċċju flimkien maʼ xi ħaġa li jkun fiha l-​ħmira. U x-​xaħam li toffrili fil-​festa tiegħi m’għandux jibqaʼ l-​lejl kollu sa fil-​għodu.+

19 “L-​aqwa mill-​ewwel frott misjur taʼ l-​art tiegħek trid iġġibu fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+

“Tgħallix gidi f’ħalib ommu.+

20 “Ara! Qed nibgħat anġlu+ qablek biex iħarsek fit-​triq u jwasslek fil-​post li ħejjejtlek.+ 21 Oqgħod attent minħabba fih u ismaʼ minn kliemu. Tirribellax kontrih, għax ma jaħfrilkomx in-​nuqqas tagħkom;+ għax jaġixxi f’ismi. 22 Madankollu, jekk tassew tismaʼ minn kliemu u tassew tagħmel kulma ngħidlek,+ jien inkun għadu taʼ l-​għedewwa tiegħek u naħqar lil dawk li jaħqruk.+ 23 Għax l-​anġlu tiegħi jmur qablek u jwasslek għand l-​Amurrin, il-​Ħittin, il-​Pereżin, il-​Kangħanin, il-​Ħiwwin, u l-​Ġebusin, u jien żgur li nqaċċathom darba għal dejjem.+ 24 Tmilx quddiem l-​allat tagħhom u titħajjarx biex taqdihom, u tagħmel xejn bħax-​xbihat tagħhom,+ imma għandek assolutament iġġarrafhom u tkissrilhom il-​pilastri sagri tagħhom.+ 25 U intom aqdu lil Ġeħova Alla tagħkom,+ u hu jbierek il-​ħobż tiegħek u l-​ilma tiegħek;+ u jien inbiegħed il-​mard minn nofsok.+ 26 Ma jkunx hemm f’artek mara li titlef it-​tarbija u lanqas mara li ma jistax ikollha tfal.+ Għadd jiemek nagħmlu sħiħ.+

27 “Qabel ma tasal se jisimgħu dwari u jitriegħdu,+ u jien nitfaʼ f’konfużjoni lin-​nies kollha li int tmur fosthom, u ndawwar lejk dahar l-​għedewwa tiegħek kollha.+ 28 U nġegħelhom iħossuhom skuraġġiti qabel ma tasal,+ u b’dan inkeċċi lill-​Ħiwwin, lill-​Kangħanin, u lill-​Ħittin minn quddiemek.+ 29 Mhux se nkeċċihom minn quddiemek f’sena waħda, biex l-​art ma ssirx ħerba u biex il-​bhejjem salvaġġi tar-​rabaʼ ma jiżdidux sew kontrik.+ 30 Ftit ftit inkeċċihom minn quddiemek, sakemm toktor u tieħu l-​art f’idejk.+

31 “U nistabbilixxi l-​fruntiera tiegħek mill-​Baħar l-​Aħmar sal-​baħar tal-​Filistin u mix-​xagħri sax-​Xmara;*+ għaliex se nagħtikom f’idejkom l-​abitanti taʼ din l-​art, u int żgur li tkeċċihom minn quddiemek.+ 32 M’għandekx tagħmel patt magħhom jew m’allathom.+ 33 M’għandhomx jgħammru f’artek, biex ma jġegħlukx tidneb kontrija. Jekk tqim l-​allat tagħhom, dan isir nassa għalik.”+

24 U lil Mosè qallu: “Itlaʼ għand Ġeħova, int u Aron, Nadab, Abiħu,+ u sebgħin+ mix-​xjuħ taʼ Israel, u milu mill-​bogħod. 2 U Mosè waħdu jersaq lejn Ġeħova; imma huma m’għandhomx jersqu, u n-​nies m’għandhomx jitilgħu miegħu.”+

3 U Mosè ġie u rrakkonta lin-​nies il-​kliem kollu taʼ Ġeħova u d-​deċiżjonijiet ġudizzjarji kollha,+ u n-​nies kollha wieġbu b’leħen wieħed u qalu: “Aħna lesti li nagħmlu l-​kliem kollu li qal Ġeħova.”+ 4 U Mosè niżżel bil-​miktub il-​kliem kollu taʼ Ġeħova.+ Imbagħad qam kmieni fil-​għodu u f’riġlejn il-​muntanja bena artal u tnax-il pilastru li jirrappreżentaw lit-​tnax-il tribù taʼ Israel.+ 5 Wara dan, bagħat xi rġiel żgħażagħ minn ulied Israel u dawn offrew offerti tal-​ħruq u offrew barrin bħala sagrifiċċji, bħala sagrifiċċji taʼ sħubija+ lil Ġeħova. 6 Imbagħad Mosè ħa nofs id-​demm u poġġieh fi skutelli,+ u n-​nofs l-​ieħor tad-​demm raxxu fuq l-​artal.+ 7 Fl-aħħar ħa l-​ktieb tal-​patt+ u qrah biex jisimgħuh in-​nies.+ Imbagħad huma qalu: “Aħna lesti li nagħmlu kulma qal Ġeħova u nobduh.”+ 8 Għalhekk, Mosè ħa d-​demm u raxxu fuq in-​nies+ u qal: “Dan hu d-​demm tal-​patt+ li Ġeħova għamel magħkom skond dan il-​kliem kollu li għadkom kemm smajtu.”

9 U Mosè, Aron, Nadab, Abiħu, u sebgħin mix-​xjuħ taʼ Israel telgħu, 10 u raw lill-​Alla taʼ Israel.+ U taħt saqajh kien hemm qisu bħal paviment biċ-​ċangaturi taż-​żaffir u kien bħas-​smewwiet fis-​safa tiegħu.+ 11 U ma meddx idu kontra l-​irġiel distinti taʼ wlied Israel,+ imma raw viżjoni taʼ l-​Alla l-​veru+ u kielu u xorbu.+

12 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Itlaʼ ħdejja fuq il-​muntanja u oqgħod hemmhekk, għax irrid nagħtik it-​twavel tal-​ġebel u l-​liġi u l-​kmandament li rrid nikteb sabiex ngħallimhom.”+ 13 Għalhekk, qamu Mosè u l-​qaddej tiegħu Ġożwè, u Mosè telaʼ fuq il-​muntanja taʼ l-​Alla l-​veru.+ 14 Imma lix-​xjuħ qalilhom: “Stennewna f’dan il-​post sakemm niġu lura ħdejkom.+ U, ara, Aron u Ħur+ qegħdin magħkom. Kulmin ikollu każ taʼ qorti, ħa jmur għandhom.”+ 15 B’hekk, Mosè telaʼ fuq il-​muntanja waqt li s-​sħaba kienet qed tgħatti l-​muntanja.+

16 U l-​glorja taʼ Ġeħova+ baqgħet fuq il-​Muntanja Sinaj,+ u s-​sħaba baqgħet tgħattiha għal sitt ijiem. Sa fl-​aħħar, fis-​sebaʼ jum hu sejjaħ lil Mosè minn nofs is-​sħaba.+ 17 U għal għajnejn ulied Israel id-​dehra tal-​glorja taʼ Ġeħova kienet bħal nar li jiblaʼ+ fuq il-​quċċata tal-​muntanja. 18 Imbagħad Mosè daħal f’nofs is-​sħaba u kompla tielaʼ fuq il-​muntanja.+ U Mosè baqaʼ erbgħin jum u erbgħin lejl fuq il-​muntanja.+

25 U Ġeħova kellem lil Mosè+ u qallu: 2 “Kellem lil ulied Israel, biex jiġbruli kontribuzzjoni: Mingħand kull raġel li qalbu tqanqlu għandkom tiġbruhieli l-​kontribuzzjoni.+ 3 U din hi l-​kontribuzzjoni li għandkom tiġbruli mingħandhom: deheb,+ fidda,+ ram aħmar,+ 4 ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* għażel fin, xagħar tal-​mogħoż,+ 5 ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor, ġlud tal-​bumerin, u injam taʼ l-​akaċja;+ 6 żejt għad-​dawwala,+ żejt tal-​balzmu+ għaż-​żejt tad-​dlik+ u għall-​inċens ifuħ;+ 7 ħaġar taʼ l-​oniċi u ħaġar biex jiġi ingastat għal fuq l-​efod+ u l-​pettoral.*+ 8 U jagħmluli santwarju, biex ngħammar f’nofshom.+ 9 Skond kulma qed nurik bħala l-​mudell tat-​tabernaklu* u l-​mudell tat-​tagħmir kollu tiegħu, hekk għandkom tagħmluh.+

10 “U jagħmlu Arka mill-​injam taʼ l-​akaċja,+ żewġ kubiti u nofs it-​tul tagħha, kubitu u nofs il-​wisaʼ tagħha, u kubitu u nofs l-​għoli tagħha. 11 U tiksiha b’deheb pur.+ Trid tiksiha minn ġewwa u minn barra, u tagħmlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+ 12 U tagħmlilha erbaʼ ħolqiet mid-​deheb imdewweb u tpoġġihom ’il fuq mill-​erbaʼ saqajn tagħha, b’żewġ ħolqiet fuq ġenb wieħed tagħha u żewġ ħolqiet fuq il-​ġenb l-​ieħor tagħha.+ 13 U tagħmel lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u tiksihom bid-​deheb.+ 14 U tgħaddi l-​lasti minn ġol-​ħoloq fuq il-​ġnub taʼ l-​Arka sabiex iġġorr l-​Arka bihom. 15 Il-lasti għandhom jibqgħu fil-​ħoloq taʼ l-​Arka. M’għandhomx jitneħħew minnha.+ 16 U fl-​Arka tqiegħed it-​testimonjanza li se nagħtik.+

17 “U tagħmel għatu tad-​deheb pur, żewġ kubiti u nofs it-​tul tiegħu u kubitu u nofs il-​wisaʼ tiegħu.+ 18 U tagħmel żewġ kerubini tad-​deheb. Għandek tagħmilhom maħdumin bil-​martell fuq iż-​żewġt itruf taʼ l-​għatu.+ 19 U agħmel kerubin wieħed f’tarf minnhom u l-​kerubin l-​ieħor fit-​tarf l-​ieħor.+ Fuq l-​għatu għandkom tagħmluhom il-​kerubini fiż-​żewġt itruf tiegħu. 20 U l-​kerubini jkunu biż-​żewġ ġwienaħ tagħhom miftuħin ’il fuq, jgħattu l-​għatu bi ġwinħajhom, b’wiċċhom lejn xulxin.+ Lejn l-​għatu għandhom iħarsu l-​uċuħ tal-​kerubini. 21 U tqiegħed l-​għatu+ fuq wiċċ l-​Arka, u fl-​Arka tqiegħed it-​testimonjanza li se nagħtik. 22 U nidhirlek hemmhekk u nitkellem miegħek minn fuq l-​għatu,+ minn bejn iż-​żewġ kerubini li qegħdin fuq l-​arka tat-​testimonjanza, iva, kulma se nikkmandak għal ulied Israel.+

23 “U tagħmel mejda+ mill-​injam taʼ l-​akaċja, żewġ kubiti t-​tul tagħha u kubitu l-​wisaʼ tagħha u kubitu u nofs l-​għoli tagħha. 24 U tiksiha b’deheb pur u tagħmlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+ 25 U tagħmlilha xifer dawramejt il-​wisaʼ taʼ id, u tagħmel il-​bordura tad-​deheb għax-​xifer tagħha dawramejt.+ 26 U tagħmlilha erbaʼ ħolqiet tad-​deheb u tpoġġi l-​ħoloq fl-​erbaʼ kantunieri fejn hemm l-​erbaʼ saqajn.+ 27 Il-ħoloq għandhom ikunu qrib ix-​xifer bħala appoġġ għal-​lasti biex tinġarr il-​mejda.+ 28 U tagħmel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u tiksihom bid-​deheb, u jridu jġorru l-​mejda bihom.+

29 “U tagħmel il-​platti u l-​kwies tagħha, u l-​buqari u l-​iskutelli tagħha li bihom iferrgħu l-​offerti tal-​likwidi. Għandek tagħmilhom tad-​deheb pur.+ 30 U trid tpoġġi l-​ħobż tal-​preżenza fuq il-​mejda quddiemi l-​ħin kollu.+

31 “U tagħmel gandlier tad-​deheb pur. Il-​gandlier għandu jinħadem bil-​martell.+ Minnu għandhom joħorġu l-​bażi, il-​friegħi, il-​fjuri, il-​boċċi, u l-​petali tiegħu. 32 U sitt fergħat joħorġu mill-​ġnub tiegħu, tliet fergħat tal-​gandlier minn ġenb wieħed tiegħu u tliet fergħat tal-​gandlier mill-​ġenb l-​ieħor tiegħu.+ 33 Tliet kalċijiet forma taʼ fjura tal-​lewż qegħdin fuq il-​friegħi taʼ ġenb wieħed, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom, u tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż fuq il-​friegħi tal-​ġenb l-​ieħor, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom.+ Hekk għandhom isiru s-​sitt fergħat li joħorġu mill-​gandlier. 34 U fuq il-​gandlier hemm erbaʼ fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż, bil-​boċċi u l-​petali tiegħu bejniethom.+ 35 U l-​boċċa taħt żewġ fergħat toħroġ minnu u l-​boċċa taħt iż-​żewġ fergħat l-​oħra toħroġ minnu u l-​boċċa taħt jerġaʼ żewġ fergħat oħra toħroġ minnu, għas-​sitt fergħat li joħorġu mill-​gandlier.+ 36 Il-boċċi tagħhom u l-​friegħi tagħhom għandhom joħorġu minnu. Kollox biċċa waħda maħdum bil-​martell, u tad-​deheb pur.+ 37 U tagħmillu sebaʼ msiebaħ; u l-​imsiebaħ iridu jkunu mixgħulin, u jdawlu l-​parti taʼ quddiemu.+ 38 U l-​imqassijiet li jżommu l-​ftila u r-​reċipjenti għall-​ftejjel maħruqin tiegħu huma tad-​deheb pur.+ 39 B’talent deheb pur għandu jagħmlu, b’dawn l-​għodod kollha tiegħu. 40 U qis li tagħmilhom skond il-​mudell tagħhom li ntwerielek fuq il-​muntanja.+

26 “U t-​tabernaklu għandek tagħmlu b’għaxar biċċiet drapp tat-​tined,+ taʼ l-​għażel fin mibrum u ħajt blu u suf miżbugħ vjola ħamrani u materjal lewn l-​iskarlat.*+ Tagħmilhom bil-​kerubini+ rrakkmati, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa. 2 It-tul taʼ kull biċċa drapp tat-​tined hu tmienja u għoxrin kubitu u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp hi erbaʼ kubiti. Hemm qjies wieħed għalihom kollha.+ 3 Ħames biċċiet drapp tat-​tined għandhom jifformaw sezzjoni bi drapp imġonġi wieħed maʼ l-​ieħor, u ħamsa oħra f’sezzjoni bi drapp imġonġi wieħed maʼ l-​ieħor.+ 4 U agħmel anelli tal-​ħajt blu fit-​tarf taʼ wieħed mid-​drappijiet tat-​tined fejn tispiċċa s-​sezzjoni; u għandek tagħmel l-​istess f’tarf id-​drapp tat-​tarfnett fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu ż-​żewġ sezzjonijiet.+ 5 Tagħmel ħamsin anella fuq biċċa waħda mid-​drapp tat-​tined, u tagħmel ħamsin anella f’tarf id-​drapp li qiegħed fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu ż-​żewġ sezzjonijiet, u b’hekk l-​anelli jkunu faċċata taʼ xulxin.+ 6 U agħmel ħamsin ganċ tad-​deheb u ġonġi d-​drappijiet tat-​tined wieħed maʼ l-​ieħor permezz tal-​ganċijiet, u t-​tabernaklu jsir ħaġa waħda.+

7 “U agħmel biċċiet tad-​drapp mix-​xagħar tal-​mogħoż+ għat-​tinda taʼ fuq it-​tabernaklu. Tagħmel ħdax-il biċċa drapp tat-​tined. 8 It-tul taʼ kull biċċa drapp hu tletin kubitu,+ u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp hi erbaʼ kubiti. Hemm qjies wieħed għall-​ħdax-il biċċa drapp tat-​tined. 9 U ġonġi ħames biċċiet drapp għalihom u s-​sitta l-​oħra għalihom,+ u itwi min-​nofs is-​sitt waħda fuq il-​quddiemnett tat-​tinda. 10 U agħmel ħamsin anella fit-​tarf taʼ drapp wieħed, dak tat-​tarfnett fis-​sezzjoni, u ħamsin anella fit-​tarf tad-​drapp fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu ż-​żewġ sezzjonijiet. 11 U agħmel ħamsin ganċ tar-​ram aħmar+ u poġġi l-​ganċijiet fl-​anelli u ġonġi t-​tinda flimkien, u din issir ħaġa waħda.+ 12 U dak li jifdal mid-​drappijiet tat-​tined jibqaʼ mdendel. Nofs id-​drapp li jifdal irid jiddendel għal fuq il-​wara tat-​tabernaklu. 13 U l-​kubitu taʼ naħa u l-​kubitu tan-​naħa l-​oħra minn dak li jifdal fit-​tul tad-​drappijiet jiddendlu għal fuq il-​ġnub tat-​tabernaklu, biex jgħattuh fuq naħa u fuq in-​naħa l-​oħra.

