4 “Xeol,” “Ħades” Il-Qabar Komuni tal-Bnedmin
Ebrajk, שאול (xeol); Grieg, ᾅδης (ħajdes); Latin, infernus; Sirjak, xjul
“Xeol” u “Ħades” ġew tradotti bħala “Qabar.” Din il-kelma nkitbet b’ittra kapitali biex tkun differenti minn “qabar” jew “post tad-dfin.”
Is-Sitta u Sittin Post Fejn Tidher il-Kelma Xeol
Il-kelma Ebrajka “Xeol” tidher 66 darba fl-Iskrittura Ebrajka, jiġifieri, f’Ġen 37:35; 42:38; 44:29, 31; Nu 16:30, 33; Dt 32:22; 1Sa 2:6; 2Sa 22:6; 1Sl 2:6, 9; Ġob 7:9; 11:8; 14:13; 17:13, 16; 21:13; 24:19; 26:6; Sa 6:5; 9:17; 16:10; 18:5; 30:3; 31:17; 49:14, 14, 15; 55:15; 86:13; 88:3; 89:48; 116:3; 139:8; 141:7; Pr 1:12; 5:5; 7:27; 9:18; 15:11, 24; 23:14; 27:20; 30:16; Ek 9:10; Għn 8:6; Is 5:14; [7:11]; 14:9, 11, 15; 28:15, 18; 38:10, 18; 57:9; Eże 31:15-17; 32:21, 27; Ħo 13:14, 14; Għm 9:2; Ġon 2:2; Ħab 2:5.
Il-postijiet fejn tidher il-kelma “Xeol” fl-Iskrittura Ebrajka jkopru l-65 darba li tidher fit-test Masoretiku Ebrajk kif ukoll darba f’Is 7:11, fejn fit-test hemm xeala, “staqsi,” imma b’bidla żgħira fis-sinjali li juru kif il-ħoss tal-vokali għandu jitlissen u fi qbil maʼ diversi traduzzjonijiet antiki, din tinqara xeola, “lejn Xeol.” Fil-każi kollha t-Traduzzjoni tad-Dinja l-Ġdida tuża “Qabar” għall-kelma Ebrajka xeol. Is-Settanta Griega ġeneralment tittraduċi xeol bħala ħajdes.
Filwaqt li ġew offruti diversi possibbiltajiet dwar it-tnissil tal-kelma Ebrajka xeol, milli jidher din hi mnissla mill-verb Ebrajk אלשׁ (xaal), li jfisser “tistaqsi” jew “titlob.” Dan jindika li “Xeol” hu l-post (mhux kundizzjoni) li jitlob li jingħata b’jedd lil kulħadd bla distinzjoni, għax jilqaʼ fih il-mejtin kollha taʼ l-umanità. (Ara Ġen 37:35 u Is 7:11, in-noti taʼ taħt fin-New World Translation of the Holy Scriptures—With References.) “Xeol” jinsab fl-art u hu dejjem assoċjat mal-mejtin, u jfisser b’mod ċar il-qabar komuni taʼ l-umanità, jew ir-reġjun tal-mejtin fuq l-art, mhux fil-baħar. B’kuntrast, il-kelma Ebrajka qever tfisser qabar jew post individwali tad-dfin.—Ġen 23:4, 6, 9, 20.
L-Għaxar Postijiet Fejn Tidher il-Kelma Ħades
Il-kelma Griega “Ħades,” li forsi tfisser “il-post li ma jidhirx,” tidher għaxar darbiet fl-Iskrittura Griega Kristjana u hi tradotta “Qabar” f’dawn il-postijiet, jiġifieri, f’Mt 11:23; 16:18; Lq 10:15; 16:23; At 2:27, 31; Ri 1:18; 6:8; 20:13, 14.
F’At 2:27, il-kwotazzjoni minn Pietru taʼ Sa 16:10 fit-test oriġinali turi li “Ħades” hi ekwivalenti għal “Xeol” u tiġi applikata għall-qabar komuni taʼ l-umanità (b’kuntrast mal-kelma Griega tafos, qabar individwali). Il-kelma Latina ekwivalenti għal “Ħades” hi infernus (kultant inferus). Din tfisser “dak li qiegħed taħt; ir-reġjun iktar baxx,” u tapplika tajjeb għall-qabar. B’hekk, taqbel b’mod xieraq mat-terminu Grieg u dak Ebrajk.
Fl-Iskrittura mnebbħa l-kliem “Xeol” u “Ħades” hu assoċjat mal-mewt u l-mejtin, mhux mal-ħajja u l-ħajjin. (Ri 20:13) Fih innifsu dan il-kliem ma fih ebda idea jew ħjiel taʼ pjaċir jew uġigħ.