14 “U agħmel għata għat-​tinda mill-​ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor u għata tal-​ġlud tal-​bumerin fuqnett.

15 “U agħmel twavel* weqfin għall-​qafas+ tat-​tabernaklu mill-​injam taʼ l-​akaċja. 16 It-tul taʼ tavla jkun għaxar kubiti, u kull tavla tkun wiesgħa kubitu u nofs. 17 Kull tavla jkollha żewġ minċotti mwaħħlin bi dritt xulxin. Hekk għandek tagħmel bit-​twavel kollha tal-​qafas tat-​tabernaklu. 18 U agħmel it-​twavel tal-​qafas għat-​tabernaklu, għoxrin tavla għall-​ġenb li jħares lejn in-​Negeb, lejn in-​nofsinhar.

19 “U tagħmel erbgħin pedestall+ bl-​ingast tal-​fidda taħt l-​għoxrin tavla; żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda biż-​żewġ minċotti tagħha, u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra biż-​żewġ minċotti tagħha. 20 U għall-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu, in-​naħa tat-​tramuntana, għoxrin tavla,+ 21 u l-​erbgħin pedestall bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra.+ 22 U għan-​naħa taʼ wara tat-​tabernaklu lejn il-​punent tagħmel sitt twavel.+ 23 U tagħmel żewġ twavel bħala pilastri għall-​kantunieri tat-​tabernaklu+ fuq iż-​żewġ naħat taʼ wara tiegħu. 24 U għandhom ikunu doppji n-​naħa t’isfel, u jibqgħu telgħin pariġġ xulxin san-​naħa taʼ fuq fejn jingħaqdu flimkien fl-​ewwel ħolqa. Hekk għandu jsir għat-​tnejn li huma. Dawn iservu bħala żewġ pilastri tal-​kantunieri. 25 U jkun hemm tmien twavel u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, sittax-il pedestall, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra.

26 “U agħmel traversi mill-​injam taʼ l-​akaċja,+ ħamsa għat-​twavel taʼ ġenb wieħed tat-​tabernaklu, 27 u ħames traversi għat-​twavel tal-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu u ħames traversi għat-​twavel tal-​ġenb tat-​tabernaklu għaż-​żewġ naħat taʼ wara lejn il-​punent.+ 28 U t-​traversa tan-​nofs fin-​nofs tat-​twavel tgħaddi minn tarf sa tarf.

29 “U tiksi t-​twavel bid-​deheb,+ u l-​ħoloq tagħhom tagħmilhom tad-​deheb bħala appoġġ għat-​traversi; u tiksi t-​traversi bid-​deheb. 30 U waqqaf it-​tabernaklu skond il-​pjanta tiegħu kif intwerielek fuq il-​muntanja.+

31 “U agħmel purtiera+ minn ħajt blu u suf miżbugħ vjola ħamrani u materjal lewn l-​iskarlat u għażel fin mibrum. Issir bil-​kerubini+ rrakkmati, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa. 32 U qegħedha fuq erbaʼ kolonni taʼ l-​akaċja miksijin bid-​deheb. Il-​kavilji tagħhom huma tad-​deheb. Qegħdin fuq erbaʼ pedestalli bl-​ingast tal-​fidda. 33 U poġġi l-​purtiera taħt il-​ganċijiet u ġib l-​arka tat-​testimonjanza+ hemmhekk ’il ġewwa mill-​purtiera; u l-​purtiera tifirdilkom il-​Qaddis+ mill-​Iktar Qaddis.*+ 34 U qiegħed l-​għatu fuq l-​arka tat-​testimonjanza fl-​Iktar Qaddis.

35 “U qiegħed il-​mejda ’l barra mill-​purtiera, u l-​gandlier+ faċċata tal-​mejda fil-​ġenb tat-​tabernaklu lejn in-​nofsinhar; u l-​mejda tpoġġiha fin-​naħa tat-​tramuntana. 36 U agħmel purtiera+ għad-​daħla tat-​tinda minn ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ nissieġ. 37 U għall-​purtiera tad-​daħla agħmel ħames kolonni taʼ l-​akaċja u iksihom bid-​deheb. Il-​kavilji tagħhom huma tad-​deheb. U agħmlilhom ħames pedestalli bl-​ingast mir-​ram aħmar imdewweb.

27 “U agħmel l-​artal mill-​injam taʼ l-​akaċja, it-​tul tiegħu ħames kubiti u l-​wisaʼ tiegħu ħames kubiti. L-​artal+ għandu jkun kwadru, u l-​għoli tiegħu jkun tliet kubiti. 2 U agħmel il-​qrun tiegħu+ fuq l-​erbaʼ kantunieri tiegħu. Il-​qrun tiegħu joħorġu minnu, u iksih bir-​ram aħmar.+ 3 U agħmillu r-​reċipjenti biex tnaddaf l-​irmied bix-​xaħam* minn fuqu, il-​pali tiegħu, l-​iskutelli tiegħu, il-​frieket tiegħu, u r-​reċipjenti għall-​ġamar tiegħu; u tagħmel l-​għodod kollha tiegħu tar-​ram aħmar.+ 4 U agħmillu gradilja, xibka+ tar-​ram aħmar; u fuq ix-​xibka agħmel erbaʼ ħolqiet tar-​ram aħmar fl-​erbaʼ kantunieri tagħha. 5 U poġġiha taħt ix-​xifer taʼ l-​artal minn ġewwa, u x-​xibka trid tasal sa nofs l-​għoli taʼ l-​artal.+ 6 U agħmel lasti għall-​artal, u l-​lasti tiegħu jkunu taʼ l-​injam taʼ l-​akaċja, u iksihom bir-​ram aħmar.+ 7 U l-​lasti tiegħu tgħaddihom minn ġol-​ħoloq, u l-​lasti jridu jkunu fuq iż-​żewġt iġnub taʼ l-​artal meta jinġarr.+ 8 Tagħmlu forma taʼ kaxxa tat-​twavel, vojt minn ġewwa. Bħalma ntwerielek fuq il-​muntanja, hekk irid isir.+

9 “U agħmel il-​bitħa+ tat-​tabernaklu. Għan-​naħa tan-​Negeb, lejn in-​nofsinhar, il-​bitħa għandha purtieri taʼ l-​għażel fin mibrum,+ u t-​tul taʼ naħa waħda hu mitt kubitu. 10 U l-​għoxrin pilastru tagħha u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom huma tal-​fidda.+ 11 Hekk, ukoll, għan-​naħa tat-​tramuntana f’dak li hu tul, il-​purtieri huma twal mitt kubitu, u l-​għoxrin pilastru tagħha u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar, u l-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom huma tal-​fidda.+ 12 U għall-​wisaʼ tal-​bitħa, in-​naħa tal-​punent il-​purtieri huma twal ħamsin kubitu, il-​pilastri tagħhom huma għaxra u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom għaxra.+ 13 U l-​wisaʼ tal-​bitħa, in-​naħa tal-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx, hi ħamsin kubitu.+ 14 U naħa waħda hemm ħmistax-il kubitu taʼ purtieri, il-​pilastri tagħhom huma tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 15 U n-​naħa l-​oħra hemm ħmistax-il kubitu taʼ purtieri, il-​pilastri tagħhom huma tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+

16 “U għall-​bieb tal-​bitħa hemm purtiera tad-​daħla twila għoxrin kubitu, tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ nissieġ,+ u l-​pilastri tagħhom huma erbgħa u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom erbgħa.+ 17 Il-pilastri kollha tal-​bitħa dawramejt għandhom irbit tal-​fidda, u l-​kavilji tagħhom huma tal-​fidda imma l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tar-​ram aħmar.+ 18 It-tul tal-​bitħa hu mitt kubitu,+ u l-​wisaʼ ħamsin kubitu, u l-​għoli tal-​purtieri taʼ l-​għażel fin mibrum hu ħames kubiti, u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom huma tar-​ram aħmar. 19 U l-​għodod kollha tat-​tabernaklu użati fis-​servizz kollu tiegħu, u l-​imsiemer tat-​tined kollha tiegħu, u l-​imsiemer kollha tal-​bitħa huma tar-​ram aħmar.+

20 “U int għandek tordna lil ulied Israel biex jiksbulek żejt pur minn żebbuġ misħuq għad-​dawwala, sabiex l-​imsiebaħ jinżammu mixgħulin il-​ħin kollu.+ 21 Fit-tinda tal-​laqgħa, ’il barra mill-​purtiera+ taʼ ħdejn it-​Testimonjanza, Aron u wliedu se jirranġaw id-​dawwala biex tixgħel minn fil-​għaxija sa fil-​għodu quddiem Ġeħova.+ Dan hu statut għal żmien indefinit għall-​ġenerazzjonijiet tagħhom,+ li jrid jitwettaq minn ulied Israel.+

28 “U int ġib ħdejk lil ħuk Aron u lil uliedu miegħu minn fost ulied Israel sabiex jaqdu bħala qassisin għalija,+ Aron+ u wliedu Nadab u Abiħu,+ Elegħażar u Itamar.+ 2 U agħmel ilbies qaddis għal ħuk Aron biex jagħtuh glorja u ġmiel.+ 3 U int għandek tkellem lill-​għorrief kollha li qalbhom jien imlejthielhom bl-​ispirtu taʼ l-​għerf,+ u jridu jagħmlu l-​ilbies t’Aron biex iqaddsuh, ħalli jaqdi bħala qassis għalija.+

4 “U dan hu l-​ilbies li jridu jagħmlu: pettoral,+ efod,+ libsa bla kmiem,+ libsa twila ċċangjata, turbant,+ u terħa;+ u jridu jagħmlu l-​ilbies qaddis għal ħuk Aron u għal uliedu, sabiex hu jaqdi bħala qassis għalija. 5 U huma jieħdu d-​deheb, il-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat,* u l-​għażel fin.

6 “U l-​efod iridu jagħmluh tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ wieħed li jirrakkma.+ 7 U jrid ikollu biċċtejn għal fuq l-​ispallejn biex jintrabtu fiż-​żewġt itruf tiegħu, u jrid jintrabat.+ 8 U l-​ħżiem,+ li qiegħed fuq l-​efod biex jorbtu sew, irid jinħadem bl-​istess mod, bl-​istess materjal, tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum.

9 “U ħu żewġ ħaġriet taʼ l-​oniċi+ u onqox+ fuqhom l-​ismijiet taʼ wlied Israel,+ 10 sitt ismijiet minnhom fuq ħaġra waħda u l-​ismijiet tas-​sitta li jibqaʼ fuq il-​ħaġra l-​oħra skond l-​ordni taʼ twelidhom.+ 11 Bix-xogħol taʼ bniedem tas-​sengħa fil-​ħaġar, bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, għandek tonqox iż-​żewġ ħaġriet bl-​ismijiet taʼ wlied Israel.+ Tagħmilhom ingastati fid-​deheb.+ 12 U tqiegħed iż-​żewġ ħaġriet fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod bħala ħaġar taʼ tifkira għal ulied Israel;+ u Aron irid iġorr l-​ismijiet tagħhom quddiem Ġeħova fuq il-​biċċtejn taʼ fuq spallejh bħala tifkira. 13 U agħmel ingasti tad-​deheb, 14 u żewġ ktajjen tad-​deheb pur.+ Bħala qfieli tagħmilhom, maħdumin b’sengħa bħal ħabel; u trid twaħħal il-​ktajjen li huma bħal ħabel maʼ l-​ingasti.+

15 “U agħmel il-​pettoral tal-​ġudizzju+ maħdum bis-​sengħa taʼ wieħed li jirrakkma. Tagħmlu maħdum bis-​sengħa bħall-​efod. Tagħmlu tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum.+ 16 Għandu jkun kwadru meta jkun mitwi fi tnejn, twil xiber u wiesaʼ xiber.+ 17 U imlieh bil-​ħaġar, u jkun hemm erbaʼ ringieli ħaġar.+ L-​ewwel ringiela jkun fiha rubin,+ topazju,+ u żmerald.+ 18 U t-​tieni ringiela turkina,+ żaffir,+ u djaspru.+ 19 U t-​tielet ringiela ħaġra tal-​lesem,* agata,+ u ametist.+ 20 U r-​rabaʼ ringiela krisolitu,+ oniċi,+ u ġada. Ingasti tad-​deheb għandu jkun hemm fid-​dwawar tagħhom.+ 21 U l-​ħaġar għandu jkun skond l-​ismijiet taʼ wlied Israel, tnax skond ismijiethom.+ Bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, kull waħda għandha tkun minquxa bl-​isem taʼ kull wieħed mit-​tnax-il tribù.+

22 “U fuq il-​pettoral agħmel ktajjen minsuġin, maħdumin bħal ħabel, tad-​deheb pur.+ 23 U fuq il-​pettoral agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb,+ u qiegħed iż-​żewġ ħolqiet fuq iż-​żewġt itruf tal-​pettoral. 24 U għaddi ż-​żewġ ħbula tad-​deheb miż-​żewġ ħolqiet li hemm fit-​truf tal-​pettoral.+ 25 U trid tgħaddi ż-​żewġt itruf taż-​żewġ ħbula miż-​żewġ ingasti, u poġġihom fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod, fuq il-​quddiem tiegħu.+ 26 U agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħedhom fiż-​żewġt itruf tal-​pettoral fuq it-​tarf tiegħu li qiegħed fuq in-​naħa taʼ ġewwa li tmiss maʼ l-​efod.+ 27 U agħmel żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħedhom fuq il-​biċċtejn taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod minn taħt, fuq il-​quddiem tiegħu, ħdejn il-​post fejn jintrabat, ’il fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod.+ 28 U jorbtu l-​pettoral mill-​ħoloq tiegħu mal-​ħoloq taʼ l-​efod b’lazz blu, biex jibqaʼ ’l fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod, u b’hekk il-​pettoral ma jiċċaqlaqx minn fuq l-​efod.+

29 “U Aron irid iġorr l-​ismijiet taʼ wlied Israel fuq il-​pettoral tal-​ġudizzju fuq qalbu meta jidħol fil-​Qaddis bħala tifkira dejjiema quddiem Ġeħova. 30 U int qiegħed l-​Urim+ u t-​Tummim fil-​pettoral tal-​ġudizzju, u jkunu fuq qalb Aron meta jidħol quddiem Ġeħova; u Aron irid iġorr il-​pettoral tal-​ġudizzju+ għal ulied Israel fuq qalbu quddiem Ġeħova l-​ħin kollu.

31 “U agħmel il-​libsa bla kmiem li tintlibes taħt l-​efod kollha kemm hi tal-​ħajt blu.+ 32 U jrid ikun hemm skollatura n-​naħa taʼ fuq fin-​nofs tagħha. L-​iskollatura tagħha għandu jkollha bordura dawramejt, maħduma bis-​sengħa taʼ wieħed li jinseġ bin-​newl. Bħall-​iskollatura taʼ kurazza għandha tkun, sabiex ma titqattax.+ 33 U mal-​keffa tagħha agħmlilha rummien tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat, mal-​keffa tagħha dawramejt, u ġlieġel+ tad-​deheb bejniethom dawramejt; 34 ġolġol tad-​deheb u rummiena, ġolġol tad-​deheb u rummiena mal-​keffa tal-​libsa bla kmiem dawramejt.+ 35 U jilbisha Aron sabiex jaqdi, u l-​ħoss li jagħmel irid jinstemaʼ meta jidħol fis-​santwarju quddiem Ġeħova u meta joħroġ, għax inkella jmut.+

36 “U agħmel strixxa tleqq tad-​deheb pur u onqox fuqha, bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, ‘Il-​qdusija hi taʼ Ġeħova.’+ 37 U aqfilha b’lazz blu, u trid tkun fuq it-​turbant.+ Fuq il-​quddiem tat-​turbant għandha tkun. 38 U trid tkun fuq ġbin Aron, u Aron irid iwieġeb għall-​ħtija li ssir kontra l-​oġġetti mqaddsin,+ li wlied Israel se jqaddsu, jiġifieri, l-​għotjiet imqaddsin kollha tagħhom; u trid tibqaʼ fuq ġbinu l-​ħin kollu, biex tinkiseb l-​approvazzjoni għalihom+ quddiem Ġeħova.

39 “U inseġ il-​libsa twila taʼ l-​għażel fin u agħmilha ċċangjata u agħmel turbant taʼ l-​għażel fin,+ u agħmel terħa,+ ix-​xogħol taʼ nissieġ.

40 “U għal ulied Aron tagħmel ilbiesi twal,+ u agħmlilhom it-​trieħi, u tagħmlilhom għata tar-​ras+ għall-​glorja u l-​ġmiel.+ 41 U libbishom lil ħuk Aron u lil uliedu miegħu, u idlikhom+ u agħtihom is-​setgħa f’idhom+ u qaddishom, u jridu jaqdu bħala qassisin għalija. 42 U agħmlilhom qliezet taʼ taħt taʼ l-​għażel biex jgħattu l-​ġisem għeri.+ Għandhom ikunu twal minn ġenbejhom sa koxxtejhom. 43 U Aron u wliedu jridu jilbsuhom meta jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa jew meta jmorru ħdejn l-​artal biex jaqdu fil-​post qaddis, sabiex ma jiżbaljawx u jmutu. Dan hu statut għal żmien indefinit għalih u għal uliedu warajh.+

29 “U hekk għandek tagħmlilhom biex tqaddishom ħalli jaqdu bħala qassisin għalija: Ħu barri żgħir, u żewġ imtaten,+ bla difett,+ 2 u ħobż bla ħmira u ftajjar bla ħmira miblulin fiż-​żejt u galletti midlukin biż-​żejt.+ Tagħmilhom mid-​dqiq fin tal-​qamħ. 3 U poġġihom f’qoffa u ppreżentahom fil-​qoffa,+ kif ukoll il-​barri u ż-​żewġ imtaten.

4 “U tippreżenta lil Aron u lil uliedu fid-​daħla+ tat-​tinda tal-​laqgħa, u trid tordnalhom jinħaslu bl-​ilma.+ 5 Imbagħad ħu l-​ilbies,+ u lil Aron libbsu l-​libsa twila u l-​libsa bla kmiem taʼ l-​efod, u l-​efod u l-​pettoral, u orbtu sew miegħu bil-​ħżiem taʼ l-​efod.+ 6 U qegħedlu t-​turbant fuq rasu u poġġi s-​sinjal qaddis tad-​dedikazzjoni fuq it-​turbant.+ 7 U ħu ż-​żejt tad-​dlik+ u sawbu fuq rasu u idilku.+

8 “Imbagħad ġib lil uliedu qrib u libbishom l-​ilbiesi twal.+ 9 U ħażżimhom bit-​trieħi, lil Aron kif ukoll lil uliedu, u dawrilhom l-​għata maʼ rashom; u s-​saċerdozju jsir tagħhom bħala statut għal żmien indefinit.+ Għalhekk, lil Aron u lil uliedu agħtihom is-​setgħa f’idhom.+

10 “Imbagħad trid tippreżenta l-​barri quddiem it-​tinda tal-​laqgħa, u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​barri.+ 11 U oqtol il-​barri quddiem Ġeħova, fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+ 12 U ħu ftit mid-​demm tal-​barri+ u poġġih b’sebgħek fuq il-​qrun taʼ l-​artal,+ u dak kollu li jibqaʼ mid-​demm sawbu f’riġlejn l-​artal.+ 13 U ħu x-​xaħam kollu+ li jiksi l-​imsaren,+ u x-​xaħam taʼ mal-​fwied,+ u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, u aħraqhom* fuq l-​artal.+ 14 Imma l-​laħam tal-​barri u l-​ġilda tiegħu u l-​ħmieġ tiegħu taħraqhom bin-​nar barra l-​kamp.+ Din hi offerta għad-​dnub.

15 “Imbagħad tieħu wieħed mill-​imtaten,+ u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​muntun.+ 16 U oqtol il-​muntun u ħu demmu u roxxu dawramejt fuq l-​artal.+ 17 U qattaʼ l-​muntun kull biċċa għaliha, u aħsel imsarnu+ u riġlejh* u qiegħed il-​bċejjeċ tiegħu waħda ħdejn l-​oħra sa rasu. 18 U aħraq il-​muntun kollu kemm hu fuq l-​artal. Din hi offerta tal-​ħruq+ lil Ġeħova, riħa pjaċevoli.*+ Hi offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.

19 “Imbagħad ħu l-​muntun l-​ieħor, u Aron u wliedu jridu jqiegħdu idejhom fuq ras il-​muntun.+ 20 U oqtol il-​muntun u ħu ftit minn demmu u poġġih fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija t’Aron u fuq id-​dendula tal-​widna l-​leminija taʼ wliedu u fuq is-​sabaʼ l-​kbir taʼ idhom il-​leminija u s-​sabaʼ l-​kbir taʼ sieqhom il-​leminija,+ u roxx id-​demm dawramejt fuq l-​artal. 21 U ħu ftit mid-​demm li hemm fuq l-​artal u ftit miż-​żejt tad-​dlik,+ u roxxhom fuq Aron u fuq ilbiesu u fuq uliedu u fuq ilbies uliedu miegħu, sabiex hu u lbiesu u wliedu u l-​ilbies taʼ wliedu miegħu jkunu tabilħaqq imqaddsin.+

22 “U mill-​muntun ħu x-​xaħam u d-​denb oħxon+ u x-​xaħam li jiksi l-​imsaren, u x-​xaħam taʼ mal-​fwied, u ż-​żewġ kilwiet u x-​xaħam taʼ fuqhom, u s-​sieq il-​leminija,+ għax hu muntun tal-​ħatra;+ 23 kif ukoll ħobża tonda u ftira miblula fiż-​żejt u galletta mill-​qoffa tal-​ħobż bla ħmira li qiegħda quddiem Ġeħova.+ 24 U poġġihom kollha fuq il-​pali taʼ idejn Aron u fuq il-​pali taʼ idejn uliedu,+ u xejjirhom ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova.+ 25 U ħudhom minn idejhom u aħraqhom fuq l-​artal fuq l-​offerta tal-​ħruq bħala riħa pjaċevoli quddiem Ġeħova.+ Din hi offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova.+

26 “U ħu s-​sidra tal-​muntun tal-​ħatra,+ li hi għal Aron, u xejjirha ’l hemm u ’l hawn bħala offerta tat-​tixjir quddiem Ġeħova, u ssir sehmek. 27 U qaddes is-​sidra+ taʼ l-​offerta tat-​tixjir u s-​sieq tas-​sehem sagru; l-​offerta li xxejret u l-​offerta li ngħatat mill-​offerta tal-​muntun tal-​ħatra,+ minn dak li kien għal Aron u minn dak li kien għal uliedu. 28 U jsiru t’Aron u taʼ wliedu b’regolament għal żmien indefinit li għandu jitwettaq minn ulied Israel, għaliex hu sehem sagru;+ u jsir sehem sagru li għandu jingħata minn ulied Israel. Hu s-​sehem sagru tagħhom għal Ġeħova mis-​sagrifiċċji taʼ sħubija tagħhom.+

29 “U l-​ilbies qaddis+ t’Aron iservi għal uliedu+ warajh biex jilbsuh meta jkunu se jiġu midlukin+ u jilbsuh meta jingħataw is-​setgħa f’idhom.+ 30 Għal sebat ijiem+ jilbsu l-​qassis li jilħaq minfloku minn fost uliedu u li jidħol fit-​tinda tal-​laqgħa biex jaqdi fil-​post qaddis.

31 “U int tieħu l-​muntun tal-​ħatra, u għalli l-​laħam tiegħu f’post qaddis.+ 32 U Aron u wliedu jridu jieklu+ l-​laħam tal-​muntun u l-​ħobż li jkun fil-​qoffa fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa. 33 U jieklu dak kollu li bih tkun saret it-​tpattija biex jingħataw is-​setgħa f’idhom, sabiex iqaddishom.+ Imma ebda individwu mhux awtorizzat* ma jistaʼ jieklu, għaliex hu xi ħaġa qaddisa.+ 34 U jekk xi laħam mis-​sagrifiċċju tal-​ħatra u xi ħobż jibqaʼ żejjed sa fil-​għodu, imbagħad trid taħraq bin-​nar dak li jibqaʼ żejjed.+ Ma jridx jittiekel, għaliex hu xi ħaġa qaddisa.

35 “U hekk għandek tagħmlilhom lil Aron u lil uliedu skond kulma kkmandajtek.+ Tieħu sebat ijiem biex tagħtihom is-​setgħa f’idhom.+ 36 U toffri kuljum il-​barri taʼ l-​offerta għad-​dnub bi tpattija,+ u tippurifika l-​artal mid-​dnub billi tagħmel tpattija għalih, u tidilku+ biex tqaddsu. 37 Tieħu sebat ijiem biex tagħmel tpattija għall-​artal, u trid tqaddsu+ sabiex isir tabilħaqq artal mill-​iktar qaddis.+ Kulmin imiss l-​artal għandu jkun qaddis.+

38 “U dan għandek toffri fuq l-​artal: imtaten żgħar kull wieħed taʼ sena, tnejn kuljum il-​ħin kollu.+ 39 U għandek toffri muntun żgħir wieħed fil-​għodu,+ u toffri l-​muntun żgħir l-​ieħor bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam.+ 40 U parti minn kull għaxra taʼ kejl t’efa dqiq fin+ miblul fil-​kwart taʼ ħinn żejt minn żebbuġ misħuq, u offerta tax-​xorb+ tal-​kwart taʼ ħinn inbid, ikunu għall-​ewwel muntun żgħir. 41 U għandek toffri t-​tieni muntun żgħir bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. B’offerta tal-​qmuħ+ bħal dik taʼ fil-​għodu u b’offerta tax-​xorb bħal dik taʼ fil-​għodu, tagħtiha bħala riħa pjaċevoli, offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova. 42 Hi offerta tal-​ħruq offruta regolarment+ matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa, quddiem Ġeħova, fejn se nidhrilkom biex inkellmek hemmhekk.+

43 “U nidher hemmhekk lil ulied Israel, u żgur li l-​post se jitqaddes bil-​glorja tiegħi.+ 44 U nqaddes it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal; u nqaddes+ lil Aron u lil uliedu biex jaqdu bħala qassisin għalija. 45 U ngħammar f’nofs ulied Israel, u nkun Alla tagħhom.+ 46 U żgur li jkunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom, li ħriġthom mill-​art taʼ l-​Eġittu sabiex ngħammar f’nofshom.+ Jien Ġeħova Alla tagħhom.+

30 “U int agħmel artal bħala post biex taħraq l-​inċens;+ agħmlu mill-​injam taʼ l-​akaċja. 2 Għandu jkun kwadru, twil kubitu u wiesaʼ kubitu, u l-​għoli tiegħu żewġ kubiti. Il-​qrun tiegħu joħorġu minnu.+ 3 U iksih bid-​deheb pur, il-​wiċċ taʼ fuq u l-​ġnub tiegħu dawramejt u l-​qrun tiegħu; u agħmillu bordura tad-​deheb dawramejt.+ 4 Tagħmillu wkoll żewġ ħolqiet tad-​deheb. Tagħmilhom ’l isfel mill-​bordura tiegħu fuq tnejn mill-​ġnub tiegħu, fuq żewġt iġnub tiegħu faċċata taʼ xulxin, għax iridu jservu bħala appoġġ għal-​lasti biex iġorruh bihom.+ 5 U agħmel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u iksihom bid-​deheb.+ 6 U poġġih quddiem il-​purtiera li qiegħda qrib l-​arka tat-​testimonjanza,+ quddiem l-​għatu li qiegħed fuq it-​Testimonjanza, fejn se nidhirlek.+

7 “U Aron irid jaħraq l-​inċens ifuħ+ fuqu.+ Jaħarqu għodwa wara għodwa, meta jipprepara l-​imsiebaħ.+ 8 U Aron jaħarqu meta jixgħel l-​imsiebaħ bejn inżul ix-​xemx u d-​dlam. Huwa inċens li jkun il-​ħin kollu quddiem Ġeħova matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. 9 Toffrux fuq dan l-​artal inċens+ projbit jew offerta tal-​ħruq jew offerta tal-​qmuħ; u ssawbux offerta tax-​xorb fuqu. 10 U Aron irid jagħmel tpattija fuq il-​qrun taʼ l-​artal darba fis-​sena.+ Bi ftit mid-​demm taʼ l-​offerta għad-​dnub+ tat-​tpattija hu jagħmel tpattija għall-​artal darba fis-​sena matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom. Hu mill-​iktar qaddis għal Ġeħova.”

11 U Ġeħova ssokta jkellem lil Mosè u jgħidlu: 12 “Kulmeta tieħu l-​għadd taʼ wlied Israel bħala ċensiment tagħhom,+ imbagħad kull wieħed irid jagħti fidwa għal ruħu lil Ġeħova meta jsir ċensiment tagħhom,+ sabiex ebda kastig ma jiġi fuqhom meta jsir ċensiment tagħhom.+ 13 Dan iridu jagħtu dawk kollha li jgħaddu għal mal-​magħdudin: nofs xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis.+ Għoxrin gera huma daqs xekel. Nofs xekel hi l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova.+ 14 Kulmin għandu minn għoxrin sena ’l fuq u jgħaddi għal maʼ dawk li huma reġistrati jrid jagħti l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova.+ 15 L-għonja m’għandhomx jagħtu iktar, u l-​batuti m’għandhomx jagħtu inqas minn nofs xekel,+ meta jagħtu l-​kontribuzzjoni lil Ġeħova biex issir tpattija għal ruħkom.+ 16 U ħu l-​flus tal-​fidda tat-​tpattija mingħand ulied Israel u agħtihom għas-​servizz tat-​tinda tal-​laqgħa,+ sabiex iservu bħala tifkira quddiem Ġeħova għal ulied Israel, biex issir tpattija għal ruħkom.”

17 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè, u qallu: 18 “Agħmel vaska tar-​ram aħmar u l-​bażi tagħha tar-​ram aħmar, għall-​ħasil,+ u poġġiha bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u itfaʼ l-​ilma fiha.+ 19 U Aron u wliedu jaħslu idejhom u saqajhom fiha.+ 20 Meta jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa jew meta jersqu ħdejn l-​artal biex jaqdu sabiex jaħarqu offerta magħmula bin-​nar lil Ġeħova,+ għandhom jinħaslu bl-​ilma, għax inkella jmutu. 21 U jaħslu idejhom u saqajhom, għax inkella jmutu,+ u dan iservi bħala regolament għal żmien indefinit għalihom, għalih u għal uliedu matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom.”+

22 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 23 “U int, ħu għalik l-​aqwa fwejjaħ:+ ħames mitt xekel qtar magħqud tal-​mirra,+ u nofs dak l-​ammont, mitejn u ħamsin xekel, kannella tfuħ,+ u mitejn u ħamsin xekel qasab aromatiku,+ 24 u ħames mitt xekel kassja,+ skond ix-​xekel tal-​post qaddis,+ u ħinn żejt taż-​żebbuġa.+ 25 Imbagħad minnhom trid tagħmel żejt tad-​dlik qaddis, ingwent, taħlita maħduma minn wieħed li jagħmel l-​ingwent.+ Dan għandu jkun żejt tad-​dlik qaddis.+

26 “U idlek bih it-​tinda tal-​laqgħa+ u l-​arka tat-​testimonjanza, 27 u l-​mejda u l-​għodod kollha tagħha u l-​gandlier u l-​għodod tiegħu u l-​artal taʼ l-​inċens, 28 u l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu u l-​vaska u l-​bażi tagħha. 29 U qaddishom biex isiru tabilħaqq mill-​iktar imqaddsin.+ Kulmin imisshom għandu jkun qaddis.+ 30 U idlek lil Aron+ u lil uliedu,+ u qaddishom biex jaqdu bħala qassisin għalija.+

31 “U kellem lil ulied Israel, u għidilhom, ‘Dan għandu jibqaʼ bħala żejt tad-​dlik qaddis għalija matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom.+ 32 M’għandux jindilek fuq ġisem il-​bniedem, u bit-​taħlita tiegħu tagħmlu xejn bħalu. Hu xi ħaġa qaddisa. Għandu jibqaʼ bħala xi ħaġa qaddisa għalikom. 33 Kulmin jagħmel ingwent bħalu u jqiegħed ftit minnu fuq xi individwu mhux awtorizzat* irid jiġi maqtugħ minn mal-​poplu tiegħu.’”+

34 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Ħu għalik dawn il-​fwejjaħ:+ qtar taʼ l-​istakte u inċens ifuħ u galbanu jfuħ u inċens abjad pur.+ Għandu jkun hemm l-​istess kwantità minn kull waħda. 35 Agħmel minnhom inċens,+ taħlita taʼ ħwawar, maħdum minn wieħed li jagħmel l-​ingwent, bil-​melħ,+ pur, xi ħaġa qaddisa. 36 U itħan ftit minnu fi trab fin u poġġi ftit minnu quddiem it-​Testimonjanza fit-​tinda tal-​laqgħa,+ fejn se nidhirlek.+ Dan għandu jkun mill-​iktar qaddis għalikom. 37 U l-​inċens li tagħmel b’din it-​taħlita, ma tridux tagħmluh għalikom infuskom.+ Għalik irid jibqaʼ bħala xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+ 38 Kulmin jagħmel bħalu biex jieħu gost bir-​riħa tiegħu jrid jiġi maqtugħ+ minn mal-​poplu tiegħu.”

31 U Ġeħova kompla jkellem lil Mosè u jgħidlu: 2 “Ara! Insejjaħ b’ismu lil Besalel,+ bin Uri, bin Ħur, mit-​tribù taʼ Ġuda.+ 3 U nimlieh bl-​ispirtu t’Alla fl-​għerf u fl-​abbiltà li jifhem u fl-​għarfien u f’kull xorta taʼ ħila fis-​sengħa,+ 4 biex ifassal proġetti, biex jaħdem fid-​deheb u l-​fidda u r-​ram aħmar,+ 5 u biex jaħdem il-​ħaġar għat-​tqegħid+ u biex jaħdem l-​injam ħalli jagħmel oġġetti taʼ kull xorta.+ 6 U ara! Jien inpoġġi miegħu lil Oħolijab, bin Aħisamak, mit-​tribù taʼ Dan,+ u nqiegħed l-​għerf f’qalb kulmin hu tas-​sengħa, biex jagħmlu tabilħaqq kulma kkmandajtek:+ 7 it-tinda tal-​laqgħa+ u l-​Arka+ għat-​testimonjanza u l-​għatu li qiegħed fuqha,+ u l-​għodod kollha tat-​tinda, 8 u l-​mejda u l-​għodod tagħha,+ u l-​gandlier tad-​deheb pur u l-​għodod kollha tiegħu,+ u l-​artal taʼ l-​inċens,+ 9 u l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu,+ u l-​vaska u l-​bażi tagħha,+ 10 u l-​ilbies minsuġ fin u l-​ilbies qaddis għal Aron, il-​qassis, u l-​ilbies taʼ wliedu biex jaqdu bħala qassisin;+ 11 u ż-​żejt tad-​dlik u l-​inċens ifuħ għas-​santwarju.+ Għandhom jagħmlu skond kulma kkmandajtek.”

12 U Ġeħova qal ukoll lil Mosè: 13 “Int trid tkellem lil ulied Israel u tgħidilhom, ‘Fuq kollox għandkom tħarsu s-​Sabatijiet tiegħi,+ għax dan hu sinjal bejni u bejnkom matul il-​ġenerazzjonijiet tagħkom sabiex tkunu tafu li jien Ġeħova qed inqaddiskom.+ 14 U tridu tħarsu s-​Sabat, għax hu xi ħaġa qaddisa għalikom.+ Min jipprofanah żgur li jingħata l-​mewt.+ Jekk xi ħadd jagħmel xi xogħol fih, din ir-​ruħ trid tiġi maqtugħa minn nofs il-​poplu.+ 15 F’sitt ijiem isir ix-​xogħol, imma s-​sebaʼ jum ikun Sabat taʼ mistrieħ komplet.+ Hu xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova. Kulmin jagħmel xi xogħol f’jum is-​Sabat żgur li jingħata l-​mewt. 16 U wlied Israel iridu jħarsu s-​Sabat, sabiex iwettqu s-​Sabat matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom. Hu patt għal żmien indefinit.+ 17 Hu sinjal għal żmien indefinit bejni u bejn ulied Israel,+ għaliex f’sitt ijiem Ġeħova għamel is-​smewwiet u l-​art u fis-​sebaʼ jum waqaf mix-​xogħol u beda jistrieħ.’”+

18 Issa malli kien spiċċa jitkellem miegħu fuq il-​Muntanja Sinaj, hu ta lil Mosè żewġ twavel tat-​Testimonjanza,+ twavel tal-​ġebel miktubin bis-​sabaʼ t’Alla.+

32 Sadanittant, in-​nies raw li Mosè kien qed jieħu żmien twil biex jinżel minn fuq il-​muntanja.+ Għalhekk, in-​nies inġemgħu madwar Aron u qalulu: “Qum, agħmlilna alla li jimxi qabilna,+ għax dan Mosè, il-​bniedem li tellagħna mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ ma nafux x’sar minnu.” 2 U Aron qalilhom: “Neħħu l-​imsielet tad-​deheb+ minn widnejn in-​nisa tagħkom u wliedkom subien u bniet, u ġibuhomli.” 3 U n-​nies kollha bdew ineħħu l-​imsielet tad-​deheb li kellhom f’widnejhom u jġibuhom lil Aron. 4 Imbagħad hu ħa d-​deheb minn idejhom, u sawru+ b’għodda tat-​tinqix, u għamel statwa t’għoġol mill-​metall imdewweb.+ U huma bdew jgħidu: “Dan hu Alla tiegħek, O Israel, li tellgħek mill-​art taʼ l-​Eġittu.”+

5 Meta Aron ra dan, hu bena artal quddiemu. Fl-​aħħar, Aron għajat u qal: “Għada ssir festa lil Ġeħova.” 6 Għalhekk, l-​għada qamu kmieni, u bdew joffru offerti tal-​ħruq u jippreżentaw sagrifiċċji taʼ sħubija. Imbagħad in-​nies qagħdu bil-​qiegħda biex jieklu u jixorbu. Wara qamu jixxalaw.+

7 Ġeħova issa qal lil Mosè: “Mur, inżel, għax il-​poplu tiegħek li tellajt mill-​art taʼ l-​Eġittu aġixxa b’mod mill-​agħar.+ 8 Huma malajr warrbu mit-​triq li jien ikkmandajthom biex jimxu fiha.+ Għamlu għalihom statwa t’għoġol minn metall imdewweb u qed imilu quddiemu u joffrulu sagrifiċċji u jgħidu, ‘Dan hu Alla tiegħek, O Israel, li tellgħek mill-​art taʼ l-​Eġittu.’”+ 9 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Jien ħarist lejn dan il-​poplu, u, ara, hu poplu rasu iebsa.*+ 10 Għalhekk, issa ħallini, biex ir-​rabja tiegħi tixgħel kontrihom u neqridhom għalkollox,+ u lilek nagħmlek ġens kbir.”+

11 U Mosè taffa l-​korla* taʼ Ġeħova Alla tiegħu+ u qallu: “Għala, O Ġeħova, għandha r-​rabja tiegħek+ tixgħel kontra l-​poplu tiegħek li int ħriġt mill-​art taʼ l-​Eġittu b’qawwa kbira u b’id b’saħħitha? 12 Għala għandhom l-​Eġizzjani+ jgħidu, ‘B’intenzjoni ħażina ħariġhom sabiex joqtolhom qalb il-​muntanji u biex jeqridhom għalkollox minn fuq wiċċ l-​art’?+ Erġaʼ lura mir-​rabja taħraq tiegħek+ u ħa jiddispjaċik+ għad-​deni li trid tagħmel lill-​poplu tiegħek. 13 Ftakar fil-​qaddejja tiegħek, Abraham, Iżakk, u Israel, li lilhom ħlift bik innifsek,+ billi għedtilhom, ‘Se nkattar lil nisilkom bħall-​kwiekeb tas-​smewwiet,+ u din l-​art kollha li jien għażilt nagħtiha lil nisilkom,+ sabiex jiħduha f’idejhom għal żmien indefinit.’”+

14 U Ġeħova ddispjaċieh għad-​deni li kien qal li se jagħmel lill-​poplu tiegħu.+

15 Imbagħad Mosè dar u niżel minn fuq il-​muntanja+ biż-​żewġ twavel tat-​Testimonjanza+ f’idu, twavel bil-​kitba fuq iż-​żewġ naħat tagħhom. Kienu bil-​kitba fuq naħa waħda u fuq in-​naħa l-​oħra. 16 U t-​twavel kienu xogħol Alla, u l-​kitba kienet il-​kitba t’Alla minquxa fuq it-​twavel.+ 17 U Ġożwè beda jismaʼ l-​ħoss tan-​nies minħabba l-​għajat tagħhom, u qal lil Mosè: “Hemm ħoss taʼ battalja+ fil-​kamp.” 18 Imma dan qal:

“M’huwiex il-​ħoss tal-​kant minħabba xi għemil setgħan,+

U m’huwiex il-​ħoss tal-​kant taʼ xi telfa;

Hu l-​ħoss taʼ kant ieħor li qed nismaʼ.”

19 U ġara li, malli qorob lejn il-​kamp u setaʼ jara l-​għoġol+ u ż-​żfin, Mosè xegħel bir-​rabja, u minnufih xeħet it-​twavel li kellu f’idejh u farrakhom f’riġlejn il-​muntanja.+ 20 Imbagħad qabad l-​għoġol li kienu għamlu huma u ħarqu bin-​nar u taħnu sakemm sar trab,+ u wara ferrxu fuq wiċċ l-​ilmijiet+ u ġiegħel lil ulied Israel jixorbuh.+ 21 Imbagħad Mosè qal lil Aron: “X’għamillek dan il-​poplu biex int ġibt dnub kbir fuqu?” 22 Wieġbu Aron: “Tħallix ir-​rabja taʼ sidi tixgħel. Int tafhom sew lin-​nies, li huma inklinati lejn il-​ħażen.+ 23 Għalhekk, qaluli, ‘Agħmlilna alla li jimxi qabilna,+ għax dan Mosè, il-​bniedem li tellagħna mill-​art taʼ l-​Eġittu, ma nafux x’sar minnu.’ 24 Għaldaqstant għedtilhom, ‘Min għandu xi deheb? Irid ineħħih minn fuqu u jagħtihuli.’ U jien tfajtu fin-​nar, u ħareġ dan l-​għoġol.”

25 U Mosè ra li n-​nies kienu bla rażan, għax Aron kien ħalliehom isiru bla rażan+ b’għajb għalihom fost dawk li jopponuhom.+ 26 Imbagħad Mosè qagħad wieqaf f’bieb il-​kamp u qal: “Min hu fuq in-​naħa taʼ Ġeħova? Ħa jiġi ħdejja!”+ U wlied Levi kollha bdew jinġabru ħdejh. 27 Issa hu qalilhom: “Dan qal Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel, ‘Poġġu kull wieħed minnkom sejfu fuq ġenbu. Għaddu u erġgħu lura minn bieb għal bieb fil-​kamp u oqtlu kull wieħed lil ħuh u kull wieħed lil sieħbu u kull wieħed lill-​ħabib intimu tiegħu.’”+ 28 U wlied Levi+ għamlu kif kien qalilhom Mosè, u b’hekk mietu dakinhar madwar tlett elef raġel. 29 U Mosè ssokta jgħid: “Saħħu lilkom infuskom illum għas-​servizz taʼ Ġeħova,+ għaliex kull wieħed minnkom hu kontra ibnu stess u ħuh stess,+ u sabiex illum hu jitfaʼ barka fuqkom.”+

30 U ġara li l-​għada stess Mosè qal lin-​nies: “Intom—intom għamiltu dnub kbir,+ u issa jien se nitlaʼ ħdejn Ġeħova. Forsi nkun nistaʼ npatti għal dnubkom.”+ 31 Għalhekk, Mosè mar lura ħdejn Ġeħova u qallu: “Imma dan il-​poplu għamel dnub kbir, għax huma għamlu alla tad-​deheb għalihom infushom!+ 32 Imma issa li kont taħfrilhom dnubhom,+—u jekk le, ħassarni,+ jekk jogħġbok, mill-​ktieb tiegħek+ li ktibt.” 33 Madankollu, Ġeħova qal lil Mosè: “Kulmin dineb kontrija, inħassru mill-​ktieb tiegħi.+ 34 U issa, mur, mexxi lin-​nies lejn il-​post li għedtlek dwaru. Ara! L-​anġlu tiegħi jimxi qablek,+ u dakinhar li nġib il-​kastig żgur li se nikkastigahom għal dnubhom.”+ 35 U Ġeħova kkastiga lin-​nies minħabba l-​għoġol li kienu għamlu permezz t’Aron.+

33 U Ġeħova qal ukoll lil Mosè: “Mur, itlaʼ ’l fuq minn hawnhekk, int u l-​poplu li int tellajt mill-​art taʼ l-​Eġittu,+ lejn l-​art li dwarha jien ħlift lil Abraham, lil Iżakk, u lil Ġakobb, billi għedt, ‘Lil nislek se nagħtiha.’+ 2 U nibgħat anġlu qablek+ u nkeċċi lill-​Kangħanin, lill-​Amurrin, lill-​Ħittin, lill-​Pereżin, lill-​Ħiwwin, u lill-​Ġebusin;+ 3 lejn art li tnixxi ħalib u għasel,+ għax m’iniex se nitlaʼ f’nofsok, għaliex int poplu rasu iebsa,+ biex ma neqirdekx għalkollox fit-​triq.”+

4 Meta n-​nies semgħu din l-​aħbar kerha, bdew jitnikktu;+ u ħadd minnhom ma libes it-​tiżjin tiegħu. 5 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Għid lil ulied Israel, ‘Intom poplu rasu iebsa.+ F’mument wieħed+ nistaʼ nitlaʼ f’nofsok u neqirdek għalkollox. Għalhekk, issa inżaʼ minn fuqek it-​tiżjin tiegħek, għax irrid inkun naf x’se nagħmillek.’”+ 6 U wlied Israel neżgħu t-​tiżjin tagħhom minn fuqhom ħdejn il-​Muntanja Ħoreb+ u ma reġgħux libbsuh minn hemmhekk ’il quddiem.

7 U Mosè ħa t-​tinda tiegħu u waqqafha barra l-​kamp, ’il bogħod mill-​kamp; u semmieha tinda tal-​laqgħa. U ġara li kulmin kien jistaqsi x’jgħid+ Ġeħova kien joħroġ lejn it-​tinda tal-​laqgħa, li kienet barra l-​kamp. 8 U kien jiġri li malli Mosè kien joħroġ lejn it-​tinda, in-​nies kollha kienu jqumu,+ u joqogħdu kull wieħed fid-​daħla tat-​tinda tiegħu stess, u jħarsu fiss lejn Mosè sakemm jidħol fit-​tinda. 9 Kien jiġri wkoll li malli Mosè kien jidħol fit-​tinda, kienet tinżel il-​kolonna tas-​sħab,+ u tieqaf fid-​daħla tat-​tinda u Alla kien ikellem+ lil Mosè. 10 U n-​nies kollha kienu jaraw il-​kolonna tas-​sħab+ wieqfa fid-​daħla tat-​tinda, u n-​nies kollha kienu jqumu u jmilu kull wieħed fid-​daħla tat-​tinda tiegħu stess.+ 11 U Ġeħova kien ikellem lil Mosè wiċċ imbwiċċ,+ sewwasew bħalma bniedem ikellem lil sieħbu. Meta kien jerġaʼ lura lejn il-​kamp, il-​qaddej tiegħu+ Ġożwè, bin Nun,+ bħala assistent, ma kienx iwarrab mit-​tinda.

12 Issa Mosè qal lil Ġeħova: “Ara, int qed tgħidli, ‘Tellaʼ lil dan il-​poplu,’ imma int m’għarraftnix lil min se tibgħat miegħi. Iktar minn hekk, int stess għedt, ‘Nafek b’ismek+ u, barra minn hekk, int approvat f’għajnejja.’ 13 U issa, jekk jogħġbok, jekk jien approvat f’għajnejk,+ ġegħelni nkun naf, jekk jogħġbok, il-​mogħdijiet tiegħek,+ ħalli nkun nafek, sabiex inkun approvat f’għajnejk. U ftakar li dan il-​ġens hu l-​poplu tiegħek.”+ 14 Għalhekk, Hu qal: “Jien stess se niġi miegħek+ u żgur li se nagħtik il-​mistrieħ.”+ 15 Għal dan, Mosè qallu: “Jekk ma tiġix magħna int, ittellagħniex minn hawnhekk. 16 U, issa, biex se jkun magħruf li jien approvat f’għajnejk, jien u l-​poplu tiegħek? M’huwiex billi int tiġi magħna,+ minħabba li jien u l-​poplu tiegħek sirna differenti mill-​popli l-​oħrajn kollha li qegħdin fuq wiċċ l-​art?”+

17 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Se nagħmel ukoll din il-​ħaġa li tkellimt dwarha int,+ għaliex int approvat f’għajnejja u jien nafek b’ismek.” 18 Qallu: “Ħallini nara, jekk jogħġbok, il-​glorja tiegħek.”+ 19 Imma hu qal: “Jien innifsi se nġiegħlek tara t-​tjubija kollha tiegħi,+ u se niddikjara l-​isem taʼ Ġeħova quddiemek;+ u se napprova lil min napprova, u nuri ħniena lil min nuri ħniena.”+ 20 U hu żied: “Ma tistax tarali wiċċi, għaliex ebda bniedem ma jistaʼ jarani u madankollu jibqaʼ ħaj.”+

21 U Ġeħova qal ukoll: “Ara! Hawn post ħdejja, u int trid toqgħod fuq il-​blata. 22 U jrid iseħħ li meta tkun għaddejja l-​glorja tiegħi npoġġik f’toqba fil-​blata, u npoġġi l-​pala taʼ idi fuqek bħala għata sakemm inkun għaddejt. 23 Imbagħad inneħħi l-​pala taʼ idi, u int tarali dahri. Imma ma tistax tarali wiċċi.”+

34 Imbagħad Ġeħova qal lil Mosè: “Onqox għalik żewġ twavel tal-​ġebel bħal dawk taʼ l-​ewwel,+ u jien nikteb fuq it-​twavel il-​kliem li deher fuq l-​ewwel twavel,+ li farrakt int.+ 2 U lesti għal fil-​għodu, għax fil-​għodu trid titlaʼ fuq il-​Muntanja Sinaj u toqgħod ħdejja hemmhekk fuq il-​quċċata tal-​muntanja.+ 3 Imma ħadd ma jistaʼ jitlaʼ miegħek u, ukoll, qis li ħadd iktar ma jidher fuq il-​muntanja kollha.+ Iktar minn hekk, ebda merħla tan-​nagħaġ jew tal-​baqar m’għandha tirgħa quddiem din il-​muntanja.”+

4 Għaldaqstant, Mosè naqqax żewġ twavel tal-​ġebel bħal dawk taʼ l-​ewwel u qam kmieni fil-​għodu u telaʼ fuq il-​Muntanja Sinaj, bħalma kien ikkmandah Ġeħova, u ħa f’idu ż-​żewġ twavel tal-​ġebel. 5 U Ġeħova niżel+ fis-​sħaba u qagħad miegħu hemmhekk u ddikjara l-​isem taʼ Ġeħova.+ 6 U Ġeħova għadda minn quddiem wiċċu u ddikjara: “Ġeħova, Ġeħova, Alla ħanin+ u grazzjuż,+ bil-​mod biex jirrabja+ u għani fil-​qalb tajba bl-​imħabba+ u l-​verità,+ 7 jerfaʼ l-​qalb tajba bl-​imħabba għal eluf,+ jaħfer l-​iżball u l-​ksur tal-​liġi u d-​dnub,+ imma bl-​ebda mod ma jeħles lil dak li jkun mill-​kastig,+ u jġib il-​kastig għall-​iżball tal-​missirijiet fuq l-​ulied u fuq ulied l-​ulied, fuq it-​tielet ġenerazzjoni u fuq ir-​rabaʼ ġenerazzjoni.”+

8 Mosè minnufih għaġġel biex imil u jinxteħet fl-​art.+ 9 Imbagħad qal: “Jekk, issa, sibt il-​ħniena f’għajnejk, O Ġeħova, jekk jogħġbok, ħa jiġi f’nofsna Ġeħova,+ għaliex dan hu poplu rasu iebsa,+ u aħfer l-​iżball tagħna u d-​dnub tagħna,+ u ħudna bħala proprjetà tiegħek.”+ 10 Hu wieġbu: “Ara! Qed nagħmel patt: Quddiem in-​nies tiegħek kollha se nagħmel affarijiet taʼ l-​għaġeb li qatt ma nħolqu fl-​art kollha jew qalb il-​ġnus kollha;+ u n-​nies kollha li int qiegħed f’nofshom tabilħaqq se jaraw ix-​xogħol taʼ Ġeħova, għaliex miegħek qed nagħmel xi ħaġa li tqanqal il-​biżaʼ.+

11 “Min-​naħa tiegħek ħares dak li qed nikkmandak illum.+ Ara! Qed inkeċċi minn quddiemek l-​Amurrin, il-​Kangħanin, il-​Ħittin, il-​Pereżin, il-​Ħiwwin, u l-​Ġebusin.+ 12 Oqgħod attent li ma tagħmilx xi patt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art li sejjer fiha,+ li ma jmurx ikun xi nassa f’nofsok.+ 13 Imma l-​artali tagħhom tridu ġġarrfuhom, u l-​pilastri sagri tagħhom tridu tfarrkuhom, u l-​arbli sagri tagħhom tridu tqaċċtuhom.+ 14 Għax ma tridx tinxteħet fl-​art quddiem alla ieħor,+ għaliex Ġeħova, li ismu hu Għajjur, hu Alla għajjur;*+ 15 li ma tmurx tagħmel xi patt maʼ l-​abitanti taʼ l-​art, għax dawn żgur li se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom+ u joffru sagrifiċċji lill-​allat tagħhom,+ u ibqaʼ ċert li xi ħadd se jistiednek, u int tiekol xi ftit mis-​sagrifiċċju tiegħu.+ 16 Imbagħad ikollok tieħu xi wħud mill-​bniet tagħhom għal uliedek subien,+ u ibqaʼ ċert li l-​bniet tagħhom se jkollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom u jġiegħlu lil uliedek subien ikollhom relazzjoni immorali maʼ l-​allat tagħhom.+

17 “Tagħmilx idoli minn metall imdewweb bħala allat.+

18 “Għandek tħares il-​festa tal-​ħobż bla ħmira.+ Tiekol ħobż bla ħmira, bħalma kkmandajtek, sebat ijiem fiż-​żmien stabbilit fix-​xahar taʼ Abib,+ għaliex kien fix-​xahar taʼ Abib li int ħriġt mill-​Eġittu.

19 “Kulma jiftaħ il-​ġuf l-​ewwel darba jkun tiegħi,+ u, mill-​bhejjem kollha tiegħek, l-​ewwel ferħ raġel tal-​barrin u tan-​nagħaġ.+ 20 U l-​ewwel ferħ taʼ ħmar għandek tifdih b’nagħġa.+ Imma jekk ma tifdihx, trid tiksirlu għonqu. Għandek tifdi lil kull l-​ewwel imwieled minn uliedek.+ Ħadd m’għandu jidher quddiemi b’idu vojta.+

21 “Sitt ijiem għandek taħdem, imma fis-​sebaʼ jum tħares is-​Sabat.+ Fi żmien il-​ħrit u fil-​ħsad tħares is-​Sabat.+

22 “U tagħmel il-​festa tal-​ġimgħat tiegħek bl-​ewwel frott misjur tal-​ħsad tal-​qamħ,+ u l-​festa tal-​ġbir meta tkun se taqleb is-​sena.+

23 “Tliet darbiet fis-​sena l-​irġiel kollha tiegħek għandhom jidhru+ quddiem il-​Mulej il-​veru, Ġeħova, l-​Alla taʼ Israel. 24 Għax se nkeċċi lill-​ġnus minn quddiemek,+ u nkabbar it-​territorju tiegħek;+ u ħadd ma jkun jixtieq artek meta titlaʼ biex tara wiċċ Ġeħova Alla tiegħek tliet darbiet fis-​sena.+

25 “Toffrilix id-​demm tas-​sagrifiċċju flimkien maʼ xi ħaġa li jkun fiha l-​ħmira.+ U s-​sagrifiċċju tal-​festa tal-​Qbiż m’għandux jibqaʼ l-​lejl kollu sa fil-​għodu.+

26 “L-​aqwa mill-​ewwel frott misjur+ tal-​ħamrija tiegħek għandek iġġibu fid-​dar taʼ Ġeħova Alla tiegħek.+

“Tgħallix gidi f’ħalib ommu.”+

27 U Ġeħova ssokta jgħid lil Mosè: “Niżżel bil-​miktub għalik innifsek dan il-​kliem,+ għaliex hu fi qbil maʼ dan il-​kliem li se nagħmel patt miegħek u maʼ Israel.”+ 28 U hu baqaʼ hemmhekk maʼ Ġeħova erbgħin jum u erbgħin lejl. La kiel ħobż u lanqas xorob ilma.+ U Hu kiteb fuq it-​twavel il-​kliem tal-​patt, l-​Għaxar Kelmiet.+

29 Issa ġara li, meta Mosè niżel minn fuq il-​Muntanja Sinaj, iż-​żewġ twavel tat-​Testimonjanza kienu f’id Mosè meta niżel minn fuq il-​muntanja,+ u Mosè ma kienx jaf li mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-​raġġi minħabba li kien tkellem miegħu.+ 30 Meta Aron u wlied Israel kollha raw lil Mosè, mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu ħerġin ir-​raġġi u beżgħu jersqu qribu.+

31 U Mosè sejħilhom. Għalhekk, Aron u l-​kapijiet ewlenin kollha fost il-​ġemgħa ġew lura ħdejh, u Mosè beda jkellimhom. 32 Imbagħad wara dan ġew qribu wlied Israel kollha, u hu beda jikkmandahom kulma kien qallu Ġeħova fuq il-​Muntanja Sinaj.+ 33 Meta Mosè kien jispiċċa jitkellem magħhom, kien ipoġġi velu fuq wiċċu.+ 34 Imma meta Mosè kien jidħol quddiem Ġeħova biex ikellmu, kien ineħħi l-​velu sakemm joħroġ.+ U kien joħroġ u jgħid lil ulied Israel dak li kien jiġi kmandat.+ 35 U wlied Israel kienu jaraw wiċċ Mosè, li mill-​ġilda taʼ wiċċu kienu joħorġu r-​raġġi;+ u Mosè kien ipoġġi lura l-​velu fuq wiċċu sakemm kien jidħol biex ikellmu.+

35 Iktar tard Mosè sejjaħ lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel flimkien u qalilhom: “Dan hu l-​kliem li kkmanda Ġeħova, biex nagħmluh:+ 2 F’sitt ijiem jistaʼ jsir ix-​xogħol,+ imma s-​sebaʼ jum isir għalikom xi ħaġa qaddisa, Sabat taʼ mistrieħ komplet lil Ġeħova. Kulmin jagħmel xi xogħol fih jingħata l-​mewt.+ 3 Tkebbsux nar fi kwalunkwe post fejn tgħammru f’jum is-​Sabat.”

4 U Mosè ssokta jgħid lill-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel: “Din hi l-​kelma li kkmanda Ġeħova, meta qal, 5 ‘Minn fostkom iġbru kontribuzzjoni għal Ġeħova.+ Ħalli kulmin lest li jagħti minn qalbu+ jġibha bħala l-​kontribuzzjoni taʼ Ġeħova, jiġifieri, deheb, fidda, ram aħmar,+ 6 ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* għażel fin, xagħar tal-​mogħoż,+ 7 ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor, ġlud tal-​bumerin, injam taʼ l-​akaċja, 8 żejt għad-​dawwala, żejt tal-​balzmu għaż-​żejt tad-​dlik u għall-​inċens ifuħ,+ 9 u ħaġar taʼ l-​oniċi u ħaġar ingastat għall-​efod+ u għall-​pettoral.+

10 “‘U ħalli kulmin hu tas-​sengħa+ fostkom jiġi u jagħmel kulma kkmanda Ġeħova, 11 jiġifieri, it-​tabernaklu bit-​tinda tiegħu u bl-​għata tiegħu, il-​ganċijiet, it-​twavel* tal-​qafas, it-​traversi, il-​kolonni, u l-​pedestalli bl-​ingast tiegħu; 12 l-Arka+ u l-​lasti tagħha,+ l-​għatu+ u l-​purtiera+ li tifred; 13 il-mejda+ u l-​lasti tagħha u l-​għodod kollha tagħha u l-​ħobż tal-​preżenza;+ 14 il-gandlier+ li jdawwal u l-​għodod tiegħu u l-​imsiebaħ tiegħu u ż-​żejt+ għad-​dawl; 15 l-artal taʼ l-​inċens+ u l-​lasti tiegħu; u ż-​żejt tad-​dlik u l-​inċens ifuħ;+ il-​purtiera għad-​daħla tat-​tabernaklu; 16 l-artal+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​gradilja tar-​ram aħmar għalih, il-​lasti tiegħu u l-​għodod kollha tiegħu; il-​vaska+ u l-​bażi tagħha; 17 il-purtieri tal-​bitħa,+ il-​pilastri tagħha u l-​pedestalli bl-​ingast tagħha; u l-​purtiera tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa; 18 l-imsiemer tat-​tined tat-​tabernaklu u l-​imsiemer tat-​tined tal-​bitħa u l-​ħbula tagħhom;+ 19 u l-​ilbies+ minsuġ fin biex jaqdu bih fis-​santwarju, l-​ilbies qaddis+ għal Aron, il-​qassis, u l-​ilbies taʼ wliedu biex jaqdu bħala qassisin.’”

20 U l-​ġemgħa kollha taʼ wlied Israel ħarġet minn quddiem Mosè. 21 Imbagħad ġew dawk kollha li qalbhom ġegħlithom+ u dawk kollha li l-​ispirtu tagħhom qanqalhom u ġabu l-​kontribuzzjoni taʼ Ġeħova għax-​xogħol tat-​tinda tal-​laqgħa u għas-​servizz kollu tagħha u għall-​ilbies qaddis. 22 U baqgħu ġejjin, l-​irġiel flimkien man-​nisa, kulmin kien lest li jagħti minn qalbu. Ġabu labar, imsielet, ċrieket, u tiżjin tan-​nisa, kull xorta t’oġġetti tad-​deheb, jiġifieri, kulmin ippreżenta l-​offerta tat-​tixjir tad-​deheb lil Ġeħova.+ 23 U kulmin instab li għandu ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, għażel fin, xagħar tal-​mogħoż, ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor, u ġlud tal-​bumerin, ġabhom.+ 24 Kulmin ta l-​kontribuzzjoni taʼ fidda u ram aħmar ġab il-​kontribuzzjoni taʼ Ġeħova, u kulmin instab li għandu l-​injam taʼ l-​akaċja għax-​xogħol kollu tas-​servizz, ġabu.

25 U n-​nisa kollha li kienu tas-​sengħa+ nisġu b’idejhom, u bħala ħajt għall-​insiġ baqgħu jġibu l-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat, u l-​għażel fin. 26 U n-​nisa kollha tas-​sengħa li qlubhom qanqluhom nisġu x-​xagħar tal-​mogħoż.

27 U l-​kapijiet ewlenin ġabu l-​ħaġar taʼ l-​oniċi u l-​ħaġar ingastat għall-​efod u għall-​pettoral,+ 28 u ż-​żejt tal-​balzmu u ż-​żejt għad-​dawl u għaż-​żejt tad-​dlik u għall-​inċens ifuħ.+ 29 Kull raġel u mara li qlubhom qanqluhom biex iġibu xi ħaġa għax-​xogħol kollu li Ġeħova kien ikkmandahom jagħmlu, permezz taʼ Mosè, ġabuha; ulied Israel ġabu offerta volontarja lil Ġeħova.+

30 Imbagħad Mosè qal lil ulied Israel: “Ara, Ġeħova sejjaħ b’ismu lil Besalel,+ bin Uri, bin Ħur, mit-​tribù taʼ Ġuda. 31 U mlieh bl-​ispirtu t’Alla fl-​għerf, fl-​abbiltà li jifhem, fl-​għarfien, u f’kull xorta taʼ ħila fis-​sengħa 32 u biex ifassal proġetti, biex jaħdem fid-​deheb u l-​fidda u r-​ram aħmar,+ 33 u biex jaħdem il-​ħaġar biex jingastah u jaħdem l-​injam ħalli jagħmel oġġetti taʼ kull tip magħmulin b’sengħa kbira.+ 34 U daħħalhielu f’qalbu li għandu jgħallem, hu u Oħolijab,+ bin Aħisamak mit-​tribù taʼ Dan. 35 Imlielhom qalbhom bl-​għerf+ biex jagħmlu x-​xogħol kollu taʼ bniedem tas-​sengħa u taʼ min jirrakkma+ u taʼ min jinseġ bil-​ħajt blu, bis-​suf miżbugħ vjola ħamrani, bil-​materjal lewn l-​iskarlat, u bl-​għażel fin, u taʼ min jinseġ bin-​newl, irġiel li jagħmlu kull tip taʼ xogħol u tfassil taʼ proġetti.

36 “U Besalel irid jaħdem, kif ukoll Oħolijab+ u kull bniedem tas-​sengħa li Ġeħova tah l-​għerf+ u l-​abbiltà li jifhem+ f’dawn l-​affarijiet sabiex ikun jaf kif jagħmel ix-​xogħol kollu tas-​servizz qaddis skond kulma kkmanda Ġeħova.”+

2 U Mosè sejjaħ lil Besalel u lil Oħolijab u lil kull bniedem tas-​sengħa li Ġeħova kien poġġielu l-​għerf f’qalbu,+ kulmin qalbu qanqlitu biex jersaq ħalli jagħmel ix-​xogħol.+ 3 Imbagħad ħadu minn quddiem Mosè l-​kontribuzzjoni kollha+ li wlied Israel kienu ġabu għax-​xogħol tas-​servizz qaddis sabiex jagħmluh, u, inkwantu għal dawn taʼ l-​aħħar, huma baqgħu jġibulu offerta volontarja għodwa wara għodwa.

4 U l-​għorrief kollha li kienu qed jagħmlu x-​xogħol qaddis kollu ġew wieħed wara l-​ieħor minn fuq ix-​xogħol tagħhom li kienu qed jagħmlu, 5 u qalu lil Mosè: “In-​nies qed iġibu ħafna iktar milli hemm bżonn għas-​servizz tax-​xogħol li Ġeħova kkmanda li jsir.” 6 Għalhekk, Mosè ordna li għandhom joħorġu avviż mal-​kamp kollu, li jgħid: “Irġiel u nisa, iġġibux iktar affarijiet għall-​kontribuzzjoni qaddisa.” B’hekk, in-​nies kienu miżmumin milli jġibu iżjed. 7 U kien hemm biżżejjed affarijiet, u iktar minn biżżejjed, għax-​xogħol kollu li kellu jsir.

8 U dawk kollha tas-​sengħa+ fost dawk li kienu qed jagħmlu x-​xogħol bdew jagħmlu t-​tabernaklu,+ l-​għaxar biċċiet drapp tat-​tined taʼ l-​għażel fin mibrum, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat;* bil-​kerubini rrakkmati għamluhom, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa. 9 It-tul taʼ kull biċċa drapp tat-​tined kien tmienja u għoxrin kubitu, u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp tat-​tined erbaʼ kubiti. Kien hemm qjies wieħed għall-​bċejjeċ kollha tad-​drapp tat-​tined. 10 Imbagħad ġonġa ħames biċċiet drapp tat-​tined waħda maʼ l-​oħra,+ u l-​ħames biċċiet drapp tat-​tined l-​oħrajn ġonġiehom waħda maʼ l-​oħra. 11 Imbagħad għamel anelli tal-​ħajt blu f’tarf biċċa waħda mid-​drapp tat-​tined, fil-​post fejn jingħaqdu. Hu għamel l-​istess f’tarf il-​biċċa drapp tat-​tined tat-​tarfnett fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu.+ 12 Għamel ħamsin anella fuq biċċa waħda mid-​drapp tat-​tined, u għamel ħamsin anella f’tarf il-​biċċa drapp tat-​tined li kienet fil-​post l-​ieħor fejn jingħaqdu, u b’hekk l-​anelli kienu faċċata taʼ xulxin.+ 13 Fl-aħħar għamel ħamsin ganċ tad-​deheb u ġonġa l-​bċejjeċ tad-​drapp tat-​tined waħda maʼ l-​oħra permezz tal-​ganċijiet, u b’hekk it-​tabernaklu sar ħaġa waħda.+

14 U ssokta jagħmel bċejjeċ tad-​drapp tat-​tined mix-​xagħar tal-​mogħoż għat-​tinda taʼ fuq it-​tabernaklu. Għamel ħdax-il biċċa drapp tat-​tined.+ 15 It-tul taʼ kull biċċa drapp kien tletin kubitu, u l-​wisaʼ taʼ kull biċċa drapp erbaʼ kubiti. Kien hemm qjies wieħed għall-​ħdax-il biċċa drapp tat-​tined.+ 16 Imbagħad ġonġa flimkien ħames biċċiet drapp għalihom u s-​sitt biċċiet drapp l-​oħrajn għalihom.+ 17 Imbagħad għamel ħamsin anella fit-​tarf tal-​biċċa drapp tat-​tined tat-​tarfnett fil-​post fejn jingħaqdu, u għamel ħamsin anella fit-​tarf tal-​biċċa drapp tat-​tined l-​oħra li ġġonġiet magħha.+ 18 Wara dan, għamel ħamsin ganċ tar-​ram aħmar biex iġonġi t-​tinda flimkien biex issir biċċa waħda.+

19 U għamel għata għat-​tinda mill-​ġlud tal-​muntun miżbugħin ħomor u għata mill-​ġlud tal-​bumerin+ fuqnett.+

20 Imbagħad għamel it-​twavel* weqfin għall-​qafas tat-​tabernaklu mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ 21 It-tul taʼ tavla kien għaxar kubiti, u l-​wisaʼ taʼ kull tavla kubitu u nofs.+ 22 Kull tavla kellha żewġ minċotti mwaħħlin wieħed maʼ l-​ieħor. Hekk għamel bit-​twavel kollha tal-​qafas tat-​tabernaklu.+ 23 Għalhekk, għamel it-​twavel tal-​qafas tat-​tabernaklu, għoxrin tavla għall-​ġenb li jħares lejn in-​Negeb, lejn in-​nofsinhar.+ 24 U għamel erbgħin pedestall bl-​ingast tal-​fidda għal taħt l-​għoxrin tavla, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda biż-​żewġ minċotti tagħha u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra biż-​żewġ minċotti tagħha.+ 25 U għall-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu, in-​naħa tat-​tramuntana, għamel għoxrin tavla+ 26 u l-​erbgħin pedestall bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, żewġ pedestalli bl-​ingast taħt tavla waħda u żewġ pedestalli bl-​ingast taħt it-​tavla l-​oħra.+

27 U għan-​naħa taʼ wara tat-​tabernaklu lejn il-​punent għamel sitt twavel.+ 28 U għamel żewġ twavel bħala pilastri għall-​kantunieri tat-​tabernaklu fuq iż-​żewġ naħat taʼ wara tiegħu.+ 29 U kienu doppji n-​naħa t’isfel u baqgħu telgħin pariġġ xulxin san-​naħa taʼ fuq fejn kienu jingħaqdu flimkien fl-​ewwel ħolqa. Hekk għamel lit-​tnejn li huma, liż-​żewġ pilastri għall-​kantunieri.+ 30 Għalhekk, kien hemm tmien twavel u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​fidda tagħhom, sittax b’kollox, żewġ pedestalli bl-​ingast ħdejn żewġ pedestalli bl-​ingast taħt kull tavla.+

31 U ssokta jagħmel traversi mill-​injam taʼ l-​akaċja, ħamsa għat-​twavel taʼ ġenb wieħed tat-​tabernaklu+ 32 u ħames traversi għat-​twavel tal-​ġenb l-​ieħor tat-​tabernaklu u ħames traversi għat-​twavel tal-​qafas tat-​tabernaklu għaż-​żewġ naħat taʼ wara lejn il-​punent.+ 33 Imbagħad għamel it-​traversa tan-​nofs tgħaddi minn nofs it-​twavel minn tarf wieħed sa l-​ieħor.+ 34 U kesa t-​twavel bid-​deheb, u l-​ħoloq tagħhom għamilhom tad-​deheb bħala appoġġ għat-​traversi, u ssokta jiksi t-​traversi bid-​deheb.+

35 U għamel purtiera+ minn ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum. Għamilha bil-​kerubini+ rrakkmati, ix-​xogħol taʼ wieħed tas-​sengħa. 36 Imbagħad għamlilha erbaʼ kolonni taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb, u l-​kavilji tagħhom kienu tad-​deheb, u għamlilhom erbaʼ pedestalli bl-​ingast mill-​fidda mdewba.+ 37 U ssokta jagħmel purtiera għad-​daħla tat-​tinda minn ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum, ix-​xogħol taʼ nissieġ,+ 38 u l-​ħames kolonni tagħha u l-​kavilji tagħhom. U ksielhom il-​parti taʼ fuq tagħhom u l-​irbit tagħhom bid-​deheb, imma l-​ħames pedestalli bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar.+

37 Besalel+ issa għamel l-​Arka+ mill-​injam taʼ l-​akaċja. It-​tul tagħha kien żewġ kubiti u nofs, u l-​wisaʼ tagħha kubitu u nofs, u l-​għoli tagħha kubitu u nofs.+ 2 Imbagħad ksieha b’deheb pur minn ġewwa u minn barra u għamlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+ 3 Imbagħad għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-​deheb imdewweb, biex jitpoġġew ’il fuq mill-​erbaʼ saqajn tagħha, b’żewġ ħolqiet fuq ġenb wieħed u żewġ ħolqiet fuq il-​ġenb l-​ieħor tagħha.+ 4 Wara għamel lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb.+ 5 Imbagħad għadda l-​lasti minn ġol-​ħoloq fuq il-​ġnub taʼ l-​Arka biex tinġarr l-​Arka.+

6 U ssokta jagħmel l-​għatu+ tad-​deheb pur. It-​tul tiegħu kien żewġ kubiti u nofs, u l-​wisaʼ tiegħu kubitu u nofs.+ 7 Għamel ukoll żewġ kerubini tad-​deheb. Għamilhom maħdumin bil-​martell fuq iż-​żewġt itruf taʼ l-​għatu.+ 8 Kerubin wieħed kien fit-​tarf taʼ lil hemm, u l-​kerubin l-​ieħor fit-​tarf taʼ lil hawn. Il-​kerubini għamilhom fuq l-​għatu fuq iż-​żewġt itruf tiegħu.+ 9 U l-​kerubini kienu biż-​żewġ ġwienaħ tagħhom miftuħin ’il fuq, jgħattu l-​għatu bi ġwinħajhom,+ u kienu b’wiċċhom lejn xulxin. L-​uċuħ tal-​kerubini kienu jħarsu lejn l-​għatu.+

10 U għamel il-​mejda mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ It-​tul tagħha kien żewġ kubiti, u l-​wisaʼ tagħha kubitu, u l-​għoli tagħha kubitu u nofs.+ 11 Imbagħad ksieha b’deheb pur u għamlilha bordura tad-​deheb dawramejt.+ 12 Imbagħad għamlilha xifer dawramejt il-​wisaʼ taʼ id u għamel bordura tad-​deheb għax-​xifer tagħha dawramejt.+ 13 Barra minn hekk, għamlilha erbaʼ ħolqiet mid-​deheb imdewweb u poġġa l-​ħoloq fl-​erbaʼ kantunieri fejn kien hemm l-​erbaʼ saqajn.+ 14 Il-ħoloq kienu qrib ix-​xifer, bħala appoġġ għal-​lasti biex tinġarr il-​mejda.+ 15 Imbagħad għamel lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb biex tinġarr il-​mejda.+ 16 Imbagħad mid-​deheb pur+ għamel l-​għodod li qegħdin fuq il-​mejda, il-​platti u l-​kwies tagħha, l-​iskutelli u l-​buqari tagħha li bihom iferrgħu l-​offerti tal-​likwidi.

17 Imbagħad għamel il-​gandlier+ tad-​deheb pur. Il-​gandlier ħadmu bil-​martell. Minnu ħarġu l-​ġnub, il-​friegħi, il-​fjuri, il-​boċċi, u l-​petali tiegħu.+ 18 U sitt fergħat kienu ħerġin mill-​ġnub tiegħu, tliet fergħat tal-​gandlier minn ġenb wieħed tiegħu u tliet fergħat tal-​gandlier mill-​ġenb l-​ieħor tiegħu.+ 19 Tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż kienu fuq il-​friegħi taʼ ġenb wieħed, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom; u tliet fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż kienu fuq il-​friegħi tal-​ġenb l-​ieħor, bil-​boċċi u l-​petali bejniethom. Hekk kienu s-​sitt fergħat li kienu ħerġin mill-​gandlier.+ 20 U fuq il-​gandlier kien hemm erbaʼ fjuriet forma taʼ fjura tal-​lewż, bil-​boċċi u l-​petali tiegħu bejniethom.+ 21 U l-​boċċa taħt żewġ fergħat kienet ħierġa minnu, u l-​boċċa taħt żewġ fergħat oħra kienet ħierġa minnu, u l-​boċċa taħt iż-​żewġ fergħat l-​oħra kienet ħierġa minnu, għas-​sitt fergħat li kienu ħerġin mill-​gandlier.+ 22 Il-boċċi tagħhom u l-​friegħi tagħhom kienu ħerġin minnu. Kollox biċċa waħda maħdum bil-​martell, u tad-​deheb pur.+ 23 Imbagħad għamel is-​sebaʼ msiebaħ tiegħu u l-​imqassijiet tiegħu li jżommu l-​ftila u r-​reċipjenti għall-​ftejjel maħruqin tiegħu tad-​deheb pur.+ 24 B’talent deheb pur għamel lilu u l-​għodod kollha tiegħu.

25 Imbagħad għamel l-​artal taʼ l-​inċens+ mill-​injam taʼ l-​akaċja.+ It-​tul tiegħu kien kubitu, u l-​wisaʼ tiegħu kubitu, għax kien kwadru, u l-​għoli tiegħu kien żewġ kubiti. Il-​qrun tiegħu kienu ħerġin minnu.+ 26 Imbagħad ksieh bid-​deheb pur, il-​wiċċ taʼ fuq tiegħu u l-​ġnub tiegħu dawramejt u l-​qrun tiegħu, u għamillu bordura tad-​deheb dawramejt.+ 27 U għamillu żewġ ħolqiet tad-​deheb ’l isfel mill-​bordura tiegħu fuq tnejn mill-​ġnub tiegħu, fuq żewġt iġnub tiegħu faċċata taʼ xulxin, bħala appoġġ għal-​lasti biex iġorruh bihom.+ 28 Wara dan, għamel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bid-​deheb.+ 29 Għamel ukoll iż-​żejt tad-​dlik qaddis+ u l-​inċens pur ifuħ,+ ix-​xogħol taʼ wieħed li jagħmel l-​ingwent.

38 U għamel ukoll l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq mill-​injam taʼ l-​akaċja. It-​tul tiegħu kien ħames kubiti, u l-​wisaʼ tiegħu ħames kubiti, għax kien kwadru, u l-​għoli tiegħu kien tliet kubiti.+ 2 Imbagħad għamel il-​qrun tiegħu+ fuq l-​erbaʼ kantunieri tiegħu. Il-​qrun tiegħu kienu ħerġin minnu. Imbagħad ksieh bir-​ram aħmar.+ 3 Wara dan, għamel l-​għodod kollha taʼ l-​artal, ir-​reċipjenti għall-​irmied u l-​pali u l-​iskutelli, il-​frieket u r-​reċipjenti għall-​ġamar. L-​għodod kollha tiegħu għamilhom tar-​ram aħmar.+ 4 Għamel ukoll għall-​artal gradilja, xibka tar-​ram aħmar, taħt ix-​xifer tiegħu, ’l isfel sa nofs l-​għoli tiegħu.+ 5 Imbagħad għamel erbaʼ ħolqiet fuq l-​erbaʼ kantunieri ħdejn il-​gradilja tar-​ram aħmar, bħala appoġġ għal-​lasti. 6 Wara dan, għamel il-​lasti mill-​injam taʼ l-​akaċja u ksiehom bir-​ram aħmar.+ 7 Imbagħad għadda l-​lasti minn ġol-​ħoloq fuq il-​ġnub taʼ l-​artal biex iġorruh bihom.+ Għamlu forma taʼ kaxxa tat-​twavel, vojt minn ġewwa.+

8 Imbagħad għamel il-​vaska tar-​ram aħmar+ u l-​bażi tagħha tar-​ram aħmar billi uża l-​mirja* tal-​qaddejja nisa li kienu organizzati għas-​servizz fid-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa.+

9 U għamel il-​bitħa.+ Għan-​naħa tan-​Negeb, lejn in-​nofsinhar, il-​purtieri tal-​bitħa kienu taʼ l-​għażel fin mibrum, għal tul taʼ mitt kubitu.+ 10 L-għoxrin pilastru tagħhom u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda.+ 11 Ukoll, għan-​naħa tat-​tramuntana kien hemm mitt kubitu. L-​għoxrin pilastru tagħhom u l-​għoxrin pedestall bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda.+ 12 Imma għan-​naħa tal-​punent il-​purtieri kienu għal tul taʼ ħamsin kubitu. Il-​pilastri tagħhom kienu għaxra u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom għaxra.+ Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda. 13 U għan-​naħa tal-​lvant lejn tlugħ ix-​xemx kien hemm ħamsin kubitu.+ 14 Il-purtieri kienu għal tul taʼ ħmistax-il kubitu fuq ġenb wieħed. Il-​pilastri tagħhom kienu tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 15 U għall-​ġenb l-​ieħor, fuq din in-​naħa kif ukoll fuq l-​oħra, tal-​bieb tal-​bitħa, il-​purtieri kienu għal tul taʼ ħmistax-il kubitu. Il-​pilastri tagħhom kienu tlieta u l-​pedestalli bl-​ingast tagħhom tlieta.+ 16 Il-purtieri kollha tal-​bitħa dawramejt kienu taʼ l-​għażel fin mibrum. 17 U l-​pedestalli bl-​ingast għall-​pilastri kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tal-​pilastri u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda u l-​parti taʼ fuq tagħhom kienet miksija bil-​fidda, u kien hemm irbit tal-​fidda għall-​pilastri kollha tal-​bitħa.+

18 U l-​purtiera tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa kienet ix-​xogħol taʼ nissieġ, tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat,* u għażel fin mibrum,+ u t-​tul kien għoxrin kubitu, u l-​għoli minn tarf sa l-​ieħor tagħha kien ħames kubiti daqs il-​purtieri tal-​bitħa.+ 19 U l-​erbaʼ pilastri tagħhom u l-​erbaʼ pedestalli bl-​ingast tagħhom kienu tar-​ram aħmar. Il-​kavilji tagħhom kienu tal-​fidda u l-​kisi tal-​parti taʼ fuq tagħhom u l-​irbit tagħhom kienu tal-​fidda. 20 U l-​imsiemer tat-​tined kollha għat-​tabernaklu u għall-​bitħa dawramejt kienu tar-​ram aħmar.+

21 Dawn li ġejjin huma l-​affarijiet li hemm fl-​inventarju tat-​tabernaklu, it-​tabernaklu tat-​Testimonjanza,+ li sar inventarju tiegħu bl-​ordni taʼ Mosè, bħala s-​servizz tal-​Leviti+ taħt il-​gwida taʼ Itamar,+ bin Aron il-​qassis. 22 U Besalel,+ bin Uri, bin Ħur, mit-​tribù taʼ Ġuda, għamel kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 23 U miegħu kien hemm Oħolijab+ bin Aħisamak, mit-​tribù taʼ Dan, bniedem tas-​sengħa u wieħed li jirrakkma u jinseġ il-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat, u l-​għażel fin.

24 Id-deheb kollu li ntuża għax-​xogħol li sar fix-​xogħol kollu tal-​post qaddis kien daqs id-​deheb preżentat għall-​offerta tat-​tixjir,+ disgħa u għoxrin talent u sebaʼ mija u tletin xekel skond ix-​xekel+ tal-​post qaddis.+ 25 U l-​fidda taʼ dawk mill-​ġemgħa li kienu reġistrati kienet mitt talent u elf, sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis. 26 In-nofs xekel għal kull individwu kien in-​nofs xekel skond ix-​xekel tal-​post qaddis, għal kull raġel li kien qed jgħaddi għal maʼ dawk li kienu reġistrati, minn għoxrin sena ’l fuq,+ b’kollox sitt mija u tlett elef, ħames mija u ħamsin.+

27 U mitt talent fidda ġiet imdewba biex isiru l-​pedestalli bl-​ingast tal-​post qaddis u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​purtiera. Mitt talent servew għal mitt pedestall bl-​ingast, talent għal kull pedestall bl-​ingast.+ 28 U mill-​elf, sebaʼ mija u ħamsa u sebgħin xekel għamel kavilji għall-​pilastri u ksielhom il-​parti taʼ fuq u għaqqadhom flimkien.

29 U r-​ram aħmar taʼ l-​offerta tat-​tixjir kien sebgħin talent u elfejn u erbaʼ mitt xekel. 30 U b’dan għamel il-​pedestalli bl-​ingast għad-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal tar-​ram aħmar u l-​gradilja tiegħu tar-​ram aħmar, u l-​għodod kollha taʼ l-​artal, 31 u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​bitħa dawramejt, u l-​pedestalli bl-​ingast tal-​bieb tal-​bitħa, u l-​imsiemer tat-​tined kollha tat-​tabernaklu u l-​imsiemer tat-​tined kollha+ tal-​bitħa dawramejt.

39 U mill-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat*+ għamlu lbies+ minsuġ fin biex jaqdu bih fil-​post qaddis.+ Għalhekk, għamlu l-​ilbies qaddis+ li kien għal Aron, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

2 Għaldaqstant, hu għamel l-​efod+ tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum. 3 Imbagħad ħadmu l-​pjanċi tad-​deheb u għamluhom folji rqaq, u minnhom hu qataʼ l-​ħjut biex jaħdimhom mal-​ħajt blu, is-​suf miżbugħ vjola ħamrani, il-​materjal lewn l-​iskarlat, u l-​għażel fin, bħala x-​xogħol taʼ wieħed li jirrakkma.+ 4 Huma għamlulu l-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn li kienu marbutin. Kien marbut fiż-​żewġt itruf tiegħu. 5 U l-​ħżiem, li kien fuq l-​efod biex jorbtu sew, inħadem bl-​istess mod, bl-​istess materjal, tad-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

6 Imbagħad għamlu l-​ħaġar taʼ l-​oniċi+ ingastat fid-​deheb, minqux, bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, skond l-​ismijiet taʼ wlied Israel.+ 7 Għalhekk, hu poġġiehom fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod bħala ħaġar tat-​tifkira+ għal ulied Israel, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè. 8 Imbagħad għamel il-​pettoral+ maħdum bis-​sengħa taʼ wieħed li jirrakkma, bħalma nħadem bis-​sengħa l-​efod, mid-​deheb, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal lewn l-​iskarlat, u għażel fin mibrum.+ 9 Kien kwadru meta kien ikun mitwi fi tnejn. Il-​pettoral, meta kien ikun mitwi fi tnejn, għamluh twil xiber u wiesaʼ xiber.+ 10 Imbagħad imlewh b’erbaʼ ringieli ħaġar. L-​ewwel+ ringiela kien fiha rubin, topazju, u żmerald. 11 U t-​tieni+ ringiela turkina, żaffir,+ u djaspru.+ 12 U t-​tielet+ ringiela ħaġra tal-​lesem,* agata, u ametist. 13 U r-​rabaʼ+ ringiela krisolitu, oniċi,+ u ġada. Ġew ingastati b’ingasti tad-​deheb fid-​dwawar tagħhom. 14 U l-​ħaġar kien skond l-​ismijiet taʼ wlied Israel. Kienu tnax skond ismijiethom, u saru bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill, kull waħda tkun minquxa bl-​isem taʼ kull wieħed mit-​tnax-il tribù.+

15 U fuq il-​pettoral għamlu ktajjen minsuġin, maħdumin bħal ħabel, tad-​deheb pur.+ 16 Imbagħad għamlu żewġ ingasti tad-​deheb u żewġ ħolqiet tad-​deheb u qiegħdu ż-​żewġ ħolqiet fuq iż-​żewġt itruf tal-​pettoral.+ 17 Wara dan, għaddew iż-​żewġ ħbula tad-​deheb miż-​żewġ ħolqiet li hemm fit-​truf tal-​pettoral.+ 18 U għaddew iż-​żewġt itruf taż-​żewġ ħbula miż-​żewġ ingasti. Imbagħad poġġewhom fuq il-​bċejjeċ taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod, fuq il-​quddiem tiegħu.+ 19 Imbagħad għamlu żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħduhom fiż-​żewġt itruf tal-​pettoral fuq it-​tarf tiegħu li qiegħed fuq in-​naħa taʼ ġewwa li tmiss maʼ l-​efod.+ 20 Imbagħad għamlu żewġ ħolqiet tad-​deheb u qegħduhom fuq il-​biċċtejn taʼ fuq l-​ispallejn taʼ l-​efod minn taħt, fuq il-​quddiem tiegħu, ħdejn il-​post fejn jintrabat, ’il fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod.+ 21 Fl-aħħar rabtu l-​pettoral mill-​ħoloq tiegħu mal-​ħoloq taʼ l-​efod b’lazz blu, biex jibqaʼ ’l fuq mill-​ħżiem taʼ l-​efod, u b’hekk il-​pettoral ma jiċċaqlaqx minn fuq l-​efod, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+

22 Imbagħad għamel il-​libsa bla kmiem+ taʼ l-​efod kollha kemm hi tal-​ħajt blu, maħduma bis-​sengħa taʼ wieħed li jinseġ bin-​newl. 23 U l-​iskollatura tal-​libsa bla kmiem kienet fin-​nofs tagħha, bħall-​iskollatura taʼ kurazza. L-​iskollatura tagħha kellha bordura dawramejt sabiex ma titqattax.+ 24 Imbagħad mal-​keffa tal-​libsa bla kmiem għamlu rummien tal-​ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat, mibrumin flimkien.+ 25 Ukoll, għamlu ġlieġel tad-​deheb pur u poġġew il-​ġlieġel bejn ir-​rummien+ mal-​keffa tal-​libsa bla kmiem dawramejt, bejn ir-​rummien; 26 ġolġol u rummiena, ġolġol u rummiena mal-​keffa tal-​libsa bla kmiem dawramejt,+ biex jaqdu biha, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

27 Imbagħad għamlu l-​ilbiesi twal taʼ l-​għażel fin,+ maħdumin bis-​sengħa taʼ wieħed li jinseġ bin-​newl, għal Aron u għal uliedu, 28 u t-​turbant+ taʼ l-​għażel fin u l-​għata tar-​ras ornamentali taʼ l-​għażel fin+ u l-​qliezet taʼ taħt+ taʼ l-​għażel fin mibrum, 29 u t-​terħa+ taʼ l-​għażel fin mibrum, ħajt blu, suf miżbugħ vjola ħamrani, u materjal lewn l-​iskarlat, ix-​xogħol taʼ nissieġ, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

30 Fl-aħħar għamlu l-​istrixxa tleqq, is-​sinjal qaddis tad-​dedikazzjoni, mid-​deheb pur u naqqxu iskrizzjoni fuqha bħalma jsir it-​tinqix taʼ siġill: “Il-​qdusija hi taʼ Ġeħova.”+ 31 U għamlulha lazz tal-​ħajt blu biex ipoġġuha fuq it-​turbant,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

32 Għalhekk, ix-​xogħol għat-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa, tlesta kollu, għax ulied Israel baqgħu jagħmlu skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.+ Għamlu preċiż hekk.

33 U ġabu għand Mosè t-​tabernaklu,+ it-​tinda+ u l-​għodod kollha tagħha,+ il-​ganċijiet,+ it-​twavel* tal-​qafas,+ it-​traversi,+ il-​kolonni, u l-​pedestalli bl-​ingast tiegħu,+ 34 l-għata tiegħu tal-​ġlud tal-​muntun miżbugħin+ ħomor u l-​għata tiegħu tal-​ġlud tal-​bumerin+ u l-​purtiera li tifred,+ 35 l-arka+ tat-​testimonjanza u l-​lasti tagħha+ u l-​għatu,+ 36 il-mejda,+ l-​għodod kollha tagħha+ u l-​ħobż tal-​preżenza, 37 il-gandlier+ tad-​deheb pur, l-​imsiebaħ tiegħu f’ringiela,+ u l-​għodod kollha tiegħu+ u ż-​żejt għad-​dawl,+ 38 l-artal+ tad-​deheb u ż-​żejt tad-​dlik+ u l-​inċens ifuħ+ u l-​purtiera+ għad-​daħla tat-​tinda, 39 l-artal+ tar-​ram aħmar u l-​gradilja+ tiegħu tar-​ram aħmar, il-​lasti tiegħu+ u l-​għodod kollha tiegħu,+ il-​vaska+ u l-​bażi tagħha,+ 40 il-purtieri+ tal-​bitħa, il-​pilastri tagħha+ u l-​pedestalli bl-​ingast tagħha+ u l-​purtiera+ tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa, il-​ħbula tat-​tined tagħha+ u l-​imsiemer tat-​tined tagħha+ u l-​għodod kollha+ għas-​servizz tat-​tabernaklu, għat-​tinda tal-​laqgħa, 41 l-ilbies+ minsuġ fin biex jaqdu bih fis-​santwarju, l-​ilbies qaddis+ għal Aron, il-​qassis, u l-​ilbies għal uliedu biex jaqdu bih bħala qassisin.+

42 Skond kulma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè, hekk għamluh is-​servizz kollu wlied Israel.+ 43 U Mosè ra x-​xogħol kollu, u, ara, kienu għamluh sewwasew bħalma kien ikkmanda Ġeħova. Hekk kienu għamluh. Għaldaqstant, Mosè berikhom.+

40 Imbagħad Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: 2 “Fl-​ewwel xahar,+ fl-​ewwel tax-​xahar, għandek twaqqaf it-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa.+ 3 U poġġi l-​arka tat-​testimonjanza+ fih u agħmel il-​purtiera+ biex b’hekk ħadd ma jkun jistaʼ jersaq lejn l-​Arka. 4 U daħħal il-​mejda+ u rranġa l-​affarijiet taʼ fuqha bl-​ordni, u daħħal il-​gandlier+ u ixgħel l-​imsiebaħ tiegħu.+ 5 U poġġi l-​artal tad-​deheb għall-​inċens+ quddiem l-​arka tat-​testimonjanza u poġġi f’postha l-​purtiera tad-​daħla tat-​tabernaklu.+

6 “U poġġi l-​artal+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq quddiem id-​daħla tat-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa, 7 u qiegħed il-​vaska bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u itfaʼ l-​ilma fiha.+ 8 U agħmel il-​bitħa+ dawramejt u dendel il-​purtiera tad-​daħla+ tal-​bieb tal-​bitħa. 9 U ħu ż-​żejt tad-​dlik+ u idlek it-​tabernaklu u kulma fih,+ u qaddes lilu u l-​għodod kollha tiegħu, u b’hekk isir xi ħaġa qaddisa. 10 U idlek l-​artal taʼ l-​offerta tal-​ħruq u l-​għodod kollha tiegħu u qaddes l-​artal,+ u b’hekk isir artal mill-​iktar qaddis.+ 11 U idlek il-​vaska u l-​bażi tagħha u qaddisha.

12 “Imbagħad ħu lil Aron u lil uliedu ħdejn id-​daħla tat-​tinda tal-​laqgħa u aħsilhom bl-​ilma.+ 13 U lil Aron libbsu l-​ilbies qaddis+ u idilku+ u qaddsu, u b’hekk jaqdi bħala qassis għalija. 14 Imbagħad ġib lil uliedu qrib u libbishom ilbiesi twal.+ 15 U idlikhom bħalma dlikt lil missierhom,+ u b’hekk jaqdu bħala qassisin għalija, u d-​dlik tagħhom iservi kontinwament għalihom bħala saċerdozju għal żmien indefinit matul il-​ġenerazzjonijiet tagħhom.”+

16 U Mosè għamel skond kulma kien ikkmandah Ġeħova.+ Għamel preċiż hekk.

17 Għaldaqstant ġara li fl-​ewwel xahar, fit-​tieni sena, fl-​ewwel tax-​xahar, twaqqaf it-​tabernaklu.+ 18 Meta waqqaf it-​tabernaklu, Mosè qiegħed il-​pedestalli bl-​ingast+ fl-​art u poġġa t-​twavel* tal-​qafas f’posthom+ u daħħal it-​traversi+ u waqqaf il-​kolonni.+ 19 Imbagħad firex it-​tinda+ għal fuq it-​tabernaklu u fuqha qiegħed l-​għata+ tat-​tinda fuqnett, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

20 Wara dan, ħa t-​Testimonjanza+ u poġġieha fl-​Arka+ u daħħal il-​lasti+ taʼ l-​Arka u poġġa l-​għatu+ fuq l-​Arka.+ 21 Imbagħad daħħal l-​Arka fit-​tabernaklu u poġġa l-​purtiera+ li tifred f’postha, u b’hekk ħadd ma setaʼ jersaq lejn l-​arka tat-​testimonjanza,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

22 Imbagħad poġġa l-​mejda+ fit-​tinda tal-​laqgħa fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn it-​tramuntana ’l barra mill-​purtiera, 23 u rranġa r-​ringiela tal-​ħobż+ fuqha quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

24 Imbagħad qiegħed il-​gandlier+ fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem il-​mejda, fuq in-​naħa tat-​tabernaklu lejn in-​nofsinhar. 25 Imbagħad xegħel l-​imsiebaħ+ quddiem Ġeħova, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

26 U qiegħed l-​artal tad-​deheb+ fit-​tinda tal-​laqgħa quddiem il-​purtiera, 27 biex jaħraq l-​inċens ifuħ fuqu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

28 Fl-aħħar poġġa l-​purtiera+ tad-​daħla tat-​tabernaklu f’postha.

29 U qiegħed l-​artal+ taʼ l-​offerta tal-​ħruq fid-​daħla tat-​tabernaklu, jiġifieri, it-​tinda tal-​laqgħa, biex joffri fuqu l-​offerta tal-​ħruq+ u l-​offerta tal-​qmuħ, sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

30 Imbagħad qiegħed il-​vaska bejn it-​tinda tal-​laqgħa u l-​artal u tefaʼ l-​ilma fiha għall-​ħasil.+ 31 U Mosè, Aron, u wliedu ħaslu idejhom u saqajhom fiha. 32 Meta kienu jidħlu fit-​tinda tal-​laqgħa u meta kienu jersqu qrib l-​artal kienu jinħaslu,+ sewwasew bħalma Ġeħova kien ikkmanda lil Mosè.

33 Fl-aħħar waqqaf il-​bitħa+ dawramejt mat-​tabernaklu u maʼ l-​artal u dendel il-​purtiera tad-​daħla tal-​bieb tal-​bitħa.+

Għalhekk, Mosè temm ix-​xogħol. 34 U s-​sħaba+ bdiet tgħatti t-​tinda tal-​laqgħa, u l-​glorja taʼ Ġeħova mliet it-​tabernaklu. 35 U Mosè ma setax jidħol fit-​tinda tal-​laqgħa, għaliex is-​sħaba+ qagħdet fuqha u l-​glorja taʼ Ġeħova mliet it-​tabernaklu.+

36 U meta s-​sħaba kienet titlaʼ ’l fuq minn fuq it-​tabernaklu, ulied Israel kienu jżarmaw il-​kamp u jitilqu minn dak il-​post matul il-​partijiet kollha tal-​vjaġġ tagħhom.+ 37 Madankollu, meta s-​sħaba ma kinitx titlaʼ ’l fuq, ma kinux iżarmaw il-​kamp sa dakinhar li kienet titlaʼ ’l fuq.+ 38 Għax is-​sħaba taʼ Ġeħova kienet tkun fuq it-​tabernaklu bi nhar, u nar kien jibqaʼ fuqu bil-​lejl quddiem għajnejn id-​dar kollha taʼ Israel matul il-​partijiet kollha tal-​vjaġġ tagħhom.+

“Issa dawn huma l-​ismijiet.” Bl-​Ebrajk, dan it-​tieni ktieb tal-​Bibbja hu msemmi għal dan il-​kliem li jiftaħ bih. “Eżodu” hu t-​traduzzjoni bil-​Latin tal-​kelma Griega li tfisser “Ħruġ; Tluq,” jiġifieri, taʼ l-​Israelin mill-​Eġittu.

Letteralment, “ħarġu min-​naħa taʼ fuq tal-​koxxa taʼ.”

Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.

Jew, “arka.” F’vers 5 wkoll.

Ifisser “Imtellaʼ; Salvat mill-​Ilma.”

Ifisser “Resident Barrani Hemmhekk.”

Ġetro hu msejjaħ ukoll Regħwel. Ara Eżo 2:18.

Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-​nota taʼ taħt.

Jew, “jippermetti.”

Letteralment, “ifittxu lil ruħek.”

F’dan il-​kapitlu l-​kelma “madum” ġeneralment tirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.

“Iz-​zkuk li jibqaʼ fl-​għelieqi.” Letteralment, “qasbija.” Milli jidher din tirreferi għaz-​zkuk tal-​qmuħ bħalma huma l-​qamħ u x-​xgħir li jibqgħu fl-​għalqa wara l-​ħsad.

Letteralment, “m’iniex ċirkonċiż f’xofftejja.”

Letteralment, “minn kalkara.” F’vers 10 wkoll.

Tip inferjuri taʼ qamħ kultivat fl-​Eġittu tal-​qedem.

Hawnhekk qed jirreferi għall-​parti t’isfel tar-​riġel taʼ l-​annimal.

Porzjon żgħir minn għaġina tad-​dqiq imħemmra użat biex iħemmer biċċa għaġina oħra. F’vers 19 ukoll.

Letteralment, “ruħ.”

Ara Eżo 12:15, in-​nota taʼ taħt.

X’aktarx bħal armata mqassma f’ħames partijiet, l-​għassa taʼ quddiemnett, l-​għassa taʼ waranett, it-​taqsima prinċipali, u ż-​żewġ taqsimiet tal-​ġnub.

Din l-​espressjoni tfisser li tkun “vigoruż, rebbieħ, u qalbieni.”

It-tielet u l-​aħħar għassa għall-​Ebrej, minn xi s-​2 a.m. sas-​6 a.m.

Din hi l-​ewwel darba li tidher “Jah,” il-​forma mqassra taʼ l-​isem “Ġeħova,” u li tidher f’ħafna ismijiet li nsibu fil-​Bibbja.

Letteralment, “qasbija.” Ara Eżo 5:12, in-​nota taʼ taħt.

Ifisser “Imrar.”

Letteralment, “erwieħ.”

Il-verb Ebrajk li minnu ġejja l-​kelma “Sabat” ifisser “li tistrieħ, tieqaf, terfaʼ mix-​xogħol.” Is-​Sabat taʼ kull ġimgħa tal-​Lhud, li kien is-​sebaʼ jum tal-​ġimgħa skond il-​kalendarju tagħhom, kien jum taʼ mistrieħ u kienu jħalluh għall-​attivitajiet reliġjużi. Is-​Sabat kien minn inżul ix-​xemx tal-​Ġimgħa sa nżul ix-​xemx tas-​Sibt.

“Il-​Ħoreb.” Hawnhekk m’huwiex il-​muntanja li fuqha ngħataw l-​Għaxar Kmandamenti, imma r-​reġjun muntanjuż madwar il-​Muntanja Sinaj, imsejjaħ ukoll ix-​xagħri tas-​Sinaj.

Ifisser “Għadda minn Prova; Prova.”

Ifisser “Tilwim; Ġlied; Tħaqqiq.”

Letteralment, “Ġeħosugħa,” li jfisser “Ġeħova Hu Salvazzjoni.”

X’aktarx ifisser “Ġeħova Hu s-​Sinjal [l-Arblu] Tiegħi.”

Ifisser “Resident Barrani Hemmhekk.”

Ifisser “Alla Tiegħi Hu Għajnuna.”

Letteralment, “kalkara.”

Hawnhekk “toqtolx” jirreferi għal qtil apposta u kontra l-​liġi.

Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-​qassis, l-​aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.

B’mod evidenti minħabba traskuraġni jew ċirkustanzi li setgħu ġew evitati.

Il-kelma Ebrajka tirreferi għal li xi ħaġa jew xi ħadd ikun dedikat lil Alla b’mod li ma jistax jitħassar u mingħajr ma jkun jistaʼ jiġi mifdi, u b’hekk jiġi separat għal użu sagru, imma spiss għal qerda kompleta.

Jiġifieri, l-​Ewfrat.

Żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Borża rrakkmata li l-​Qassis il-​Kbir kien jilbes fuq sidru.

Jew, “tinda tal-​qima.”

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Kull tavla għall-​qafas tat-​tabernaklu kienet forma taʼ gwarniċ taʼ tieqa.

Letteralment, “mill-​Qaddis tal-​Qaddisin.”

Jiġifieri, l-​injam maħruq taʼ l-​artal, imxarrab bix-​xaħam taʼ l-​annimali.

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Ħaġra prezzjuża mhix identifikata.

Letteralment, “agħmilhom idaħħnu.”

Ara Eżo 12:9, in-​nota taʼ taħt.

Letteralment, “riħa li sserraħ.”

Letteralment, “ebda stranġier.”

Letteralment, “fuq stranġier.”

Jew, “għonqu iebes.”

Letteralment, “rattab il-​wiċċ.”

Jew, “Alla li jesiġi devozzjoni esklużiva.”

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

Mirja magħmulin minn metall illostrat sew.

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

F’dan il-​kapitlu “l-​iskarlat” jirreferi għaż-​żebgħa mill-​insett tal-​kukku.

Ara Eżo 28:19, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

Ara Eżo 26:15, in-​nota taʼ taħt.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja