Eżekjel*
1 Issa ġara fis-sena tletin, fir-rabaʼ xahar, fil-ħames jum tax-xahar, waqt li kont qalb il-poplu eżiljat+ ħdejn ix-xmara Kebar,+ li s-smewwiet infetħu+ u bdejt nara viżjonijiet t’Alla.+ 2 Fil-ħames jum tax-xahar, jiġifieri, fil-ħames sena taʼ l-eżilju tas-Sultan Ġeħojakin,+ 3 il-kelma taʼ Ġeħova ġiet+ speċifikament għand Eżekjel+ bin Bużi l-qassis fl-art tal-Kaldin+ ħdejn ix-xmara Kebar, u id Ġeħova ġiet fuqu f’dak il-post.+
4 U bdejt inħares, u rajt riefnu qawwi+ ġej mit-tramuntana, sħaba kbira+ u nar jaqbad,+ u madwarha kien hemm id-dija, u f’nofsu, f’nofs in-nar,+ kien hemm xi ħaġa li tixbah il-metall imħallat mid-deheb u l-fidda. 5 U f’nofsu kien hemm bħal erbaʼ ħlejjaq ħajjin,+ u hekk kienu jidhru: kienu jixbhu lill-bniedem. 6 U kull ħliqa kellha erbaʼ wċuħ,+ u kull waħda kellha erbaʼ ġwienaħ.+ 7 Saqajhom kienu dritti, u qiegħ saqajhom kien bħal qiegħ saqajn t’għoġol;+ u kienu jixegħlu bħar-ram aħmar illostrat.+ 8 U kellhom idejn taʼ bniedem taħt il-ġwienaħ tagħhom fuq l-erbaʼ naħat tagħhom,+ u l-erbgħa li huma kellhom l-uċuħ tagħhom u l-ġwienaħ tagħhom.+ 9 Il-ġwienaħ tagħhom kienu jmissu ġewnaħ maʼ l-ieħor. Ma kinux iduru huma u sejrin; kull waħda kienet tmur dritt ’il quddiem.+
10 U l-erbgħa li huma kellhom wiċċ jixbah lil dak taʼ bniedem+ b’wiċċ taʼ ljun+ fuq il-lemin,+ u l-erbgħa li huma kellhom wiċċ taʼ barri+ fuq ix-xellug;+ u l-erbgħa li huma kellhom ukoll wiċċ t’ajkla.+ 11 Hekk kienu l-uċuħ tagħhom. U l-ġwienaħ+ tagħhom kienu miftuħin ’il fuq. Kull ħliqa kellha tnejn imissu maʼ xulxin, u tnejn kienu jgħattulhom ġisimhom.+
12 U kull waħda kienet tmur dritt ’il quddiem.+ Kulfejn l-ispirtu kien iqanqalhom imorru, huma kienu jmorru.+ Ma kinux iduru huma u sejrin.+ 13 U l-ħlejjaq ħajjin kienu jidhru qishom ġamar tan-nar.+ Xi ħaġa bħal torċi+ kienet qed tiċċaqlaq lura u ’l quddiem bejn il-ħlejjaq ħajjin, u n-nar kien jiddi, u minn ġon-nar kien ħiereġ il-beraq.+ 14 U l-ħlejjaq ħajjin kienu jidhru qishom berqa+ meta kienu jmorru u jiġu lura.
15 Hekk kif bqajt inħares lejn il-ħlejjaq ħajjin, rajt rota fl-art ħdejn il-ħlejjaq ħajjin,+ rota ħdejn kull ħliqa ħajja b’erbaʼ wċuħ.+ 16 U r-roti+ bl-għamla tagħhom kienu jidhru qishom qed jixegħlu bħall-krisolitu;+ u l-erbgħa li huma kienu l-istess. U bil-mod kif kienu maħdumin kienu jidhru bħal meta rota tkun f’nofs rota.+ 17 Meta kienu jitilqu kienu jmorru fl-erbaʼ naħat rispettivi tagħhom.+ Ma kinux jilwu huma u sejrin.+ 18 U ċ-ċrieki tagħhom kienu tal-biżaʼ tant kemm kienu għoljin; u ċ-ċrieki tagħhom kienu mimlijin għajnejn madwarhom l-erbgħa.+ 19 U meta l-ħlejjaq ħajjin kienu jitilqu, ir-roti kienu jmorru magħhom, u meta l-ħlejjaq ħajjin kienu jogħlew mill-art, ir-roti kienu jogħlew ukoll.+ 20 Kulfejn l-ispirtu kien iqanqalhom imorru, huma kienu jmorru, għax l-ispirtu kien iqanqalhom imorru hemmhekk; u r-roti kienu jogħlew qrib maġenbhom, għax l-ispirtu li kien fuq il-ħlejjaq ħajjin kien fuq ir-roti wkoll. 21 Meta kienu jitilqu, dawn kienu jmorru wkoll; u meta kienu jieqfu, dawn kienu jieqfu wkoll; u meta kienu jogħlew mill-art, ir-roti kienu jogħlew qrib maġenbhom, għax l-ispirtu li kien fuq il-ħlejjaq ħajjin kien fuq ir-roti wkoll.+
22 U fuq l-irjus tal-ħlejjaq ħajjin kien hemm qisha firxa+ tleqq bħal silġ impressjonanti, mifruxa fuq irjushom, ’il fuq minnhom.+ 23 U taħt il-firxa l-ġwienaħ tagħhom kienu dritti, ġewnaħ maʼ l-ieħor. U kellhom żewġ ġwienaħ jgħattu naħa waħda u żewġ ġwienaħ jgħattu n-naħa l-oħra taʼ ġisimhom. 24 U smajt il-ħoss tal-ġwienaħ tagħhom, ħoss bħal dak taʼ ilmijiet kbar,+ bħall-ħoss taʼ Dak li Jistaʼ Kollox, huma u sejrin, ħoss t’għagħa,+ bħall-ħoss taʼ kamp tas-suldati.+ Meta kienu jieqfu, kienu jniżżlu l-ġwienaħ tagħhom.
25 U nstemaʼ leħen fuq il-firxa taʼ fuq rashom. (Meta kienu jieqfu, kienu jniżżlu l-ġwienaħ tagħhom.) 26 U fuq il-firxa taʼ fuq rashom kien hemm ħaġa li kienet tidher qisha ħaġra taż-żaffir,+ ħaġa li tixbah lil tron.+ U fuq il-ħaġa li tixbah lil tron kien hemm xi ħadd jidher qisu bniedem,+ fl-għoli. 27 U rajt ħaġa tixgħel bħall-metall imħallat mid-deheb u l-fidda,+ li kienet tidher bħal nar magħluq dawramejt,+ minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l fuq; u minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l isfel rajt bħal nar, u hu kien imdawwar kollu bid-dija. 28 U kien hemm xi ħaġa qisha l-qawsalla+ li tfiġġ fis-sħab f’jum taʼ xita qawwija. Hekk kienet tidher id-dija dawramejt. Kienet tixbah il-glorja taʼ Ġeħova.+ Meta rajt dan, inxtħett wiċċi fl-art,+ u bdejt nismaʼ l-leħen taʼ wieħed jitkellem.
2 U qalli: “Bin il-bniedem,*+ qum fuq saqajk ħa nkellmek.”+ 2 U malli kellimni+ daħal fija l-ispirtu li qajjimni fuq saqajja sabiex nismaʼ lil Dak li kien qed ikellimni.+
3 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, qed nibagħtek għand ulied Israel,+ għand ġnus ribellużi li rribellaw kontrija.+ Huma u missirijiethom dinbu kontrija u għadhom jagħmlu dan sa llum stess.+ 4 Lilek qed nibagħtek għand l-ulied li għandhom wiċċhom+ insolenti u qalbhom iebsa,+ u trid tgħidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova.’* 5 U huma, sew jekk jisimgħu+ u sew jekk le+—għax huma dar ribelluża+—żgur se jkunu jafu li kien hemm profeta f’nofshom.+
6 “U int, O bin il-bniedem, tibżax minnhom;+ u tibżax minn kliemhom, għax huma stinati+ u jniggżuk,+ u int fost l-iskorpjuni+ qed tgħammar. Tibżax minn kliemhom,+ u tħallix lil wiċċhom iwerwrek,+ għax huma dar ribelluża.+ 7 U trid tgħidilhom kliemi, sew jekk jisimgħu u sew jekk le, għax huma ribellużi.+
8 “U int, O bin il-bniedem, ismaʼ dak li qed ngħidlek. Issirx ribelluż bħad-dar ribelluża.+ Iftaħ ħalqek u kul li qed nagħtik.”+
9 U bdejt inħares u rajt id ħierġa lejja,+ u fiha kien hemm romblu taʼ ktieb.+ 10 U firxu quddiemi, u kellu l-kitba fuq quddiem u fuq wara;+ u fih kien hemm miktubin għanjiet taʼ niket u krib u biki.+
3 U qalli: “Bin il-bniedem, dak li ssib, kulu. Kul dan ir-romblu,+ u mur u kellem lil dar Israel.”
2 Għalhekk, ftaħt ħalqi, u tani niekol dan ir-romblu.+ 3 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, lil żaqqek trid iġġegħelha tiekol, sabiex timla msarnek b’dan ir-romblu li qed nagħtik.” U bdejt nieklu, u kien ħelu bħall-għasel f’ħalqi.+
4 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, mur, idħol f’nofs dar+ Israel, u kellimhom bi kliemi. 5 Għax m’intix qed tintbagħat għand poplu b’lingwa li ma tinftihemx+ jew bi lsien+ tqil imma għand dar Israel, 6 mhux għand ħafna popli b’lingwa li ma tinftihemx jew bi lsien tqil, li kliemhom ma tifhmux meta tisimgħu.+ Kieku bgħattek għandhom, dawn kienu jisimgħuk.+ 7 Imma taʼ dar Israel mhux se jkunu jridu jisimgħuk, għax ma jridux jisimgħu lili;+ għax dawk kollha taʼ dar Israel għandhom rashom iebsa u qalbhom iebsa.+ 8 Ara! Għamiltlek wiċċek iebes eżatt daqs wiċċhom+ u ġbinek iebes eżatt daqs ġbinhom.+ 9 Bħal djamant għamilthulek ġbinek, u iebes iktar miż-żnied.+ Tibżax minnhom,+ u tħallix lil wiċċhom iwerwrek,+ għax huma dar ribelluża.”+
10 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, il-kliem kollu li se ngħidlek daħħlu f’qalbek+ u isimgħu b’widnejk. 11 U mur, idħol fost il-poplu eżiljat,+ fost ulied il-poplu tiegħek, u kellimhom u għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova,’ sew jekk jisimgħu u sew jekk le.”+
12 U spirtu beda jġorrni+ u bdejt nismaʼ warajja l-ħoss taʼ kurrent qawwi:+ “Imbierka tkun il-glorja taʼ Ġeħova minn postu.”+ 13 U nstemaʼ l-ħoss tal-ġwienaħ tal-ħlejjaq ħajjin li kienu qed iħabbtu u jmissu maʼ xulxin,+ u l-ħoss tar-roti qrib ħdejhom,+ u l-ħoss taʼ kurrent qawwi. 14 U l-ispirtu ġarrni u ħadni,+ u jien mort mimli mrar u bi spirtu inkorlat, u id Ġeħova fuqi kienet b’saħħitha.+ 15 Għalhekk, dħalt fost l-eżiljati f’Tel-abib, li kienu qed jgħammru+ ħdejn ix-xmara Kebar,+ u bdejt ngħammar fejn kienu qed jgħammru huma; u bqajt hemmhekk sebat ijiem, issummat f’nofshom.+
16 U ġara wara sebat ijiem li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid:
17 “Bin il-bniedem, għassies għamiltek għal dar Israel,+ u se tismaʼ kliem minn fommi u trid twissihom għalija.+ 18 Meta ngħid lil xi ħadd ħażin, ‘Żgur se tmut,’+ u int fil-fatt ma twissihx u ma titkellimx sabiex twissi lill-ħażin dwar triqtu l-ħażina biex iżżommu ħaj,+ billi hu ħażin, hu jmut fl-iżball tiegħu,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk.+ 19 Madankollu, jekk int tkun wissejt lil xi ħadd ħażin+ u dan ma jdurx lura mill-ħażen tiegħu u minn triqtu l-ħażina, hu jmut għall-iżball tiegħu;+ imma int tkun ħlist lil ruħek.+ 20 U meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa+ tiegħu u jagħmel l-inġustizzja u jien ikolli nqiegħed tfixkil quddiemu,+ hu jmut għax int ma tkunx wissejtu. Għad-dnub tiegħu jmut,+ u l-atti ġusti li jkun għamel ma jitfakkrux,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk.+ 21 Imma jekk int tkun wissejt lil xi ħadd ġust sabiex il-ġust ma jidnibx,+ u hu fil-fatt ma jidnibx, hu żgur jibqaʼ jgħix għax kien ġie mwissi,+ u int innifsek tkun ħlist lil ruħek.”+
22 U id Ġeħova ġiet fuqi hemmhekk u hu qalli: “Qum, mur lejn il-pjanura fil-wied,+ u nkellmek hemmhekk.” 23 Għalhekk, qomt u mort lejn il-pjanura fil-wied, u l-glorja taʼ Ġeħova kienet wieqfa hemmhekk,+ bħall-glorja li kont rajt ħdejn ix-xmara Kebar,+ u nxtħett wiċċi fl-art.+ 24 Imbagħad daħal fija l-ispirtu+ li qajjimni fuq saqajja,+ u hu beda jkellimni u jgħidli:
“Mur ngħalaq f’darek. 25 U lilek, O bin il-bniedem, se jqegħdulek il-ħbula fuqek u jorbtuk bihom sabiex ma tkunx tistaʼ tmur f’nofshom.+ 26 U jien inwaħħallek ilsienek mas-saqaf taʼ ħalqek,+ u int timmuta,+ u ma tkunx għalihom raġel li jagħti t-twiddib,+ għax huma dar ribelluża.+ 27 U meta nkellmek niftaħlek fommok, u trid tgħidilhom,+ ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova.’ Ħa jismaʼ min irid jismaʼ,+ u min ma jridx, ma jismax, għax huma dar ribelluża.+
4 “U int, O bin il-bniedem, ħu maduma,* u qegħedha quddiemek u naqqax fuqha belt, iva, lil Ġerusalemm.+ 2 U dawwarha b’assedju+ u ibnilha ħajt taʼ l-assedju+ u ibni magħha rampa għall-assedju+ u waqqaf kampijiet kontriha u qiegħed magni li jġarrfu l-ħitan dawramejt magħha.+ 3 U ħu pjanċa tal-ħadid, u qegħedha bħala ħajt tal-ħadid bejnek u bejn il-belt, u ċċassa lejha, u din tkun f’assedju, u int tassedjaha. Dan hu sinjal għal dar Israel.+
4 “U mtedd fuq ġenbek tax-xellug, u qiegħed fuqu l-iżball taʼ dar Israel.+ Int iġġorr l-iżball tagħhom skond l-għadd tal-jiem li ddum mimdud fuqu. 5 U jien stess nagħtik is-snin taʼ l-iżball tagħhom,+ skond l-għadd tal-jiem, tliet mija u disgħin jum,+ u int iġġorr l-iżball taʼ dar Israel. 6 U trid ittemmhom kollha.
“U trid terġaʼ timtedd, għat-tieni darba, fuq ġenbek tal-lemin u ġġorr l-iżball taʼ dar Ġuda erbgħin jum.+ Jum għal sena, jum għal sena, tajtek.+ 7 U ċċassa lejn l-assedju taʼ Ġerusalemm,+ bi driegħek mikxuf, u pprofetizza kontriha.
8 “U, ara! Se nqiegħed ħbula+ fuqek sabiex ma ddurx minn ġenb għal ieħor, sakemm tkun temmejt il-jiem kollha taʼ l-assedju tiegħek.
9 “U ħu qamħ+ u xgħir u ful+ u għads+ u millieġ u spelta,*+ u qegħedhom f’borma waħda u agħmilhom ħobż għalik, tul il-jiem li se tkun mimdud fuq ġenbek; tliet mija u disgħin jum iddum tiekol minnu.+ 10 U l-ikel tiegħek tieklu bl-użin—għoxrin xekel kuljum.+ U tiekol minnu minn ħin għal ieħor.
11 “U tixrob ilma biss bil-qjies, parti minn sitta taʼ ħinn. U tixrob minn ħin għal ieħor.
12 “U tieklu bħala ftira tax-xgħir;+ u taħmiha quddiem għajnejhom fuq biċċiet nexfin tal-ħmieġ+ tal-bniedem.” 13 U Ġeħova kompla jgħid: “Hekk se jieklu ħobżhom mhux nadif+ ulied Israel fost il-ġnus fejn se nxerridhom.”+
14 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Ara! Ruħi m’hijiex imniġġsa;+ lanqas ma kilt xi ġisem li kien diġà mejjet jew xi annimal maħtuf minn mindu kont żgħir s’issa,+ u f’ħalqi ma daħal l-ebda laħam imniġġes.”+
15 Għaldaqstant qalli: “Ara, tajtek demel tal-baqar minflok biċċiet nexfin taʼ ħmieġ tal-bniedem, u aħmi ħobżok fuqu.” 16 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, ara, f’Ġerusalemm qed inkisser il-bsaten li jdendlu l-ftajjar magħhom,+ u huma jkollhom jieklu l-ħobż bl-użin u bl-ansjetà,+ u se jixorbu l-ilma bil-qjies u bit-twerwir,+ 17 sabiex b’hekk jonqoshom il-ħobż u l-ilma u jħarsu mbellhin lejn xulxin u jitmermru fl-iżball tagħhom.+
5 “U int, O bin il-bniedem, ħu sejf jaqtaʼ. Użah bħal mus taʼ barbier, u għaddih fuq rasek u fuq id-daqna tiegħek,+ u aqbad miżien u qassam ix-xagħar f’porzjonijiet. 2 Terz taħarqu fin-nar f’nofs il-belt malli jgħaddu jiem l-assedju.+ Imbagħad tieħu terz ieħor. U tidorbu bix-xabla madwar il-belt kollha,+ u l-aħħar terz ixxerrdu mar-riħ, u jien nislet is-sejf għal warajhom.+
3 “U ħu ftit minn taʼ l-aħħar u geżwru fi djulek.+ 4 U minn dan ħu ftit ieħor u itfgħu qalb in-nar u aħarqu fin-nar. Minn dan in-nar se jinfirex nar maʼ dar Israel kollha.+
5 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Din hi Ġerusalemm. Qegħedtha f’nofs il-ġnus, imdawra bil-pajjiżi. 6 U hi aġixxiet b’mod ribelluż kontra d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u b’ħażen akbar minn tal-ġnus,+ u kontra l-istatuti tiegħi iktar mill-pajjiżi kollha taʼ madwarha, għax ċaħdu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u ma mxewx maʼ l-istatuti tiegħi.’+
7 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli rribellajtu+ iktar mill-ġnus kollha taʼ madwarkom, billi ma mxejtux maʼ l-istatuti tiegħi u ma wettaqtux id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi;+ imma għamiltu skond id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tal-ġnus taʼ madwarkom,+ 8 mela hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O belt, iva, jien,+ u se nwettaq f’nofsok id-deċiżjonijiet ġudizzjarji quddiem għajnejn il-ġnus.+ 9 U fik nagħmel dak li m’għamiltx u li m’iniex se nerġaʼ nagħmel bħalu, minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha li għamilt int.+
10 “‘“Għalhekk, ikun hemm missirijiet li jieklu ’l uliedhom f’nofsok,+ u wlied li jieklu lil missirijiethom, u jien inwettaq fik atti taʼ ġudizzju u nxerred maʼ kull riħ lil dawk kollha li jibqaʼ minnek.”’+
11 “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘żgur li talli kien is-santwarju tiegħi li int niġġist bil-qżiżijiet+ u bl-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek,+ inkun jien li nnaqqas l-għadd tiegħek+ u għajnejja ma jitħassrukx+ u ma nurikx mogħdrija.+ 12 Terz minnek—bil-pesti jmutu,+ u bil-ġuħ jintemmu f’nofsok.+ U terz ieħor—bis-sejf jaqgħu madwarek. U l-aħħar terz inxerridhom maʼ kull riħ,+ u nislet sejf għal warajhom.+ 13 U r-rabja tiegħi tintemm+ u jien inberred il-korla tiegħi għalihom+ u nitfarraġ;+ u jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova, tkellimt għax ninsisti għal devozzjoni esklużiva,+ meta ntemm il-korla tiegħi fuqhom.
14 “‘U nagħmlek ħerba u oġġett taʼ żebliħ fost il-ġnus kollha taʼ madwarek quddiem għajnejn kulmin jgħaddi minn ħdejk.+ 15 U int issir oġġett taʼ żebliħ+ u taʼ tgħajjir,+ eżempju taʼ twissija+ u ħaġa tat-twerwir għall-ġnus kollha taʼ madwarek, meta nwettaq fik atti taʼ ġudizzju bir-rabja u bil-korla u b’ċanfir qalil.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.
16 “‘Meta nitfaʼ fuqkom il-vleġeġ tal-ġuħ+ li jagħmlu l-ħsara u li jġibu rovina, vleġeġ li jien se nitfagħhom biex neqridkom,+ iva, se nżid il-ġuħ fuqkom u nkissrilkom il-bsaten li ddendlu l-ftajjar magħhom.+ 17 U se nibgħat fuqkom ġuħ u bhejjem salvaġġi+ li jagħmlu l-ħsara u jħallukom bla tfal; u pesta+ u demm+ se jgħaddu minn fostkom, u sejf inġib fuqkom.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.’”
6 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn il-muntanji taʼ Israel u pprofetizzalhom.+ 3 Għidilhom, ‘O muntanji taʼ Israel, isimgħu l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova:+ Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-muntanji u lill-għoljiet,+ lin-nixxigħat u lill-widien: “Hawn jien! Se nġib fuqkom sejf, u se neqred il-postijiet għall-qima* tagħkom.+ 4 U l-artali tagħkom iridu jiġu abbandunati+ u l-artali taʼ l-inċens jitkissru, u se nwaqqaʼ lill-maqtulin tagħkom quddiem l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel.+ 5 U nqiegħed l-iġsma mejtin taʼ wlied Israel quddiem l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel, u nxerred għadamkom madwar l-artali tagħkom.+ 6 Kulfejn tgħammru,+ blietkom isiru ħerba+ u l-postijiet għall-qima jiġu abbandunati, sabiex jibqgħu ħerba+ u l-artali tagħkom jibqgħu abbandunati u jitkissru+ u l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel jintemmu+ u l-artali tagħkom taʼ l-inċens jitkissru+ u xogħol idejkom jinqered. 7 U l-maqtulin se jaqgħu f’nofskom,+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.*+
8 “‘“U meta jseħħ dan, jien inħallilkom bħala fdal lil dawk li jaħarbu mis-sejf fost il-ġnus, meta tixterdu mal-pajjiżi.+ 9 U dawk fostkom li jaħarbu żgur se jiftakruni fost il-ġnus fejn ikunu ttieħdu fil-jasar,+ għax qasmuli qalbi peress li l-qalb żienja tagħhom warrbet minni+ u għajnejhom qed jiġru wara l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel biex jiżnu magħhom;+ u minn wiċċhom ikun jidher li qed jistkerrhu lilhom infushom minħabba l-affarijiet ħżiena li għamlu bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom.+ 10 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova; ma tkellimtx għalxejn meta għedt+ li nġib fuqhom dan il-gwaj.”’+
11 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ċapċpu idejkom+ u sabbtu saqajkom, u għidu: “Jaħasra!” minħabba l-affarijiet ħżiena u mistkerrhin kollha taʼ dar Israel,+ għax bis-sejf,+ bil-ġuħ+ u bil-pesta għad jaqgħu.+ 12 U dak li jkun ’il bogħod+ imut bil-pesta; u dak li jkun viċin jaqaʼ bis-sejf; u dak li jkun baqaʼ u ħelisha jmut bil-ġuħ, u jien intemm il-korla tiegħi fuqhom.+ 13 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ meta l-maqtulin tagħhom ikunu qalb l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel,+ madwar l-artali tagħhom,+ fuq kull għolja,+ fuq il-qċaċet kollha tal-muntanji+ u taħt kull siġra tħaddar+ u taħt kull siġra kbira b’ħafna weraq,+ il-post fejn offrew riħa pjaċevoli* lill-idoli kollha tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 14 U mmidd idi fuqhom+ u lil arthom nagħmilha art abbandunata, abbandunata iktar mix-xagħri lejn Dibla, kulfejn jgħammru. U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”
7 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi tgħid: 2 “U int, O bin il-bniedem, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-art taʼ Israel, ‘Ġie tmiem, it-tmiem, fuq l-erbat itruf tal-pajjiż.+ 3 Issa t-tmiem hu fuqek,+ u se nibgħat ir-rabja tiegħi kontrik, u se niġġudikak skond triqatek+ u nġib fuqek l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek. 4 U għajnejja ma jitħassrukx,+ u ma nagħdrekx, għax triqatek inġibhom fuqek stess, u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek jiġu f’nofsok;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+
5 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ġej gwaj, gwaj mhux tas-soltu. Ara, ġej!+ 6 Ġej tmiem.+ It-tmiem ġej; se jistenbaħ biex jiġi għalik. Ara! Ġej.+ 7 Il-girlanda tal-gwaj ġejja għandek, O abitant tal-pajjiż, iż-żmien se jasal, il-jum fil-qrib.+ Hemm konfużjoni minflok l-għajat tal-muntanji.
8 “‘Issa dalwaqt inferraʼ l-korla tiegħi fuqek,+ u ntemm ir-rabja tiegħi fuqek,+ u niġġudikak skond triqatek+ u l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek inġibhom fuqek. 9 U għajnejja ma jitħassrukx+ u ma nagħdrekx.+ Triqatek se nġibhom fuqek stess, u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek se jiġu f’nofsok;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, dak li qed insawwatkom.+
10 “‘Ara! Il-jum! Ara! Ġej.+ Il-girlanda tal-gwaj ħarġet.+ Il-ħatar warrad.+ Il-prużunzjoni nibtet.+ 11 Il-vjolenza kibret u saret ħatar tal-ħażen.+ U la l-għana tagħhom, la huma nfushom, u lanqas il-prominenza tagħhom ma se jeħilsuhom mill-kastig. 12 Iż-żmien ġej, il-jum se jasal. U ħa ma jifraħx ix-xerrej;+ u ħa ma jitnikkitx il-bejjiegħ, għax is-saħna qiegħda kontra l-kotra tagħhom kollha. 13 Għax il-bejjiegħa mhux se jerġgħu lura għal dak li biegħu, waqt li jkunu għadhom ħajjin; għax il-viżjoni hi għall-kotra tagħhom kollha. Ħadd ma jerġaʼ lura, u ħadd ma jistaʼ jsalva ħajtu bl-iżball li jagħmel.
14 “‘Daqqew it-trumbetta+ u kulħadd ipprepara ruħu, imma ħadd m’hu sejjer għall-battalja, għax is-saħna tiegħi qiegħda kontra l-kotra tagħhom kollha.+ 15 Is-sejf+ qiegħed barra, u l-pesta u l-ġuħ ġewwa.+ Kulmin ikun fl-għalqa jmut bis-sejf, u kulmin ikun fil-belt jinbelaʼ mill-ġuħ u l-pesta.+ 16 U l-maħrubin tagħhom jaħarbu+ u fuq il-muntanji jsiru bħall-ħamiem tal-widien,+ li kollha jokorbu, kull wieħed minħabba l-iżball tiegħu. 17 U l-idejn kollha jintelqu;+ u l-irkopptejn kollha jqattru l-ilma.*+ 18 U huma tħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora,+ u nksew bir-rogħda;+ u fuq l-uċuħ kollha tidher il-mistħija+ u rjushom kollha qargħin.+
19 “‘Fit-toroq għad jitfgħu l-fidda tagħhom, u d-deheb tagħhom għad isir xi ħaġa mistmerra. La l-fidda u lanqas id-deheb tagħhom ma se jkunu jistgħu jeħilsuhom f’jum il-qilla taʼ Ġeħova.+ Ruħhom ma jxebbgħuhiex, u msarinhom ma jimlewhomx, għax dan sar tfixkil għalihom u kkaġuna l-iżball tagħhom.+ 20 Tkabbru bil-ġmiel tat-tiżjin tagħhom; huma użaw il-fidda u d-deheb biex jagħmlu xbihat mistkerrhin,+ l-affarijiet moqżieża tagħhom.+ Għalhekk, nagħmilhomlhom ħaġa mistmerra għalihom.+ 21 U nagħtihom f’id l-istranġieri biex jaħtfuhomlhom u lill-ħżiena taʼ l-art biex jiħduhomlhom bħala priża,+ u jipprofanawhom.
22 “‘U jkolli ndawwar wiċċi lil hinn minnhom,+ u huma jipprofanaw il-post moħbi tiegħi, u fih jidħlu l-ħallelin u jipprofanawh.+
23 “‘Agħmel il-katina,+ għax il-pajjiż imtela b’ġudizzju mtebbaʼ bid-demm+ u l-belt imtliet bil-vjolenza.+ 24 U jien indaħħal l-agħar nies tal-ġnus,+ u huma jiħdulhom djarhom,+ u ntemm il-kburija taʼ dawk b’saħħithom,+ u s-santwarji tagħhom jiġu profanati.+ 25 Ikun hemm diqa, u jipprovaw ifittxu l-paċi imma ma jkun hemm ebda paċi.+ 26 Jiġi għawġ fuq għawġ,+ u jkun hemm rapport fuq rapport, u n-nies ifittxu viżjoni mingħand profeta,+ u l-liġi tgħib mingħand il-qassis u l-pariri mingħand ix-xjuħ.+ 27 Is-sultan stess ikun imnikket;+ u kap ewlieni jinħakem mid-disprament,+ u minħabba t-taħwid idejn in-nies tal-pajjiż jitriegħdu. Jien naġixxi magħhom skond triqithom,+ u bil-ġudizzji tagħhom niġġudikahom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+
8 U ġara fis-sitt sena, fis-sitt xahar, fil-ħames jum tax-xahar, li kont bil-qiegħda f’dari u x-xjuħ taʼ Ġuda kienu bil-qiegħda quddiemi,+ u id il-Mulej Sovran Ġeħova niżlet fuqi hemmhekk.+ 2 U bdejt inħares, u rajt xi ħaġa qisha nar;+ u minn dawk li kienu jidhru qishom ġenbejh u ’l isfel kien hemm nar,+ u minn ġenbejh ’il fuq kien hemm xi ħaġa tidher tleqq, tixgħel bħall-metall imħallat mid-deheb u l-fidda.+ 3 Imbagħad bħal donnu ħareġ idu+ u qabadni minn troffa xagħar taʼ rasi; u spirtu+ ġarrni bejn l-art u s-smewwiet u ġabni Ġerusalemm fil-viżjonijiet t’Alla,+ lejn id-daħla tal-bieb taʼ ġewwa+ li jħares lejn it-tramuntana, fejn jgħammar is-simbolu taʼ l-għira li qed iqanqal l-għira.*+ 4 U, ara! Il-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel kienet hemmhekk,+ u kienet tidher bħalma kont rajtha fil-pjanura fil-wied.
5 U qalli: “Bin il-bniedem, jekk jogħġbok, erfaʼ għajnejk lejn it-tramuntana.” Għalhekk, erfajt għajnejja lejn it-tramuntana, u lejn it-tramuntana tal-bieb taʼ l-artal kien hemm dan is-simbolu taʼ l-għira+ fid-daħla. 6 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, qiegħed tara l-affarijiet ferm mistkerrhin li qed jagħmlu,+ l-affarijiet li n-nies taʼ dar Israel qed jagħmlu hawnhekk biex jien nitbiegħed mis-santwarju tiegħi?+ U madankollu se tara affarijiet oħrajn ferm mistkerrhin.”
7 Għaldaqstant ħadni lejn id-daħla tal-bitħa, u bdejt inħares, u kien hemm toqba fil-ħajt. 8 U issa qalli: “Bin il-bniedem, jekk jogħġbok, ħaffer il-ħajt.”+ U jien ħaffirt il-ħajt, u kien hemm daħla. 9 U żied jgħidli: “Idħol u ara l-affarijiet mistkerrhin tant terribbli li qed jagħmlu hawnhekk.”+ 10 Għalhekk, dħalt u bdejt inħares, u kien hemm kull rappreżentazzjoni+ taʼ ħlejjaq li jitkaxkru u taʼ bhejjem moqżieża,+ u kull idolu taʼ dar Israel moqżież daqs id-demel,+ u dawn kienu minquxin fuq il-ħajt dawramejt. 11 U kien hemm weqfin quddiemhom sebgħin raġel+ mix-xjuħ taʼ dar Israel, b’Ġagħżanija bin Safan+ wieqaf f’nofshom, u kull wieħed kellu inċensier f’idu, u l-fwieħa tas-sħaba taʼ l-inċens kienet tielgħa ’l fuq.+ 12 U qalli: “Rajt, O bin il-bniedem, x’qed jagħmlu x-xjuħ taʼ dar Israel fid-dlam,+ kull wieħed fil-kmamar taʼ ġewwa fejn għandu l-figuri skolpiti tiegħu? Għax qed jgħidu, ‘Ġeħova mhux qed jarana.+ Ġeħova ħalla l-pajjiż.’”
13 U kompla jgħidli: “Se tarahom jagħmlu affarijiet oħrajn ferm mistkerrhin.”+ 14 Għalhekk, ħadni lejn id-daħla tal-bieb tad-dar taʼ Ġeħova, li qiegħda lejn it-tramuntana, u kien hemm in-nisa bil-qiegħda, jibku ’l-alla Tammuż.
15 U qalli wkoll: “Qed tarah dan, O bin il-bniedem? Se tara affarijiet jerġaʼ agħar minn dawn l-affarijiet ferm mistkerrhin.”+ 16 Għalhekk, ħadni fil-bitħa taʼ ġewwa tad-dar taʼ Ġeħova,+ u fid-daħla tat-tempju taʼ Ġeħova, bejn il-loġġa u l-artal,+ kien hemm xi ħamsa u għoxrin raġel+ b’daharhom lejn it-tempju taʼ Ġeħova+ u wiċċhom lejn il-lvant imilu lejn ix-xemx.+
17 U kompla jgħidli: “Qed tarah dan, O bin il-bniedem? Hija ħaġa żgħira għal dar Ġuda li jagħmlu dawn l-affarijiet mistkerrhin li għamlu hawnhekk, biex jimlew ukoll il-pajjiż bil-vjolenza+ u jerġgħu joffenduni, u qed jgħollu r-rimja* maʼ mnieħri? 18 Għalhekk, jien ukoll se naġixxi bil-korla.+ Għajnejja ma jitħassruhomx, u ma nagħdirhomx.+ U huma se jgħajtu f’widnejja b’leħen qawwi, imma jien ma nismagħhomx.”+
9 U għajjat b’leħen qawwi li smajtu b’widnejja, u qal: “Ħa jersqu dawk li se jikkastigaw il-belt, kull wieħed bl-arma tiegħu f’idu biex iġib ħerba!”
2 U, ara! Kien hemm sitt irġiel ġejjin min-naħa tal-bieb taʼ fuq+ li jħares lejn it-tramuntana, u kull wieħed minnhom kellu l-arma tiegħu f’idu biex ifarrak biha. Magħhom kien hemm raġel liebes l-għażel,+ u kellu l-kaxxa tal-kitba taʼ segretarju fuq ġenbu, u dawn daħlu u waqfu ħdejn l-artal tar-ram aħmar.+
3 U l-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel+ intrefgħet minn fuq il-kerubini+ li kienet fuqhom u marret lejn l-għatba tad-dar,+ u hu beda jsejjaħ lir-raġel liebes l-għażel+ u li fuq ġenbu kellu l-kaxxa tal-kitba taʼ segretarju. 4 U Ġeħova kompla jgħidlu: “Għaddi minn nofs il-belt, minn nofs Ġerusalemm, u agħmel marka fuq ġbin dawk li qed jitniehdu u jokorbu+ minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha li qed isiru f’nofsha.”+
5 U lill-oħrajn qalilhom, u dan smajtu b’widnejja: “Għaddu mill-belt warajh u idorbu. Tħallux lil għajnejkom tiġihom ħasra, u tagħdrux.+ 6 Ix-xiħ, iż-żagħżugħ u l-verġni u t-tifel żgħir u n-nisa,+ oqtluhom—sakemm teqirduhom. Imma kulmin ikollu fuqu l-marka tersqux lejh,+ u tridu tibdew mis-santwarju tiegħi.”+ Għalhekk, bdew mill-irġiel xjuħ li kienu quddiem id-dar.+ 7 U qalilhom ukoll: “Niġġsu d-dar u imlew il-btieħi bil-maqtulin.+ Oħorġu!” U ħarġu u bdew jidorbu fil-belt.
8 U ġara li waqt li kienu qed jidorbu u bqajt jien waħdi, inxtħett wiċċi fl-art+ u bdejt ngħajjat u ngħid: “Jaħasra,+ O Mulej Sovran Ġeħova! Kollha se teqridhom lil dawk li fadal minn Israel int u tferraʼ l-korla tiegħek fuq Ġerusalemm?”+
9 Għalhekk, qalli: “L-iżball taʼ dar Israel u Ġuda+ hu kbir ħafna u ħafna,+ u l-pajjiż mimli bit-tixrid taʼ demm+ u l-belt mimlija tagħwiġ;+ għax qalu, ‘Ġeħova ħalla l-pajjiż,+ u Ġeħova mhux qed jara.’+ 10 Mela jien ukoll, mhux se nħalli lil għajnejja tiġihom ħasra,+ u lanqas ma se nuri mogħdrija.+ Triqithom inġibha fuq rashom stess.”+
11 U, ara, ir-raġel liebes l-għażel, u li fuq ġenbu kellu l-kaxxa tal-kitba, ġie lura jirrapporta u jgħid: “Għamilt eżatt kif ikkmandajtni.”+
10 U komplejt inħares, u fuq il-firxa+ li kienet fuq ras il-kerubini kien hemm tidher fuqhom xi ħaġa bħal ħaġra taż-żaffir,+ tixbah lil tron.+ 2 U lir-raġel liebes l-għażel+ qallu: “Idħol bejn ir-roti li jduru bil-ħeffa,+ taħt il-kerubini, u imla l-pali taʼ idejk it-tnejn bil-ġamar+ tan-nar minn bejn il-kerubini u ixħtu fuq il-belt.”+ U daħal, quddiem għajnejja.
3 U l-kerubini kienu weqfin fuq il-lemin tad-dar meta daħal ir-raġel, u s-sħaba kienet qed timla l-bitħa taʼ ġewwa.+ 4 U l-glorja taʼ Ġeħova+ kienet għoliet minn fuq il-kerubini u marret lejn l-għatba tad-dar, u d-dar imtliet bis-sħaba,+ u l-bitħa kienet mimlija bid-dija tal-glorja taʼ Ġeħova. 5 U l-ħoss tal-ġwienaħ tal-kerubini+ kien jinstemaʼ mill-bitħa taʼ barra, bħall-ħoss taʼ meta jitkellem Alla li Jistaʼ Kollox.+
6 U ġara li meta kkmanda lir-raġel liebes l-għażel: “Ħu n-nar minn bejn ir-roti li jduru bil-ħeffa, minn bejn il-kerubini,” dan daħal u waqaf ħdejn ir-rota. 7 Imbagħad il-kerubin ħareġ idu minn bejn il-kerubini lejn in-nar+ li kien hemm bejn il-kerubini+ u ġarru u qiegħdu fil-pali taʼ idejn ir-raġel liebes l-għażel,+ li dan imbagħad ħadu u ħareġ. 8 U deher li l-kerubini kellhom xi ħaġa li tixbah id taʼ bniedem taħt il-ġwienaħ tagħhom.+
9 U komplejt inħares, u kien hemm erbaʼ roti ħdejn il-kerubini, rota ħdejn kerubin wieħed u rota ħdejn kerubin ieħor,+ u r-roti kienu jidhru qishom qed jixegħlu bħal ħaġra tal-krisolitu. 10 U l-erbgħa li huma kienu jidhru l-istess, bħal meta rota tkun f’nofs rota.+ 11 Meta kienu jitilqu kienu jmorru fl-erbaʼ naħat tagħhom. Ma kinux jibdlu d-direzzjoni huma u sejrin, għax fejn kienet tħares ir-ras, ’l hemm kienu jmorru. Ma kinux jibdlu d-direzzjoni huma u sejrin.+ 12 U ġisimhom kollu u daharhom u idejhom u l-ġwienaħ tagħhom u r-roti kienu mimlijin għajnejn dawramejt.+ L-erbgħa li huma kellhom ir-roti tagħhom. 13 U lir-roti ntqalilhom, u dan smajtu b’widnejja, “O roti, duru bil-ħeffa!”
14 U kull wieħed kellu erbaʼ wċuħ.+ L-ewwel wiċċ kien il-wiċċ tal-kerubin, u t-tieni wiċċ kien wiċċ taʼ bniedem,+ u t-tielet kien wiċċ taʼ ljun, u r-rabaʼ kien wiċċ t’ajkla.+
15 U l-kerubini kienu jogħlew+—kienu l-istess ħlejjaq ħajjin li kont rajt ħdejn ix-xmara Kebar+— 16 u meta l-kerubini kienu jitilqu, ir-roti kienu jmorru magħhom;+ u meta l-kerubini kienu jiftħu l-ġwienaħ tagħhom biex jogħlew ’il fuq mill-art, ir-roti ma kinux jibdlu d-direzzjoni minn maġenbhom.+ 17 Meta kienu jieqfu, dawn kienu jieqfu wkoll; u meta kienu jogħlew,+ kienu jogħlew magħhom, għax l-ispirtu li kien fuq il-ħlejjaq ħajjin kien fuqhom ukoll.+
18 U l-glorja+ taʼ Ġeħova telqet minn fuq l-għatba tad-dar u waqfet fuq il-kerubini.+ 19 U l-kerubini issa fetħu l-ġwienaħ tagħhom u għolew mill-art+ quddiem għajnejja. Huma u sejrin, ir-roti wkoll kienu qrib maġenbhom; u waqfu ħdejn id-daħla tal-bieb tal-lvant tad-dar taʼ Ġeħova, u l-glorja taʼ l-Alla taʼ Israel kienet fuqhom, minn fuq.
20 Dawn huma l-ħlejjaq ħajjin+ li kont rajt taħt l-Alla taʼ Israel ħdejn ix-xmara Kebar,+ u għalhekk sirt naf li kienu kerubini. 21 U kull wieħed minnhom, l-erbgħa li huma, kellu erbaʼ wċuħ+ u kull wieħed kellu erbaʼ ġwienaħ, u taħt il-ġwienaħ kellhom bħal idejn taʼ bniedem. 22 U l-uċuħ tagħhom kienu jidhru bħall-uċuħ li kont rajt ħdejn ix-xmara Kebar, bħalhom eżatt.+ Kull kerubin kien imur dritt ’il quddiem.+
11 U spirtu+ refagħni+ u ħadni lejn il-bieb tal-lvant tad-dar taʼ Ġeħova li jħares lejn il-lvant,+ u, ara, fid-daħla tal-bieb kien hemm ħamsa u għoxrin raġel,+ u rajt f’nofshom lil Ġagħżanija bin Għażżur u lil Pelatija bin Benaja, prinċpijiet tal-poplu.+ 2 Imbagħad Hu qalli: “Bin il-bniedem, dawn huma l-irġiel li qed ifasslu l-ħsara u jagħtu pariri ħżiena kontra din il-belt;+ 3 li qed jgħidu, ‘Mhux dalwaqt jinbnew id-djar?+ Hi l-borma l-kbira,+ u aħna l-laħam.’*
4 “Għalhekk, ipprofetizza kontrihom. Ipprofetizza, O bin il-bniedem.”+
5 Imbagħad niżel fuqi l-ispirtu taʼ Ġeħova,+ u hu qalli: “Għid, ‘Hekk qal Ġeħova:+ “Intom għedtu sew, O dar Israel; u jien naf+ x’jiġikom f’moħħkom. 6 Minħabba fikom il-maqtulin tagħkom f’din il-belt huma ħafna, u t-toroq tagħha mlejtuhomlha bil-maqtulin.”’”+ 7 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-maqtulin tagħkom li tfajtu f’nofsha huma l-laħam,+ u hi l-borma l-kbira;+ u intom tiġu maħruġin minn ġo nofsha.’”+
8 “‘Intom bżajtu mis-sejf,+ u s-sejf inġib fuqkom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ 9 ‘U jien noħroġkom minn ġo nofsha u nagħtikom f’idejn l-istranġieri+ u nwettaq fuqkom atti taʼ ġudizzju.+ 10 Bis-sejf taqgħu.+ Nagħmel ħaqq minnkom fil-fruntiera taʼ Israel;+ u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 11 Ma tkunx għalikom borma kbira,+ u intom ma tkunux il-laħam taʼ ġo fiha. Fil-fruntiera taʼ Israel nagħmel ħaqq minnkom, 12 u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, għax ma mxejtux mar-regolamenti u mal-ġudizzji tiegħi,+ imma aġixxejtu skond il-ġudizzji tal-ġnus taʼ madwarkom.’”+
13 U ġara li malli spiċċajt nipprofetizza, Pelatija bin Benaja miet,+ u jien inxtħett wiċċi fl-art u għajjatt b’leħen qawwi+ u għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova!+ Se teqridhom għalkollox lil dawk li fadal minn Israel?”+
14 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 15 “Bin il-bniedem, inkwantu għal ħutek,+ ħutek, l-irġiel li jinteressahom mid-dritt tiegħek li tixtri wirtek lura, u d-dar kollha taʼ Israel, kollha kemm hi, huma dawk li lilhom l-abitanti taʼ Ġerusalemm qalulhom, ‘Tbiegħdu minn Ġeħova. L-art tagħna; lilna ngħatat biex tkun tagħna’;+ 16 għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Għalkemm bgħatthom ’il bogħod fost il-ġnus, u għalkemm xerridthom fost il-pajjiżi,+ jien se nsir għalihom santwarju għal ftit żmien fost il-pajjiżi li marru fihom.”’+
17 “Għaldaqstant għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Se niġborkom mill-popli u niġmagħkom mill-pajjiżi li xxerridtu fihom, u nagħtikom l-art taʼ Israel.+ 18 U huma jmorru hemmhekk u jneħħulha l-qżiżijiet u l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħha.+ 19 U nagħtihom qalb waħda,+ u ndaħħal fihom spirtu ġdid;+ u nneħħi l-qalb tal-ġebel minn ġisimhom+ u nagħtihom qalb tal-laħam,+ 20 sabiex jimxu maʼ l-istatuti tiegħi u jħarsu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u jwettquhom;+ u huma tassew isiru l-poplu tiegħi+ u jien insir Alla tagħhom.”’+
21 “‘“Imma dawk li qalbhom miexja wara l-qżiżijiet u l-affarijiet mistkerrhin tagħhom,+ triqithom inġibha fuq rashom,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’”+
22 U l-kerubini+ fetħu l-ġwienaħ tagħhom, u r-roti kienu qrib ħdejhom,+ u l-glorja+ taʼ l-Alla taʼ Israel kienet fuqhom, minn fuq.+ 23 U l-glorja taʼ Ġeħova+ telgħet minn fuq nofs il-belt u waqfet fuq il-muntanja+ li qiegħda lejn il-lvant tal-belt.+ 24 U spirtu+ refagħni+ u ħadni l-Kaldija għand il-poplu eżiljat,+ fil-viżjoni mill-ispirtu t’Alla; u l-viżjoni li kont rajt intrefgħet minn fuqi. 25 U bdejt inkellem lill-poplu eżiljat dwar l-affarijiet kollha li kien ġegħelni nara Ġeħova.+
12 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, fost dar ribelluża qed tgħammar,+ li għandhom għajnejn biex jaraw imma ma jarawx,+ li għandhom widnejn biex jisimgħu imma ma jisimgħux,+ għax huma dar ribelluża.+ 3 U int, O bin il-bniedem, agħmel sorra għalik bħallikieku għall-eżilju u mur fl-eżilju bi nhar quddiem għajnejhom, u minfejn qiegħed mur fl-eżilju lejn post ieħor quddiem għajnejhom. Forsi jieħdu l-messaġġ, għalkemm huma dar ribelluża.+ 4 U bi nhar oħroġ is-sorra tiegħek quddiem għajnejhom, bħallikieku s-sorra għall-eżilju, u int stess oħroġ fil-għaxija quddiem għajnejhom bħal dawk li jinħarġu għall-eżilju.+
5 “Quddiem għajnejhom, ħaffer il-ħajt biex tgħaddi minnu, u oħroġ is-sorra minn ġo fih.+ 6 Quddiem għajnejhom ġorrha fuq spallejk, u oħroġha fid-dlam. U għatti wiċċek sabiex ma tarax l-art, għax sinjal+ għamiltek għal dar Israel.”+
7 U jien għamilt eżatt kif ġejt kmandat.+ Bi nhar ħriġt is-sorra tiegħi, bħas-sorra għall-eżilju; u fil-għaxija ħaffirt il-ħajt b’idi biex ngħaddi minnu. Fid-dlam ħriġt is-sorra u ġarrejtha fuq spallejja, quddiem għajnejhom.
8 U fil-għodu l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 9 “Bin il-bniedem, ma qalulekx dawk taʼ dar Israel, id-dar ribelluża,+ ‘X’int tagħmel?’ 10 Mela għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Għall-kap ewlieni+ hemm din id-dikjarazzjoni kontra Ġerusalemm u d-dar kollha taʼ Israel li jinsabu hemmhekk.”’
11 “Għid, ‘Jien sinjal+ għalikom. Kif għamilt jien, hekk se jiġrilhom. Fl-eżilju, fil-jasar imorru.+ 12 U l-kap ewlieni li jinsab fosthom, fuq l-ispallejn iġorr is-sorra fid-dlam u joħroġ; iħaffru l-ħajt sabiex joħorġuha minnu.+ Wiċċu jgħattih sabiex ma jarax l-art b’għajnejh.’ 13 U jien nifrex ix-xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-xibka tal-kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja, lejn l-art tal-Kaldin,+ imma hu ma jarahiex; u hemmhekk imut.+ 14 U kulmin ikun madwaru biex jgħinu, u l-qtajjaʼ militari kollha tiegħu, inxerridhom maʼ kull riħ;+ u nislet sejf għal warajhom.+ 15 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nxerridhom fost il-ġnus u nferrixhom fost il-pajjiżi.+ 16 U nħalli minnhom ftit irġiel meħlusin mis-sejf,+ mill-ġuħ u mill-pesta, sabiex ikunu jistgħu jirrakkontaw fost il-ġnus li jkunu fihom+ dwar l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħhom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”
17 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 18 “Bin il-bniedem, ħobżok kulu bit-tregħid; u bl-inkwiet u bl-ansjetà ixrob l-ilma tiegħek.+ 19 U għid lin-nies tal-pajjiż, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-abitanti taʼ Ġerusalemm fl-art taʼ Israel:+ “Bl-ansjetà jieklu ħobżhom, u bit-twerwir jixorbu l-ilma tagħhom, għax l-art tkun abbandunata u mbattla minn kollox+ minħabba l-vjolenza taʼ dawk kollha li jgħammru fiha.+ 20 U l-bliet abitati jitħarbtu,+ u l-art infisha ssir abbandunata;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’”+
21 U l-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid: 22 “Bin il-bniedem, x’inhu dan il-qawl li għandkom fl-art taʼ Israel,+ li jgħid, ‘Iż-żmien qed jitwal,+ imma kull viżjoni ġiet fix-xejn’?+ 23 Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Se ntemm dan il-qawl, u ma jibqgħux jgħidu iktar dan il-proverbju f’Israel.”’+ Imma għidilhom, ‘Iż-żmien qorob,+ u anki t-twettiq taʼ kull viżjoni.’ 24 Għax mhux se jibqaʼ jkun hemm viżjoni bla siwi+ jew teħbir b’żewġ uċuħ fost id-dar taʼ Israel.+ 25 ‘“Għax jien, Ġeħova, se nitkellem, u l-kelma li ngħid se sseħħ.+ Mhux se jkun hemm iktar dewmien,+ għax fi żmienkom,+ O dar ribelluża, se ngħid kelma u nagħmilha,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’”
26 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 27 “Bin il-bniedem, ara! Dawk taʼ dar Israel qed jgħidu, ‘Il-viżjoni li qed jara hi għal ħafna żmien ieħor, u dwar żminijiet fil-bogħod qed jipprofetizza.’+ 28 Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘Xejn minn kliemi ma se jdum iktar biex jitwettaq.+ Il-kelma li ngħid se sseħħ,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’”+
13 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza dwar il-profeti taʼ Israel li qed jipprofetizzaw,+ u għid lil dawk li qed jipprofetizzaw skond kif tgħidilhom qalbhom,+ ‘Isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova.+ 3 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għall-profeti stupidi,+ li qed jimxu wara qalbhom+ meta ma raw xejn!+ 4 Bħal volpijiet f’postijiet imħarbtin saru l-profeti tiegħek, O Israel.+ 5 Intom ma titilgħux fil-fetħiet tal-ħitan, u lanqas tibnu sur tal-ġebel+ għal dar Israel, sabiex tibqgħu weqfin fil-battalja f’jum Ġeħova.”+ 6 “Kellhom viżjonijiet taʼ dak li m’huwiex veru u teħbir giddieb,+ dawk li qed jgħidu, ‘Il-kelma taʼ Ġeħova hija,’ meta ma kienx Ġeħova li bagħathom, u stennew biex titwettqilhom kelma.+ 7 Mhux viżjoni li m’hijiex vera rajtu, u teħbir giddieb tkellimtu, meta għedtu, ‘Il-kelma taʼ Ġeħova hija,’ meta jien ma kont għedt xejn?”’+
8 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “‘Talli ma tkellimtux il-verità u rajtu gidba bħala viżjoni, ara, jien kontrikom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.” 9 U mmidd idi kontra l-profeti li qed jaraw viżjonijiet mhux veri, u li qed jeħbru gidba.+ Mhux se jibqgħu fost il-ġemgħa intima+ tal-poplu tiegħi, u fir-reġistru taʼ dar Israel ma jinkitbux,+ u lejn l-art taʼ Israel ma jiġux;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova,+ 10 għar-raġuni, iva, għar-raġuni li huma żvijaw lill-poplu tiegħi, billi qalu, “Hemm il-paċi!” meta m’hemm l-ebda paċi,+ u hemm min qed jibni ħajt, imma għalxejn+ hemm dawk li qed jiksuh bit-tibjid.’+
11 “Għid lil dawk li qed jiksu bit-tibjid li dan se jaqaʼ. Se tinżel xita bil-qliel, u intom, O biċċiet tas-silġ, se tinżlu, u buffura taʼ rwiefen qawwijin taqsmu.+ 12 U, ara, il-ħajt jaqaʼ. Imbagħad jintqalilkom, ‘Fejn hu l-kisi li ksejtu bih?’+
13 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Bil-korla tiegħi, jien inqajjem buffura taʼ rwiefen qawwijin, u bir-rabja tiegħi tinżel xita bil-qliel, u bil-korla jinżlu biċċiet tas-silġ li jeqirdu kollox.+ 14 U nġarraf il-ħajt li tkunu ksejtu bit-tibjid u nitfgħu maʼ l-art, u l-pedament tiegħu jinkixef.+ U hi taqaʼ, u intom tintemmu f’nofsha; u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+
15 “‘U ntemm il-korla tiegħi fuq il-ħajt u fuq dawk li ksewh bit-tibjid, u ngħidilkom: “Il-ħajt m’għadux iktar, u dawk li ksewh m’għadhomx iktar,+ 16 il-profeti taʼ Israel li qed jipprofetizzaw lil Ġerusalemm u li qed jaraw għaliha viżjoni taʼ paċi,+ meta m’hemm l-ebda paċi,”’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+
17 “U int, O bin il-bniedem, dawwar wiċċek+ lejn il-bniet tal-poplu tiegħek li qed jaqdu bħala profetessi+ skond kif tgħidilhom qalbhom,+ u pprofetizza kontrihom. 18 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għan-nisa li qed iħitu flimkien strixxi għal kull minkeb u jagħmlu velijiet għar-ras taʼ persuni taʼ kull daqs sabiex jonsbu għall-erwieħ!+ Jaqaw intom in-nisa qed tonsbu għall-erwieħ tal-poplu tiegħi, u tħallu ħajjin l-erwieħ tagħkom? 19 U se tkasbruni mal-poplu tiegħi għal ponn xgħir u biċċa ħobż,+ billi tagħtu l-mewt lir-ruħ li m’għandhiex tmut+ u tħallu ħajja lir-ruħ li m’għandhiex tgħix billi tigdbu lill-poplu tiegħi, dawk li jisimgħu l-gideb?”’+
20 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se naġixxi kontra l-istrixxi tagħkom, li bihom qed tonsbu għall-erwieħ bħallikieku kienu tjur, u jien inċarrathom minn maʼ dirgħajkom u neħles lill-erwieħ li qed tonsbu għalihom, l-erwieħ qishom tjur.+ 21 U nċarrat il-velijiet tagħkom u neħles lill-poplu tiegħi minn idejkom, u ma jibqgħux iktar f’idejkom bħal xi ħaġa li nqabdet fil-kaċċa; u se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 22 Talli sewwidtu qalb il-ġust bil-gideb,+ meta jien stess ma kontx weġġajtu, u talli saħħaħtu+ idejn il-ħażin sabiex ma jerġax lura minn triqtu l-ħażina u jibqaʼ ħaj,+ 23 m’intomx se taraw iktar viżjonijiet mhux veri,+ u m’intomx se teħbru+ iktar;+ u jien neħles lill-poplu tiegħi minn idejkom,+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’”+
14 U xi rġiel minn fost ix-xjuħ taʼ Israel ġew għandi u qagħdu bil-qiegħda quddiemi.+ 2 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 3 “Bin il-bniedem, dawn l-irġiel daħħlu f’qalbhom l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel, u quddiem wiċċhom qiegħdu t-tfixkil li qed iġegħelhom jiżbaljaw.+ U jien se nħallihom b’xi mod jistaqsuni?+ 4 Għaldaqstant kellimhom u għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Kull wieħed minn dar Israel li jdaħħal f’qalbu l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel+ u li jqiegħed quddiem wiċċu t-tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-profeta, jien, Ġeħova, se nwieġbu dwar il-kwistjoni skond il-kotra taʼ l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel,+ 5 sabiex naqbad lil dar Israel minn qalbhom,+ għax telquni minħabba l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel—ilkoll kemm huma.”’+
6 “Għaldaqstant għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Erġgħu lura u duru mill-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel+ u dawru wiċċkom mill-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom;+ 7 għax kull raġel minn dar Israel jew mir-residenti barranin li jgħixu bħala barranin f’Israel, li ma jibqax jimxi warajja+ u li jdaħħal f’qalbu l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel u li jqiegħed quddiem wiċċu t-tfixkil li jġiegħlu jiżbalja u jiġi għand il-profeta biex jistaqsi għalih innifsu x’ngħid,+ jien, Ġeħova, jien stess inwieġbu. 8 U ndawwar wiċċi kontra dak ir-raġel+ u nqiegħdu bħala sinjal+ u bħala qawl,+ u naqtgħu minn fost il-poplu tiegħi;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’+
9 “‘U min-naħa tal-profeta, f’każ li jiġi mqarraq u jgħid xi ħaġa, jien stess, Ġeħova, inkun qarraqt b’dak il-profeta;+ u mmidd idi kontrih u neqirdu għalkollox minn fost il-poplu tiegħi Israel.+ 10 U jkollhom iġorru l-iżball tagħhom.+ L-iżball taʼ min jistaqsi jkun l-istess bħall-iżball tal-profeta,+ 11 sabiex dawk taʼ dar Israel ma jwarrbux iżjed minn warajja+ u ma jitniġġsux iktar bil-ksur tal-liġi kollu tagħhom. U huma jsiru l-poplu tiegħi u jien insir Alla tagħhom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+
12 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 13 “Bin il-bniedem, jekk pajjiż jidneb kontrija billi jaġixxi bla fedeltà,+ jien immidd idi kontrih u nkissirlu l-bsaten li jdendlu l-ftajjar magħhom,+ u nibgħat fuqu l-ġuħ+ u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku.”+ 14 “‘U kieku kellu jkun hemm fih dawn it-tlett irġiel, Noè,+ Danjel,+ u Ġob,+ kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-sewwa tagħhom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+
15 “‘Jew kieku kelli nġiegħel lill-bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-ħsara biex jgħaddu mill-pajjiż+ u jħalluh bla tfal+ u jsir art abbandunata li ħadd ma jgħaddi minnha minħabba l-bhejjem salvaġġi,+ 16 u jkun hemm dawn it-tlett irġiel fih, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; ikunu huma biss li jinħelsu u l-pajjiż isir art abbandunata.’”+
17 “‘Jew kieku kelli nġib sejf fuq il-pajjiż,+ u ngħid: “Ħa jgħaddi sejf mill-pajjiż,” u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku,+ 18 anki kieku dawn it-tlett irġiel kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘dawn la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet, imma jkunu huma biss li jinħelsu.’”+
19 “‘Jew kieku kelli nibgħat il-pesta fuq il-pajjiż+ u nferraʼ l-korla tiegħi fuqu bid-dmija,+ sabiex naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku, 20 u li kieku Noè,+ Danjel,+ u Ġob+ kellhom ikunu hemmhekk,+ daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘la jeħilsu wlied subien u lanqas bniet; kienu jeħilsu biss lilhom infushom minħabba s-sewwa tagħhom.’”+
21 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Mela, hekk ukoll iseħħ meta jkun hemm l-erbaʼ atti tiegħi taʼ ġudizzju+ li jagħmlu l-ħsara—sejf u ġuħ u bhejjem salvaġġi li jagħmlu l-ħsara u pesta+—li se nibgħat fuq Ġerusalemm sabiex naqtaʼ minnha l-bniedem u l-annimal domestiku.+ 22 Imma, ara, se jibqaʼ fiha grupp li jeħilsuha, dawk li joħorġu.+ Ulied subien u bniet, hawn huma! Ġejjin għandkom, u intom taraw triqithom u l-għemejjel tagħhom.+ U se titfarrġu għall-gwaj li nkun ġibt fuq Ġerusalemm, iva, dak kollu li se nkun ġibt fuqha.’”
23 “‘U se jfarrġukom meta taraw triqithom u l-għemejjel tagħhom; u se jkollkom tkunu tafu li mhux għalxejn inkun għamilt dak kollu li se jkolli nagħmel kontriha,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”+
15 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, is-siġra tad-dielja,+ jew ir-rimja tagħha li tikber fost is-siġar tal-foresta, kif inhi differenti minn kull siġra oħra? 3 Jaqaw in-nies jieħdu minnha xi lasta biex jaħdmu biha? Jew jagħmlu minnha xi musmar biex idendlu xi ħaġa miegħu? 4 Ara! Fin-nar tintefaʼ ħalli jkollu biex jaqbad.+ Iż-żewġt itruf tagħha jiblagħhom in-nar, u fin-nofs tinħaraq.+ Imbagħad tkun tajba għal xi xogħol? 5 Ara! Meta tkun sħiħa, ma tintużax għax-xogħol. Mela, kemm inqas tistaʼ tintuża għax-xogħol meta jkun belagħha n-nar u nħarqet!”+
6 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Bħas-siġra tad-dielja fost is-siġar tal-foresti, li jien tajt lin-nar ħalli jkollu biex jaqbad, hekk tajt l-abitanti taʼ Ġerusalemm.+ 7 U dawwart wiċċi kontrihom.+ Ħarġu min-nar, imma n-nar jiblagħhom.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova, meta ndawwar wiċċi kontrihom.’”+
8 “‘U l-pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ talli ma wrewx fedeltà,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
16 U l-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, għarraf+ lil Ġerusalemm bl-affarijiet mistkerrhin tagħha.+ 3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lil Ġerusalemm: “L-oriġini tiegħek u twelidek kienu mill-pajjiż tal-Kangħanin.+ Missierek kien Amurri,+ u ommok kienet Ħittija.+ 4 U fi twelidek, dakinhar li twilidt+ ma qatgħulekx il-kurdun taʼ żokortok, u ma ħaslukx fl-ilma biex tindaf, u xejn m’għorkuk bil-melħ, u lanqas biss ġejt imgeżwra fil-faxex. 5 L-ebda għajn ma tħassritek biex tagħmillek xi waħda minn dawn l-affarijiet ħalli turik mogħdrija,+ imma ġejt mitfugħa f’wiċċ ir-rabaʼ għax stmerrewk sa minn jum twelidek.
6 “‘“U jien għaddejt minn ħdejk u rajtek tagħti b’saqajk f’demmek, u għedtlek meta kont f’demmek, ‘Ibqaʼ għix!’+ iva, għedtlek meta kont f’demmek, ‘Ibqaʼ għix!’ 7 Kotra kbira ħafna bħall-ħaxix li jinbet fl-għalqa għamiltek sabiex tikber+ u titwal u tidħol bl-aqwa tiżjin.+ Sidrek żviluppa u ssoda, u xagħrek twallek ħafna, meta kont għadek għarwiena u mikxufa.”’
8 “‘U għaddejt minn ħdejk u rajtek meta kien iż-żmien tiegħek għall-espressjonijiet taʼ mħabba.+ Għalhekk, frixt djuli fuqek+ biex ngħatti l-għera tiegħek u għamiltlek ħalfa u dħalt f’patt miegħek,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u b’hekk sirt tiegħi.+ 9 Iktar minn hekk, ħsiltek bl-ilma+ u laħlaħtek mid-demm u dliktek biż-żejt.+ 10 U libbistek libsa rrakkmata+ u tajtek żarbun mill-ġild tal-bumerin+ u dawwartek b’għażel fin+ u għattejtek b’materjal li jiswa ħafna flus. 11 U żejjintek u poġġejtlek brazzuletti+ maʼ idejk u ġiżirana+ m’għonqok. 12 Iktar minn hekk, qegħedtlek ħolqa taʼ l-imnieħer+ fi mnifsejk u msielet maʼ widnejk+ u kuruna sabiħa fuq rasek.+ 13 U int bqajt tiżżejjen b’deheb u fidda, u ħwejġek kienu għażel fin u materjal li jiswa ħafna flus u libsa rrakkmata.+ Dqiq fin u għasel u żejt+ kont tiekol, u sbiħt fuq li sbiħt, u bil-mod il-mod sirt xierqa għal pożizzjoni rjali.’”+
14 “‘U ħareġ ismek fost il-ġnus minħabba sbuħitek, għax kienet perfetta minħabba l-glorja tiegħi li qegħedtlek fuqek,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
15 “‘Imma int bdejt tafda fis-sbuħija tiegħek+ u sirt prostituta minħabba l-isem+ li kellek u għamilt atti taʼ prostituzzjoni bl-addoċċ maʼ kulmin kien għaddej;+ u sbuħitek saret tiegħu. 16 U ħadt ftit minn ħwejġek u għamilt postijiet għall-qima*+ mżewqin b’ħafna kuluri u kont tipprostitwixxi ruħek fuqhom+—affarijiet bħal dawn m’għandhomx isiru, u qatt m’għandhom ikunu. 17 U kont tieħu l-oġġetti sbieħ tiegħek mid-deheb u l-fidda tiegħi li kont tajtek+ u kont tagħmel għalik xbihat taʼ raġel+ u tipprostitwixxi ruħek magħhom.+ 18 U kont tieħu l-ilbiesi rrakkmati tiegħek u tgħattihom; u kont tqiegħed quddiemhom iż-żejt tiegħi u l-inċens tiegħi.+ 19 U l-ħobż tiegħi li kont tajtek—id-dqiq fin u ż-żejt u l-għasel li tajtek biex tiekol+—int qegħedtu quddiemhom bħala riħa pjaċevoli,+ u dan bqajt tagħmlu,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
20 “‘U kont tieħu lil uliedek subien u bniet li wlidtli,+ u kont tissagrifikahom lill-idoli biex jinbelgħu+—mhux biżżejjed l-atti taʼ prostituzzjoni li għamilt? 21 Kont toqtol lil uliedi,+ u billi tgħaddihom min-nar kont tagħtihom lilhom.+ 22 U int u tagħmel l-affarijiet mistkerrhin kollha tiegħek u l-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni ma ftakartx f’jiem żgħożitek meta kont għarwiena u mikxufa, u kont qed tagħti b’saqajk f’demmek.+ 23 Għalhekk, wara dan il-ħażen kollu tiegħek (“gwaj, gwaj għalik,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova) 24 bnejt għalik għolja u għamilt post għoli f’kull pjazza.+ 25 F’kull ras it-triq bnejt il-post għoli tiegħek+ u bdejt tagħmel is-sbuħija tiegħek xi ħaġa mistkerrha+ u tiftaħ saqajk beraħ għal kulmin kien jgħaddi+ u tkattar l-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni.+ 26 U pprostitwejt ruħek maʼ wlied l-Eġittu,+ il-ġirien tiegħek taʼ ġisem* imlaħħam,+ u komplejt tkattar il-prostituzzjoni tiegħek sabiex toffendini. 27 U jien se mmidd idi kontrik+ u nnaqqaslek sehmek+ u nerħik għax-xewqa+ tan-nisa li jobogħduk,+ il-bniet tal-Filistin,+ in-nisa li ġew umiljati minħabba l-kondotta laxka tiegħek.+
28 “‘U int mort tipprostitwixxi ruħek maʼ wlied l-Assirja għax ma kontx sodisfatta,+ u komplejt tipprostitwixxi ruħek magħhom u xorta ma ssodisfajtx ruħek. 29 Għalhekk, żidt il-prostituzzjoni tiegħek fl-art taʼ Kangħan,+ u mal-Kaldin;+ u lanqas b’dan ma ssodisfajt ruħek. 30 O kemm jien inkorlat+ għalik,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘talli għamilt dawn l-affarijiet kollha, l-għemejjel taʼ mara+ prostituta bla mistħija!+ 31 Meta bnejt l-għolja tiegħek f’ras kull triq u għamilt post għoli f’kull pjazza, xorta kont differenti minn prostituta għax int tistmerr il-ħlas. 32 Il-mara miżżewġa li tagħmel adulterju tilqaʼ l-istranġieri minflok lir-raġel tagħha.+ 33 Hija drawwa li kull prostituta tingħata rigal,+ imma int—int tajt ir-rigali tiegħek lil dawk kollha li jħobbuk b’mod appassjonat,+ u toffrilhom tixħim biex jiġu għandek minn kullimkien għal atti+ taʼ prostituzzjoni miegħek. 34 U fil-każ tiegħek jiġri l-oppost tan-nisa l-oħrajn fl-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni, u għadha ma saret l-ebda prostituzzjoni bl-istil tiegħek, iva, li tħallas int meta int stess ma tkunx tħallast, u b’hekk isir l-oppost.’
35 “Għalhekk, O prostituta,+ ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova.+ 36 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Minħabba li l-passjoni tiegħek issawbet+ u l-partijiet privati tiegħek+ jinkixfu fl-atti tiegħek taʼ prostituzzjoni maʼ dawk li jħobbuk b’mod appassjonat+ u maʼ l-idoli tiegħek mistkerrhin u moqżieża daqs id-demel,+ iva, bid-demm taʼ wliedek li int tajt lilhom,+ 37 minħabba dan, jien qed niġbor lil dawk kollha li ħabbewk b’mod appassjonat u li int tajthom pjaċir u lil dawk kollha li ħabbejt flimkien maʼ dawk li bgħadt, u niġborhom flimkien kontrik minn kullimkien u nikxiflek il-partijiet privati quddiemhom, u huma jarawlek il-partijiet privati kollha tiegħek.+
38 “‘U jien niġġudikak bil-ġudizzji tan-nisa adulteri+ u n-nisa li jxerrdu d-demm,+ u nġib fuqek id-demm tal-korla u taʼ l-għira* tiegħi.+ 39 U jien nagħtik f’idejhom, u jġarrfulek l-għolja tiegħek+ u jwaqqgħu l-postijiet għoljin tiegħek,+ u jneżżgħuk minn ħwejġek+ u jiħdulek l-oġġetti sbieħ+ u jħalluk għarwiena u mikxufa. 40 U jġibu ġemgħa+ kontrik u jħaġġruk+ u joqtluk bi sjufhom.+ 41 U jaħarqulek djarek bin-nar+ u jwettqu fik atti taʼ ġudizzju quddiem għajnejn ħafna nisa;+ u ma nħallikx iktar prostituta,+ u ma tibqax tagħti iktar ħlas. 42 U nserraħ il-korla tiegħi fik,+ u l-għira tiegħi twarrab minnek;+ u noqgħod kwiet u ma nħossnix iktar offiż.’
43 “‘Talli ma ftakartx f’jiem żgħożitek+ u ġegħeltni ninkedd b’dawn l-affarijiet kollha,+ jien ukoll, min-naħa tiegħi, se nġib triqtek fuq rasek stess,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u ma tkomplix tieħu sehem f’kondotta laxka flimkien maʼ l-affarijiet mistkerrhin kollha li qed tagħmel.
44 “‘Ara! Kulmin juża proverbju+ kontrik se juża l-proverbju: “Bħall-omm, il-bint!”+ 45 Int bint ommok,+ waħda li tistmerr lil żewġha+ u lil uliedha. U int oħt ħutek il-bniet, li stmerrew lil żwieġhom u lil uliedhom. Ommkom kienet Ħittija,+ u missierkom kien Amurri.’”+
46 “‘U oħtok il-kbira hi s-Samarija+ u l-bliet li jiddependu minnha,+ li tgħammar fuq ix-xellug tiegħek, u oħtok iż-żgħira, li tgħammar fuq lemintek, hi Sodoma+ u l-bliet li jiddependu minnha.+ 47 U ma mxejtx fi triqathom, jew għamilt skond l-affarijiet mistkerrhin tagħhom.+ Imma wara ftit, fi triqatek kollha aġixxejt b’mod mill-agħar iktar minnhom.+ 48 Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘oħtok Sodoma, hi u l-bliet li jiddependu minnha, m’għamlitx bħalma għamilt int, int u l-bliet li jiddependu minnek.+ 49 Ara! Dan kien l-iżball t’oħtok Sodoma: Kburija,+ xabaʼ tal-ħobż+ u moħħ mistrieħ+ mit-tfixkil kellha hi u l-bliet li jiddependu minnha,+ u ma saħħitx id min kien qed isofri+ u id il-fqir.+ 50 U baqgħu suppervi+ u komplew jagħmlu ħaġa mistkerrha quddiemi,+ u fl-aħħar neħħejthom, kif rajt li kien xieraq.+
51 “‘U s-Samarija+ m’għamlitx nofs id-dnubiet li għamilt int, imma int għamilt affarijiet mistkerrhin iżjed milli għamlu huma, tant li lil ħutek il-bniet għamilthom jidhru ġusti bl-affarijiet mistkerrhin kollha li għamilt.+ 52 Int ukoll se jkollok iġġorr l-umiljazzjoni tiegħek meta tkun qed taqbeż għal ħutek il-bniet. Minħabba dnubietek li bihom aġixxejt b’mod iktar mistkerrah milli għamlu huma, huma iktar ġusti minnek.+ Istħi u kun umiljata għax tagħmel lil ħutek jidhru ġusti.’
53 “‘U jien niġbor lill-imjassrin tagħhom,+ l-imjassrin taʼ Sodoma u tal-bliet li jiddependu minnha, u l-imjassrin tas-Samarija u tal-bliet li jiddependu minnha; u niġbor ukoll lill-imjassrin tiegħek minn nofshom,+ 54 sabiex iġġorr l-umiljazzjoni tiegħek;+ u se tħossok umiljata minħabba dak kollu li għamilt, talli kont taʼ faraġ għalihom.+ 55 U ħutek, Sodoma u l-bliet li jiddependu minnha, jerġgħu għal li kienu, u s-Samarija u l-bliet li jiddependu minnha jerġgħu għal li kienu, u int stess u l-bliet li jiddependu minnek terġgħu għal li kontu.+ 56 U oħtok Sodoma ma kinitx xi ħaġa taʼ min jismaʼ dwarha minn fommok f’jum kburitek,+ 57 qabel ma nkixef il-ħażen tiegħek stess,+ bħal meta ġejt immaqdra mill-bniet tas-Sirja+ u dawk kollha taʼ madwarha, il-bniet tal-Filistin,+ dawk li żebilħuk minn kull naħa.+ 58 Il-kondotta laxka tiegħek+ u l-affarijiet mistkerrhin tiegħek, int stess trid iġġorrhom,’+ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”
59 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se nagħmillek bħalma għamilt int,+ għax int stmerrejt il-ħalfa billi ksirt il-patt tiegħi.+ 60 U jien, jien stess, niftakar il-patt tiegħi miegħek f’jiem żgħożitek,+ u nistabbilixxi għalik patt għal żmien indefinit.*+ 61 U int żgur tiftakar triqatek+ u tħossok umiljata meta tilqaʼ lil ħutek il-bniet, dawk akbar minnek kif ukoll dawk iżgħar minnek, u nagħtihomlok bħala wliedek,+ imma mhux minħabba l-patt miegħek.’+
62 “‘U jien, jien stess, se nistabbilixxi l-patt tiegħi miegħek;+ u int se jkollok tkun taf li jien Ġeħova, 63 sabiex tiftakar u tistħi+ u ma jkollokx għalfejn tiftaħ ħalqek+ iktar minħabba l-umiljazzjoni tiegħek, meta nagħmel tpattija+ għalik għal kulma għamilt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
17 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ippreżenta ħaġa moħġaġa+ u lissen qawl lil dar Israel.+ 3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “L-ajkla l-kbira,+ bi ġwienaħ kbar,+ bi truf ġwinħajha twal, mimlija rix taʼ lwien differenti, ġiet il-Libanu+ u ħadet il-quċċata tas-siġra+ taċ-ċedru.+ 4 Qaċċtet il-quċċata tar-rimjiet żgħar tagħha u ġabitha fl-art taʼ Kangħan;+ qegħditha f’belt taʼ negozjanti. 5 Iktar minn hekk, ħadet ftit żerriegħa mill-pajjiż+ u żergħetha f’għalqa lesta għaż-żrigħ. Bħal żafżafa ħdejn ilmijiet vasti,+ bħal siġra taż-żafżaf żergħetha. 6 U bdiet tinbet u bil-mod il-mod saret dielja tħaddar u baxxa,+ li l-friegħi tagħha kienu jduru lejha; u bil-mod il-mod l-għeruq tagħha niżlu taħtha. U fl-aħħar saret dielja u rmiet u ħarġet il-friegħi.+
7 “‘“U kien hemm ajkla kbira oħra,+ li kellha ġwienaħ kbar, u truf ġwinħajha kbar;+ u din id-dielja firxet għeruqha lejha bil-ġuħ.+ U l-friegħi tagħha meddithom lejha sabiex issaqqiha, lil hinn mir-roqgħa fejn kienet imħawla fil-ġnien.+ 8 Kienet diġà tħawlet f’rabaʼ tajjeb,+ ħdejn ilmijiet vasti, sabiex toħroġ il-friegħi u tagħmel il-frott u ssir dielja maestuża.”’
9 “Għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Se tirnexxi din?+ Pjuttost mhux se jkun hemm xi ħadd li jqaċċtilha l-għeruq+ u jħassrilha frottha? U r-rimjiet kollha li jkunu għadhom kemm ġew imqaċċtin, ma jinxfux?+ Se tinxef. Biex tintrefaʼ minn għeruqha la se jkollha bżonn driegħ qawwi u lanqas xi kotra nies. 10 U, ara, għalkemm titħawwel mill-ġdid, se tirnexxi? Mhux se tinxef għalkollox, bħal meta jolqotha r-riħ mil-lvant?+ Fir-roqgħa fil-ġnien fejn nibtet se tinxef.”’”+
11 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 12 “Jekk jogħġbok, għid lid-dar ribelluża,+ ‘Ma tafux xi jfissru dawn l-affarijiet?’ Għid, ‘Ara! Is-sultan taʼ Babilonja ġie Ġerusalemm u ħa lis-sultan+ u l-prinċpijiet tagħha u ġabhom għandu f’Babilonja.+ 13 Iktar minn hekk, ħa wieħed min-nisel* irjali+ u għamel patt miegħu u daħħlu f’ħalfa;+ u ħa lill-irġiel importanti tal-pajjiż,+ 14 sabiex is-saltna titbaxxa,+ u ma tkunx tistaʼ tintrefaʼ, u billi jħares il-patt tiegħu tibqaʼ wieqfa.+ 15 Imma hu rribella+ kontrih billi bagħat il-messaġġiera tiegħu l-Eġittu, biex dan jagħtih iż-żwiemel+ u kotra nies. Se jirnexxi? Se jaħrab dak li qed jagħmel dawn l-affarijiet u kiser il-patt? Se jirnexxilu jaħrab?’+
16 “‘“Daqskemm jien ħaj,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, “fl-istess post tas-sultan li għamel sultan lil dak li stmerr il-ħalfa tiegħu+ u li kiser il-patt, miegħu f’nofs Babilonja jmut.+ 17 U l-Fargħun, b’qawwa militari kbira u b’ġemgħa kotrana, ma jgħinux fil-gwerra+ billi jwaqqaf rampa għall-assedju u jibni ħajt taʼ l-assedju, sabiex jeqred lil ħafna nies.*+ 18 Hu stmerr il-ħalfa+ billi kiser il-patt, u, ara, hu kien ħadlu b’idu+ bi ftehim u għamel dawn l-affarijiet kollha. Mhux se jaħrab.”’+
19 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Daqskemm jien ħaj, żgur li l-ħalfa tiegħi li stmerr+ u l-patt tiegħi li kiser se nitħallas tagħhom minn fuq rasu. 20 U jien nifrex ix-xibka tiegħi fuqu, u jinqabad fix-xibka tal-kaċċa tiegħi;+ u nġibu Babilonja u jkolli xi ngħid miegħu hemmhekk dwar in-nuqqas taʼ fedeltà li wera kontrija.+ 21 U dawk kollha li qed jaħarbu mill-qtajjaʼ tiegħu, bis-sejf jaqgħu, u dawk li jitħallew se jinxterdu maʼ kull riħ.+ U intom se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, għedtu dan.”’+
22 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Jien stess nieħu ftit mill-quċċata għolja taċ-ċedru u nħawwilha;+ mill-quċċata tal-friegħi tagħha nqaċċat waħda tarija+ u nħawwilha fl-għoli fuq muntanja għolja.+ 23 Fuq il-muntanja għolja taʼ Israel inħawwilha,+ u toħroġ il-friegħi u tagħmel il-frott+ u ssir siġra taċ-ċedru maestuża.+ U taħtha jgħammru għasafar taʼ kull tip; f’dell il-weraq tagħha jgħammru.+ 24 U s-siġar kollha tar-rabaʼ se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ baxxejt is-siġra għolja,+ għollejt is-siġra baxxa,+ nixxift is-siġra ħadra+ u ġegħelt lis-siġra niexfa twarrad. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.”’”+
18 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Xi jfisser għalikom dan il-qawl li qed tikkwotaw fl-art taʼ Israel, ‘Il-missirijiet jieklu l-għeneb mhux misjur, imma jiddarrsu snien l-ulied’?+
3 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘ma tkunux tistgħu tikkwotawh iktar dan il-qawl f’Israel. 4 Ara! L-erwieħ huma kollha tiegħi.+ Bħalma hi ruħ+ il-missier hekk ukoll ruħ l-iben—tiegħi huma.+ Ir-ruħ li qed tidneb+—din tmut.+
5 “‘U jekk raġel ikun ġust u jkun wettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ 6 ma jkunx kiel+ mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji+ u għajnejh ma refagħhomx lejn l-idoli taʼ dar Israel moqżieża daqs id-demel,+ u ma kasbarx+ lil mart sieħbu u ma resaqx lejn mara fin-nuqqas taʼ safa tagħha,+ 7 u ma mmaltratta lil ħadd;+ radd lura dak li ħa bħala rahan għad-dejn,+ ma ħataf xejn b’serq,+ lil min hu bil-ġuħ tah ħobżu+ stess u lill-għarwien tah x’jilbes,+ 8 xejn ma ta bl-imgħax+ u m’għamel l-ebda qligħ mis-self,+ żamm idu lura mill-inġustizzja,+ wettaq ġustizzja vera bejn raġel u ieħor,+ 9 baqaʼ jimxi maʼ l-istatuti tiegħi+ u ħares id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi sabiex iwettaq il-verità,+ hu jkun ġust.+ Żgur jibqaʼ jgħix,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
10 “‘U jekk xi ħadd ikollu iben li hu ħalliel,+ wieħed li jxerred id-demm,+ li jkun għamel xi waħda minn dawn l-affarijiet 11 (imma hu nnifsu ma jkun għamel l-ebda waħda minnhom), jekk hu jkun kiel mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji,+ u kasbar lil mart sieħbu,+ 12 immaltratta lil min kien qed isofri u lill-fqir,+ ħataf xi affarijiet b’serq,+ u ma raddx lura dak li ħa bħala rahan għad-dejn,+ u refaʼ għajnejh lejn l-idoli moqżieża daqs id-demel,+ hu jkun għamel xi ħaġa mistkerrha.+ 13 Sellef biex jagħmel il-qligħ,+ u ħa l-imgħax,+ u għalhekk żgur ma jibqax jgħix. Għamel dawn l-affarijiet mistkerrhin kollha.+ Żgur jingħata l-mewt. Demmu jkun fuqu stess.+
14 “‘U jekk wieħed ikollu iben, li jara d-dnubiet kollha li jkun għamel missieru, u jara u ma jagħmilx affarijiet bħalhom.+ 15 Ma jkunx kiel mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji, u għajnejh ma refagħhomx lejn l-idoli taʼ dar Israel moqżieża daqs id-demel;+ ma kasbarx lil mart sieħbu;+ 16 u ma mmaltratta lil ħadd,+ ma ħataf l-ebda rahan,+ u xejn ma ħa b’serq;+ lil min kien bil-ġuħ tah ħobżu stess,+ u lill-għarwien tah x’jilbes;+ 17 ma meddx idu fuq min kien qed isofri; ma sellifx bi qligħ+ jew ħa l-imgħax;+ wettaq id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi;+ mexa maʼ l-istatuti tiegħi;+ hu ma jmutx minħabba l-iżball taʼ missieru.+ Żgur jibqaʼ jgħix.+ 18 Imma missieru, talli imbrolja għall-aħħar,+ ħataf xi ħaġa b’serq mingħand ħuh,+ u għamel kull ħaġa mhix tajba f’nofs il-poplu tiegħu,+ ikollu jmut għall-iżball tiegħu.+
19 “‘U intom se tgħidu: “Għala l-iben m’għandux għalfejn jitgħabba bl-iżball taʼ missieru?”+ L-iben wettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ ħares l-istatuti kollha tiegħi u qed ikompli jagħmilhom.+ Żgur jibqaʼ jgħix.+ 20 Ir-ruħ li qed tidneb—din tmut.+ Iben ma jitgħabbiex bl-iżball taʼ missieru, u l-missier ma jitgħabbiex bl-iżball taʼ ibnu.+ Il-ġustizzja tal-ġust tiġi fuqu stess,+ u l-ħażen tal-ħażin jiġi fuqu stess.+
21 “‘Issa jekk xi ħadd ħażin idur lura mid-dnubiet kollha li għamel+ u jħares l-istatuti kollha tiegħi u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ hu żgur jibqaʼ jgħix. Ma jmutx.+ 22 Kulma għamel biex jikser il-liġi ma jitfakkarx kontrih.+ Hu jibqaʼ jgħix għas-sewwa li jkun għamel.’+
23 “‘Jaqaw jien nitgħaxxaq b’xi mod bil-mewt taʼ xi ħadd ħażin,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u mhux li dan idur lura minn triqatu u jibqaʼ jgħix?’+
24 “‘Issa meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja,+ jibqaʼ jagħmel skond l-affarijiet mistkerrhin kollha tal-wieħed ħażin u jkompli jgħix,+ xejn mill-atti ġusti kollha li jkun għamel ma jitfakkar.+ Minħabba n-nuqqas taʼ fedeltà li wettaq u d-dnub li dineb bih, minħabba fihom imut.+
25 “‘U intom se tgħidu: “It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.”+ Ismaʼ, jekk jogħġbok, O dar Israel. Triqti mhix ġusta?+ Mhux triqatkom m’humiex ġusti?+
26 “‘Meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja+ u jmut minħabba dan, għall-inġustizzja li għamel imut.+
27 “‘U meta xi ħadd ħażin idur lura mill-ħażen li jkun għamel u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ ikun hu stess li jżomm lil ruħu ħajja.+ 28 Meta jara+ kulma għamel biex jikser il-liġi u jdur lura,+ hu żgur jibqaʼ jgħix. Ma jmutx.+
29 “‘U dar Israel se tgħid: “It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.”+ Triqati m’humiex ġusti, O dar Israel?+ Mhux triqatkom m’humiex ġusti?’+
30 “‘Għalhekk, se niġġudika lil kull wieħed skond triqatu,+ O dar Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Duru lura, iva, duru lura minn kulma qed tagħmlu biex tiksru l-liġi,+ u tħallu xejn ikun taʼ tfixkil għalikom li jġegħelkom tiżbaljaw.+ 31 Neħħu minn fuqkom kulma għamiltu biex tiksru l-liġi,+ u sawru għalikom qalb ġdida+ u spirtu ġdid,+ għax għalfejn għandkom tmutu,+ O dar Israel?’
32 “‘Għax jien ma niħux pjaċir meta xi ħadd imut,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. ‘Mela, duru lura u ibqgħu għixu.’”+
19 “U int, semmaʼ għanja taʼ niket+ dwar il-kapijiet ewlenin taʼ Israel,+ 2 u għid, ‘Ommok x’kienet? Iljunessa fost l-iljuni.+ Imteddet fost l-iljuni b’saħħithom. Rabbiet il-frieħ tagħha.
3 “‘U bil-mod il-mod rawmet wieħed mill-frieħ tagħha.+ Dan sar iljun b’saħħtu, u beda jitgħallem kif itertaq il-priża.+ Saħansitra belaʼ lill-bnedmin. 4 U l-ġnus komplew jisimgħu dwaru. Hu nqabad fil-ħofra tagħhom, u tellgħuh bil-ganċijiet lejn l-art taʼ l-Eġittu.+
5 “‘Meta rat li kienet stenniet u t-tama tagħha sfat fix-xejn, ħadet ieħor mill-frieħ tagħha+ u għamlitu ljun b’saħħtu. 6 U beda jimxi qalb l-iljuni. Iljun b’saħħtu sar. U bil-mod il-mod tgħallem kif itertaq il-priża.+ Saħansitra belaʼ lill-bnedmin.+ 7 U sar midħla tat-torrijiet mgħammrin tagħhom, u ħarbat il-bliet tagħhom,+ u għalhekk l-art tħalliet abbandunata u mlieha bil-ħoss taʼ l-għajta tiegħu.+ 8 U l-ġnus mill-provinċji taʼ dawk l-inħawi daru kontrih+ u firxu x-xibka tagħhom fuqu.+ Inqabad fil-ħofra tagħhom.+ 9 Fl-aħħar qegħduh fil-gaġġa permezz tal-ganċijiet u ġabuh għand is-sultan taʼ Babilonja.+ Ġabuh permezz tax-xbieki tal-kaċċa, sabiex leħnu ma jinstemax iżjed fuq il-muntanji taʼ Israel.+
10 “‘Ommok+ kienet bħal dielja f’demmek,+ imħawla ħdejn l-ilmijiet. Kellha l-frott u mtliet bil-friegħi minħabba l-abbundanza taʼ l-ilma.+ 11 U sarulha bsaten b’saħħithom, tajbin għax-xettri taʼ ħakkiema.+ U bil-mod il-mod għoliet fuq il-friegħi, u bdiet tidher minħabba t-tul tagħha, għax kellha ħafna friegħi u weraq.+ 12 Imma fl-aħħar ġiet imqaċċta b’rabja qalila.+ Twaddbet maʼ l-art, u riħ mil-lvant nixxfilha frottha.+ Il-bastun b’saħħtu tagħha nkiser u nixef.+ Belgħu n-nar.+ 13 U issa mħawla fix-xagħri,+ f’art bla ilma u għatxana.+ 14 U mill-bastun tagħha ħareġ nar.+ Dan belaʼ r-rimjiet tagħha, il-frott tagħha, u ma baqgħalha ebda bastun b’saħħtu, ebda xettru għall-ħakma.+
“‘Din hi għanja taʼ niket, u se tkun għanja taʼ niket.’”+
20 Issa ġara fis-sebaʼ sena, fil-ħames xahar, fl-għaxar jum tax-xahar, li xi rġiel mix-xjuħ taʼ Israel ġew jistaqsu lil Ġeħova,+ u qagħdu bil-qiegħda quddiemi.+ 2 Imbagħad il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 3 “Bin il-bniedem, kellem lix-xjuħ taʼ Israel, u għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ġejtu tistaqsuni?+ ‘Daqskemm jien ħaj, m’iniex se nħallikom tistaqsuni,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’
4 “Se tiġġudikahom? Se tiġġudikahom, O bin il-bniedem?+ Għarrafhom bl-affarijiet mistkerrhin taʼ missirijiethom.+ 5 U għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Dakinhar li għażilt lil Israel,+ jien għollejt idi+ b’ħalfa lin-nisel taʼ dar Ġakobb+ u għarrafthom min jien fl-art taʼ l-Eġittu.+ Iva, għollejt idi biex naħilfilhom, u għedt, ‘Jien Ġeħova Alla tagħkom.’+ 6 Dakinhar għollejt idi+ biex naħilfilhom li noħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu lejn art li kont tkixxiftilhom, art li tnixxi ħalib u għasel.+ Kienet id-dekorazzjoni taʼ l-artijiet kollha.+ 7 U komplejt ngħidilhom, ‘Armu, kull wieħed minnkom, l-affarijiet moqżieża li tfajtu għajnejkom fuqhom,+ u titniġġsux bl-idoli taʼ l-Eġittu moqżieża daqs id-demel.+ Jien Ġeħova Alla tagħkom.’+
8 “‘“U bdew jirribellaw kontrija,+ u ma ridux jisimgħu minni. Mhux kull wieħed minnhom rema l-affarijiet moqżieża li tefaʼ għajnejh fuqhom, u ma telqux l-idoli taʼ l-Eġittu moqżieża daqs id-demel,+ u għalhekk jien wegħedt li nferraʼ l-korla tiegħi fuqhom, u b’hekk intemm ir-rabja tiegħi fuqhom f’nofs l-art taʼ l-Eġittu.+ 9 Imma jien aġixxejt minħabba ismi sabiex ma jkunx imkasbar f’għajnejn il-ġnus li huma kienu f’nofshom,+ għax kont għarrafthom min jien quddiem għajnejhom meta kont qed noħroġhom mill-art taʼ l-Eġittu.+ 10 Għalhekk, ħriġthom mill-art taʼ l-Eġittu u ġibthom fix-xagħri.+
11 “‘“U tajthom l-istatuti tiegħi;+ u għarrafthom id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ sabiex il-bniedem li jibqaʼ jagħmilhom jibqaʼ jgħix permezz tagħhom.+ 12 U tajthom ukoll is-Sabatijiet* tiegħi,+ biex ikunu sinjal bejni u bejnhom,+ sabiex ikunu jafu li jien Ġeħova, dak li qed inqaddishom.
13 “‘“Imma huma, id-dar taʼ Israel, irribellaw kontrija fix-xagħri.+ Ma mxewx maʼ l-istatuti tiegħi,+ u ċaħdu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ illi kieku wieħed kellu jibqaʼ jwettaqhom kien jibqaʼ jgħix permezz tagħhom.+ U s-Sabatijiet tiegħi kasbruhom fuq li kasbruhom,+ u għalhekk wegħedt li nferraʼ fuqhom il-qilla tiegħi fix-xagħri, sabiex neqridhom għalkollox.+ 14 Imma aġixxejt minħabba ismi sabiex ma jkunx imkasbar f’għajnejn il-ġnus li rawni noħroġhom.+ 15 U jien għollejt idi biex naħilfilhom fix-xagħri+ li ma ndaħħalhomx fl-art li kont tajthom, art tnixxi ħalib u għasel,+ (din hija d-dekorazzjoni taʼ l-artijiet kollha,)+ 16 talli ċaħdu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi; u l-istatuti tiegħi ma mxewx magħhom, u s-Sabatijiet tiegħi kasbruhom, għax qalbhom marret wara l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+
17 “‘“U għajnejja bdew jitħassruhom biex ma nħarbathomx,+ u ma qridthomx għalkollox fix-xagħri. 18 U għedt lil uliedhom fix-xagħri,+ ‘Timxux mar-regolamenti taʼ missirijietkom,+ u tħarsux il-ġudizzji tagħhom,+ u titniġġsux bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 19 Jien Ġeħova Alla tagħkom.+ Imxu maʼ l-istatuti tiegħi,+ u ħarsu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi+ u wettquhom.+ 20 U qaddsu s-Sabatijiet tiegħi,+ u jservu taʼ sinjal bejni u bejnkom, biex intom tkunu tafu li jien Ġeħova Alla tagħkom.’+
21 “‘“U l-ulied bdew jirribellaw kontrija.+ Ma mxewx maʼ l-istatuti tiegħi, u ma ħarsux id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi billi wettquhom, li jekk bniedem iwettaqhom jibqaʼ jgħix permezz tagħhom.+ Is-Sabatijiet tiegħi kasbruhom.+ Għalhekk, wegħedt li nferraʼ l-korla tiegħi fuqhom, u b’hekk intemm ir-rabja tiegħi fuqhom fix-xagħri.+ 22 U ġbidt idi lura+ u aġixxejt minħabba ismi, sabiex ma jkunx imkasbar f’għajnejn il-ġnus li rawni noħroġhom.+ 23 U wkoll, jien għollejt idi biex naħilfilhom fix-xagħri+ li nxerridhom fost il-ġnus u nferrixhom fost il-pajjiżi,+ 24 talli ma wettqux id-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi+ u ċaħdu l-istatuti tiegħi+ u kasbru s-Sabatijiet tiegħi,+ u marru wara l-idoli moqżieża daqs id-demel li kienu għamlu missirijiethom.+ 25 U jien ħallejthom ikollhom regolamenti li ma kinux tajbin u deċiżjonijiet ġudizzjarji li ma setgħux ikomplu jgħixu magħhom.+ 26 U ħallejthom jitniġġsu bl-għotjiet tagħhom meta kienu jgħaddu min-nar lill-ulied kollha li jiftħu l-ġuf,+ sabiex inħarbathom, u sabiex ikunu jafu li jien Ġeħova.”’+
27 “Għalhekk, kellem lil dar Israel, O bin il-bniedem, u għidilhom,+ ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Madankollu, missirijietkom żebilħuni b’dan il-mod, billi aġixxew kontrija b’nuqqas taʼ fedeltà.+ 28 U daħħalthom fl-art+ li kont għollejt idi biex naħlef li nagħtihielhom.+ U kulmeta kienu jilmħu xi għolja kbira+ u xi siġra miżgħuda bil-friegħi, kienu joffru hemmhekk is-sagrifiċċji tagħhom+ u jagħtu l-offerti offensivi tagħhom u jippreżentaw hemmhekk irwejjaħ pjaċevoli+ u jferrgħu l-offerti tax-xorb tagħhom.+ 29 Għalhekk, jien għedtilhom, ‘X’inhu dan il-post fl-għoli li sejrin lejh, biex għadu jismu Post fl-Għoli* sa llum?’”’+
30 “Għalhekk, għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Intom qegħdin titniġġsu bl-istess mod li tniġġsu missirijietkom?+ U qegħdin tidħlu f’relazzjoni immorali maʼ l-affarijiet moqżieża tagħhom?+ 31 U għadkom titniġġsu sa llum għall-idoli kollha tagħkom moqżieża daqs id-demel,+ billi tgħollu l-għotjiet tagħkom intom u tgħaddu lil uliedkom min-nar?+ Imbagħad jien se nħallikom tistaqsuni, O dar Israel?”’+
“‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘ma nħallikomx tistaqsuni.+ 32 U dak li jiġikom f’moħħkom*+ żgur ma jseħħx,+ għax qed tgħidu: “Ejjew insiru bħall-ġnus, bħall-familji tal-pajjiżi,+ billi naqdu l-injam u l-ġebel.”’”+
33 “‘Daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘insaltan fuqkom b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra+ u b’korla mferrgħa.+ 34 U jien inġibkom mill-popli, u niġborkom mill-pajjiżi li tkunu xxerridtu fihom b’id b’saħħitha u bi driegħ maħruġ ’il barra u b’korla mferrgħa.+ 35 U ndaħħalkom fix-xagħri tal-popli+ u hemmhekk ikolli xi ngħid magħkom wiċċ imbwiċċ.+
36 “‘Bħalma kelli xi ngħid maʼ missirijietkom fix-xagħri fl-art taʼ l-Eġittu,+ hekk ukoll se jkolli xi ngħid magħkom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 37 ‘U ngħaddikom minn taħt il-ħatar+ u ndaħħalkom fir-rabta tal-patt.+ 38 U nnaddafkom minn dawk li jirvellaw kontrija u minn dawk li jiksru l-liġi tiegħi,+ għax noħroġhom mill-art fejn għexu bħala barranin, imma ma jmorrux lejn l-art taʼ Israel;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+
39 “U lilkom, O dar Israel, hekk qalilkom il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ħa jmur kull wieħed minnkom jaqdi lill-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel.+ Imma mbagħad, jekk ma tisimgħux minni, ismi l-qaddis ma tkasbruhx iktar bl-għotjiet tagħkom u bl-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel.’+
40 “‘Għax fuq il-muntanja qaddisa tiegħi, fuq il-muntanja għolja taʼ Israel,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘hemmhekk se jaqduni, dar Israel kollha kemm hi, fil-pajjiż.+ Hemmhekk nitgħaxxaq bihom u nitlob mingħandkom il-kontribuzzjonijiet u l-ewwel frott taʼ dak li tippreżentaw li jikkonsistu fl-affarijiet imqaddsin kollha tagħkom.+ 41 Se nitgħaxxaq bikom minħabba r-riħa pjaċevoli,+ meta noħroġkom mill-popli u niġborkom flimkien mill-pajjiżi li xxerridtu fihom,+ u jien nitqaddes permezz tagħkom quddiem għajnejn il-ġnus.’+
42 “‘U intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova,+ meta nġibkom fl-art taʼ Israel,+ fil-pajjiż li kont għollejt idi biex naħlef li nagħtih lil missirijietkom. 43 U hemmhekk intom tiftakru fi triqatkom+ u l-għemejjel kollha tagħkom li tniġġistu bihom,+ u minn wiċċkom ikun jidher li qed tistkerrhu lilkom infuskom minħabba l-affarijiet ħżiena kollha li għamiltu.+ 44 U se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova+ meta naġixxi magħkom minħabba ismi,+ mhux skond it-triqat ħżiena tagħkom jew skond l-għemejjel korrotti tagħkom,+ O dar Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
45 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 46 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek+ lejn in-naħa tan-nofsinhar u lissen+ kliem lin-nofsinhar, u pprofetizza lill-foresta fl-art tan-nofsinhar. 47 U lill-foresta tan-nofsinhar għidilha, ‘Ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova. Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nqabbad nar kontrik,+ u jiblaʼ fik kull siġra ħadra u kull siġra niexfa.+ Il-ħuġġieġa tħeġġeġ ma tintefiex,+ u biha l-uċuħ kollha jinħarqu min-nofsinhar sat-tramuntana.+ 48 U l-bnedmin kollha se jkollhom jaraw li jien, Ġeħova, tajtha n-nar, u għalhekk mhix se tintefa.”’”+
49 U jien għedt: “Jaħasra, O Mulej Sovran Ġeħova! Qed jgħidu dwari, ‘Dan mhux dejjem jgħid il-qwiel?’”+
21 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn Ġerusalemm u lissen+ kliem lejn il-postijiet qaddisin,+ u pprofetizza kontra l-art taʼ Israel.+ 3 U għid lill-art taʼ Israel, ‘Hekk qal Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ u se noħroġ sejfi mill-għant tiegħu+ u naqtaʼ minnek il-ġust u l-ħażin.+ 4 Sabiex naqtaʼ minnek il-ġust u l-ħażin, sejfi se joħroġ mill-għant tiegħu kontra l-bnedmin kollha min-nofsinhar sat-tramuntana.+ 5 U l-bnedmin kollha se jkollhom ikunu jafu li jien stess, Ġeħova, ħriġt sejfi mill-għant tiegħu.+ Ma jerġax jidħol lura.”’+
6 “U int, O bin il-bniedem, tniehed b’ġenbejn jirtogħdu.+ U wkoll, tniehed bi mrar quddiem għajnejhom.+ 7 U jrid iseħħ li jekk jgħidulek, ‘Għalfejn qed titniehed?’+ int tgħidilhom, ‘Minħabba rapport.’+ Għax ġej żgur,+ u kull qalb iddub+ u l-idejn kollha jintelqu u kull spirtu jiddgħajjef u l-irkopptejn kollha jqattru l-ilma.*+ ‘Ara! Żgur ġej+ u jseħħ,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
8 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 9 “Bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal Ġeħova: “Għid, ‘Sejf, sejf!+ Ġie misnun+ u llostrat ukoll. 10 Ġie misnun biex tiġi organizzata qatla; ġie llostrat biex ikun ileqq.’”’”+
“Imma aħna m’għandniex raġun nifirħu?”+
“‘Qiegħed is-sejf jiċħad ix-xettru+ taʼ ibni stess,+ bħalma qed jiċħad kull siġra oħra?+
11 “‘U jingħata biex ikun illostrat, sabiex jinżamm fl-id u jintuża. Dan—is-sejf—ġie misnun u llostrat, sabiex jingħata f’idejn wieħed qattiel.+
12 “‘Għajjat u newwaħ,+ O bin il-bniedem, għax is-sejf ġie kontra l-poplu tiegħi stess;+ ġie kontra l-kapijiet ewlenin kollha taʼ Israel.+ Dawn intefgħu għas-sejf flimkien mal-poplu tiegħi.+ Għalhekk, agħti fuq koxxtok.+ 13 Għax is-sejf ġie eżaminat,+ u jekk qed jiċħad ukoll lix-xettru x’se jsir minnu dan?+ Mhux se jibqaʼ jeżisti,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
14 “U int, O bin il-bniedem—ipprofetizza, u ħabbat idek maʼ l-oħra,+ u rripeti ‘Sejf!’ tliet darbiet.+ Huwa s-sejf li joqtol. Huwa s-sejf li joqtol lil xi ħadd kbir, sejf li qed idur madwarhom.+ 15 Sabiex il-qalb iddub+ u joktru l-mirbuħin fil-bibien kollha tal-belt,+ jien se noqtol bis-sejf. Ah, hu magħmul biex ileqq, illostrat għall-qatla!+ 16 Kun sejf li jaqtaʼ,+ mur lejn il-lemin! Ħu postok; mur lejn ix-xellug! Lejn kulfejn iħares wiċċek! 17 U jien ukoll inħabbat idi maʼ l-oħra,+ u nserraħ+ il-korla tiegħi.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.”
18 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 19 “U int, O bin il-bniedem, agħmel żewġ toroq minfejn jidħol is-sejf tas-sultan taʼ Babilonja.+ It-tnejn li huma joħorġu minn pajjiż wieħed, u agħmel sinjal li jindika d-direzzjoni;+ agħmlu f’ras it-triq li tagħti għall-belt. 20 Triq waħda agħmilha biex is-sejf jidħol kontra Rabba+ taʼ wlied Għammon, u t-triq l-oħra kontra Ġuda, kontra Ġerusalemm fortifikata.+ 21 Għax is-sultan taʼ Babilonja waqaf f’salib it-toroq, f’ras iż-żewġ toroq, sabiex jirrikorri għat-teħbir.+ Ħawwad il-vleġeġ. Staqsa permezz tat-terafim;*+ fittex fil-fwied. 22 It-teħbir f’idu l-leminija wera li kellhom imorru kontra Ġerusalemm, biex jitwaqqfu magni li jġarrfu l-ħitan,+ biex jingħata l-kmand għall-qatla, biex tissemmaʼ l-għajta tal-gwerra,+ biex jitwaqqfu magni li jġarrfu bibien il-belt, biex jinbnew rampi għall-assedju, biex jinbena ħajt taʼ l-assedju.+ 23 U f’għajnejn dawk li ħalfulhom+ dan kien bħal teħbir mhux veru;+ u hu qed jiftakar fl-iżball tagħhom,+ u b’hekk jinqabdu.+
24 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ġegħeltu li l-iżball tagħkom jitfakkar, meta nkixef il-ksur tagħkom tal-liġi, u b’hekk dnubietkom dehru fl-għemejjel tagħkom kollha, iva, talli qed tiġu miftakrin+ se tinħatfu f’idejn l-għadu.’+
25 “U int, O kap ewlieni+ mill-agħar taʼ Israel,+ ferut għall-mewt, li wasallu jumu fi żmien l-iżball taʼ l-aħħar,+ 26 hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neħħi t-turbant, u inżaʼ l-kuruna.+ L-affarijiet ma jibqgħux l-istess.+ Għolli dak li hu baxx,+ u baxxi dak li hu għoli.+ 27 Rovina, rovina, rovina nagħmilha.+ U din ukoll, ma tkun taʼ ħadd sakemm jiġi dak li għandu d-dritt legali,+ u nagħtihielu.’+
28 “U int, O bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova dwar ulied Għammon u dwar iż-żebliħ tagħhom.’ U għid, ‘Sejf, sejf mislut għall-qatla, illostrat biex ileqq,+ biex jiblaʼ, 29 għax huma jaraw għalik* viżjonijiet mhux reali, għax jeħbrulek gidba,+ sabiex tiġi mitfugħa fuq il-maqtulin, il-ħżiena li jumhom waslilhom fi żmien l-iżball taʼ l-aħħar.+ 30 Daħħlu lura f’għantu. Se niġġudikak fil-post fejn inħloqt, fil-pajjiż minfejn ġejt.+ 31 U nferraʼ kontrik il-kundanna tiegħi. Nonfoħ fuqek in-nar tal-qilla tiegħi,+ u nagħtik f’idejn irġiel li ma jirraġunawx, dawk li s-sengħa tagħhom hi li jġibu rovina.+ 32 Int tkun ikel għan-nar.+ Demmek jiġri f’nofs l-art. Ħadd ma jiftakrek, għax jien, Ġeħova, tkellimt.’”+
22 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “U int, O bin il-bniedem, se tiġġudikaha?+ Se tiġġudikaha lil din il-belt ħatja tad-demm+ u tgħarrafha bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħha?+ 3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “O belt li xxerred id-demm+ fik sakemm jasallek żmienek,+ u li għamilt fik idoli moqżieża daqs id-demel sabiex ma tibqax nadifa,+ 4 sirt ħatja minħabba d-demm li xerridt,+ u ma bqajtx nadifa bl-idoli li għamilt moqżieża daqs id-demel.+ U int qed tqassar jiemek, u se tasal fi żmien il-kastig tiegħek. Huwa għalhekk li nagħmlek oġġett taʼ żebliħ għall-ġnus u ħaġa tad-daħq għall-pajjiżi kollha.+ 5 Il-pajjiżi fil-qrib u dawk fil-bogħod se jiddieħqu bik, O int li ismek mhux nadif, kotrana fit-taħwid.+ 6 Ara! Kull wieħed mill-kapijiet ewlenin+ taʼ Israel li hemm fik għandu driegħu mogħti għat-tixrid taʼ demm.+ 7 Fik jiddisprezzaw lill-missirijiet u lill-ommijiet.+ Fik jimbroljaw lir-resident barrani.+ U fik jimmaltrattaw lit-tifel bla missier u lill-armla.”’”+
8 “‘Il-postijiet qaddisin tiegħi tistmerrhom, u s-Sabatijiet tiegħi tkasbarhom.+ 9 Fik hemm kalunnjaturi sfaċċati li qed ixerrdu d-demm;+ u fik in-nies jieklu mis-sagrifiċċji idolatrużi fuq il-muntanji.+ U fik jieħdu sehem f’kondotta laxka.+ 10 Fik jikxfu l-għera taʼ missier;+ u fik jumiljaw mara mhix nadifa meta jkollha t-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar.+ 11 Raġel jagħmel ħaġa mistkerrha maʼ mart sieħbu,+ u raġel ikasbar lil mart ibnu b’kondotta laxka;+ u fik, raġel jumilja lil oħtu, bint missieru stess.+ 12 Fik jieħdu t-tixħim sabiex ixerrdu d-demm.+ Int tieħu l-imgħax+ u ssellef biex tagħmel il-qligħ,+ u bl-imbroljar vjolenti tiegħek+ tibqaʼ tiggwadanja+ minn fuq sħabek, u lili nsejtni,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
13 “‘U, ara! Ħabbatt idejja+ flimkien għall-qligħ inġust li għamilt,+ u għall-atti taʼ tixrid taʼ demm li hemm fik.+ 14 Fiż-żmien li naġixxi kontrik, qalbek se tkun tiflaħ iżżomm,+ u idejk se jkunu b’saħħithom?+ Jien, Ġeħova, tkellimt u se naġixxi.+ 15 U nxerrdek fost il-ġnus u nferrxek fost il-pajjiżi,+ u neqred in-nuqqas taʼ ndafa li għandek fik.+ 16 U int tkun imkasbra quddiem għajnejn il-ġnus, u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.’”+
17 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 18 “Bin il-bniedem, dawk taʼ dar Israel saru għalija bħall-ħmieġ tal-metalli li jitlaʼ fil-wiċċ.+ Ilkoll huma bħal ram aħmar u landa u ħadid u ċomb ġo forn. Saru bħall-ħafna ħmieġ li jitlaʼ fil-wiċċ, il-ħmieġ tal-fidda.+
19 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli lkoll kemm intom sirtu bħall-ħafna ħmieġ li jitlaʼ fil-wiċċ,+ ara, qed niġborkom flimkien f’Ġerusalemm.+ 20 Bħalma wieħed jiġbor il-fidda u r-ram aħmar u l-ħadid+ u ċ-ċomb u l-landa ġo forn, sabiex iġiegħel in-nar jonfoħ+ kontrihom u dawn idubu,+ hekk ukoll se niġborhom flimkien fir-rabja u l-korla tiegħi, u nonfoħ u ndewwibkom. 21 U niġborkom flimkien u nonfoħ fuqkom in-nar tal-qilla tiegħi,+ u intom iddubu ġo fiha.+ 22 Bħalma l-fidda ddub ġo forn, hekk intom iddubu ġo fiha; u se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, ferrajt il-korla tiegħi fuqkom.’”+
23 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 24 “Bin il-bniedem, għidilha, ‘Int art mhix imnaddfa, art li ma tinżel ebda xita fiha f’jum il-kundanna.+ 25 Il-profeti tagħha qed jikkonfoffaw fiha,+ bħal iljun jgħajjat, itertaq il-priża.+ Huma jibilgħu l-ħajjiet.*+ Jibqgħu jieħdu teżori u affarijiet prezzjużi.+ Ir-romol li hemm fiha żdiedu.+ 26 Il-qassisin tagħha jiksru l-liġi tiegħi,+ u jkomplu jkasbru l-postijiet qaddisin tiegħi.+ Ma jagħmlux distinzjoni+ bejn ħaġa qaddisa u ħaġa komuni,+ u ma jagħrfux+ id-differenza bejn il-ħaġa mhix nadifa u dik nadifa, u jagħlqu għajnejhom+ għas-Sabatijiet tiegħi, u jien imkasbar fosthom.+ 27 Il-prinċpijiet tagħha li hemm fiha huma bħal ilpup li jtertqu l-priża, għax ixerrdu d-demm+ u jeqirdu n-nies* sabiex jagħmlu qligħ inġust.+ 28 U l-profeti tagħha jgħattulhom l-għemejjel ħżiena tagħhom bħallikieku qed jiksu ħajt bit-tibjid,+ u jaraw għalihom viżjonijiet mhux reali+ u jeħbrulhom gidba,+ billi jgħidu: “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova,” meta Ġeħova ma jkun qal xejn. 29 In-nies tal-pajjiż komplew jippjanaw kif jimbroljaw+ u ħatfu b’serq+ mingħand oħrajn; ittrattaw ħażin+ lil min isofri u lill-fqir, u lir-resident barrani imbroljawh bla ġustizzja.’+
30 “‘U fittixt raġel fosthom li qed isewwi s-sur tal-ġebel+ u li qiegħed fil-fetħa tal-ħajt quddiemi għan-nom tal-pajjiż, sabiex jien ma nagħmlux ħerba,+ imma ma sibt lil ħadd. 31 Għaldaqstant se nferraʼ l-kundanna tiegħi+ fuqhom. Bin-nar tal-qilla tiegħi neqridhom għalkollox.+ Triqithom inġibha fuq rashom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
23 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi,+ tgħid: 2 “Bin il-bniedem, kien hemm żewġ nisa, ulied l-istess omm.+ 3 U bdew jipprostitwixxu ruħhom fl-Eġittu.+ F’żgħożithom wettqu l-prostituzzjoni.+ Hemmhekk għafsulhom sidirhom,+ u hemmhekk rassewlhom ħobbhom meta kienu verġni. 4 U isimhom kien Oħola, il-kbira, u oħtha Oħoliba, u saru tiegħi+ u bdew jildu subien u bniet.+ U dwar isimhom, Oħola hi s-Samarija,+ u Oħoliba hi Ġerusalemm.+
5 “U Oħola bdiet tipprostitwixxi ruħha,+ waqt li kienet taħt l-awtorità tiegħi, u kompliet tixgħel bil-passjoni għal dawk li ħabbewha b’mod appassjonat,+ għall-Assirjani,+ li kienu fil-qrib, 6 gvernaturi mlibbsin materjal blu, u ħakkiema deputati—ilkoll żgħażagħ sbieħ, suldati tal-kavallerija rekbin iż-żwiemel. 7 U kompliet twettaq prostituzzjoni magħhom, ilkoll l-aqwa wlied taʼ l-Assirja; u tniġġset maʼ dawk kollha li xegħlet bil-passjoni għalihom, iva, maʼ l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 8 U l-prostituzzjoni li ġabet mill-Eġittu ma telqithiex, għax huma mteddew magħha f’żgħożitha, u kienu huma li rassewlha ħobbha meta kienet verġni, u kellhom relazzjoni immorali magħha b’passjoni kbira.+ 9 Għalhekk, jien tajtha f’idejn dawk li ħabbewha b’mod appassjonat,+ f’idejn ulied l-Assirja, li għalihom kienet xegħlet bil-passjoni.+ 10 Dawn kixfulha l-għera tagħha.+ Ħadulha lil uliedha subien u bniet,+ u lilha qatluha bis-sejf. U kisbet isem ħażin fost in-nisa, u wettqu fuqha atti taʼ ġudizzju.
11 “Meta oħtha Oħoliba rat dan,+ hi ssodisfat ix-xewqa senswali tagħha b’mod iktar taʼ ħsara minnha, u l-prostituzzjoni tagħha kienet agħar miż-żína t’oħtha.+ 12 Hi xegħlet bil-passjoni+ għal ulied l-Assirja, il-gvernaturi u l-ħakkiema deputati li kienu fil-qrib, imlibbsin bl-isbaħ mod, suldati tal-kavallerija rekbin iż-żwiemel—ilkoll żgħażagħ sbieħ.+ 13 U jien rajt li, billi kienet tniġġset, it-tnejn li huma kienu fi triq waħda.+ 14 U kompliet iżżid l-atti taʼ prostituzzjoni tagħha meta rat lill-irġiel fit-tinqix taʼ fuq il-ħajt,+ ix-xbihat+ tal-Kaldin minquxin u miżbugħin bl-aħmar,*+ 15 imħażżmin biċ-ċinturini+ maʼ ġenbejhom, b’rashom imlibbsa turbantijiet imdendlin, u li kellhom id-dehra taʼ gwerriera, ilkoll kemm huma, u kienu jixbhu lil ulied Babilonja, imweldin fl-art tal-Kaldija. 16 U hi xegħlet bil-passjoni għalihom malli rathom b’għajnejha+ u bagħtitilhom messaġġiera fil-Kaldija.+ 17 U wlied Babilonja baqgħu ġejjin għandha, lejn is-sodda taʼ l-espressjonijiet taʼ mħabba, u niġġsuha bir-relazzjonijiet immorali tagħhom;+ u hi kompliet titniġġes magħhom, u fl-aħħar ruħha warrbet minnhom diżgustata.
18 “U bdiet tipprattika l-prostituzzjoni fil-beraħ u kixfet l-għera tagħha,+ u jien* warrabt minnha diżgustat bħalma għamilt fil-każ t’oħtha.+ 19 U kompliet iżżid l-atti taʼ prostituzzjoni tagħha+ sal-punt li ftakret fi żmien żgħożitha,+ meta kienet tipprostitwixxi ruħha fl-art taʼ l-Eġittu.+ 20 U xegħlet bil-passjoni bħalma jagħmlu l-konkubini taʼ dawk li l-membru tal-laħam tagħhom hu bħall-membru tal-laħam tal-ħmir u li l-organu ġenitali tagħhom hu bħall-organu ġenitali taż-żwiemel.+ 21 U bqajt tiftakar fil-kondotta laxka taʼ żgħożitek bit-trassis taʼ ħobbok minn żmien l-Eġittu+ ’l quddiem, minħabba sider żgħożitek.+
22 “Għaldaqstant, O Oħoliba, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, se nqajjem kontrik+ lil dawk li ħabbewk b’mod appassjonat, dawk li ruħek warrbet minnhom diżgustata, u nġibhom kontrik minn kull naħa,+ 23 ulied Babilonja+ u l-Kaldin kollha,+ irġiel minn Pekod+ u Sugħa u Kugħa, ulied l-Assirja kollha magħhom, żgħażagħ sbieħ, ilkoll gvernaturi u ħakkiema deputati, gwerriera u kunsillieri magħżulin, rekbin iż-żwiemel, ilkoll kemm huma. 24 U jiġu kontrik bit-tkarwit tal-karrijiet tal-gwerra u tar-roti tagħhom,+ u b’ġemgħa taʼ popli, b’tarki kbar u tarki żgħar u elmijiet. Huma jdawruk dawramejt, u nħalli l-ġudizzju f’idejhom, u jiġġudikawk bil-ġudizzji tagħhom.+ 25 U jien nesprimi l-ħeġġa tiegħi kontrik,+ u jaġixxu kontrik fil-korla.+ Jaqilgħulek imnieħrek u widnejk, u dak li jibqaʼ minnek jaqaʼ bis-sejf. Jiħdulek+ lil uliedek subien u bniet,+ u dak li jibqaʼ minnek jinbelaʼ min-nar.+ 26 U jneżżgħulek ħwejġek+ u jiħdulek l-oġġetti sbieħ tiegħek.+ 27 U ntemm minnek il-kondotta laxka tiegħek,+ u l-prostituzzjoni li ġibt mill-art taʼ l-Eġittu;+ u ma terfax għajnejk lejhom, u l-Eġittu ma tiftakrux iżjed.’
28 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, se nagħtik f’idejn dawk li bgħadt, f’idejn dawk li ruħek warrbet minnhom diżgustata.+ 29 U jaġixxu kontrik b’mibegħda u jiħdulek frott it-taħbit kollu tiegħek u jħalluk għarwiena u mikxufa;+ u trid tinkixef l-għera taʼ l-atti żienja tiegħek u l-kondotta laxka tiegħek u l-atti taʼ prostituzzjoni tiegħek.+ 30 Se jiġrilek hekk għax int mort mal-ġnus bħal prostituta,+ għax tniġġist bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 31 Imxejt fl-istess triq t’oħtok;+ u se jkolli nagħtik f’idek il-kies tagħha.’+
32 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-kies t’oħtok se tixrob, kies fond u wiesaʼ.+ Se jidħqu bik u jwaqqgħuk għaċ-ċajt, għax il-kies mimli sew.+ 33 B’sokor u niket timtela, bil-kies taʼ stagħġib u abbandun, il-kies t’oħtok is-Samarija. 34 U jkollok tixrob minnu u tlaqqtu,+ u tgerrem il-biċċiet tal-fuħħar, u tqattaʼ sidrek.+ “Għax jien tkellimt,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.’
35 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli nsejtni+ u tfajtni wara dahrek,+ int se titgħabba bil-kondotta laxka tiegħek u bl-atti taʼ prostituzzjoni li għamilt.’”
36 U Ġeħova kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, se tiġġudikahom+ lil Oħola u Oħoliba+ u tgħidilhom l-affarijiet mistkerrhin li għamlu?+ 37 Għax għamlu adulterju+ u hemm id-dmija maʼ idejhom,+ u għamlu adulterju maʼ l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ U, barra minn hekk, lil uliedhom li kienu wilduli għaddewhom min-nar bħala ikel+ għall-idoli. 38 U mhux hekk biss imma għamluli dan ukoll: Dakinhar ipprofanaw+ is-santwarju tiegħi,+ u s-Sabatijiet tiegħi kasbruhom.+ 39 U meta kienu qatlu lil uliedhom għall-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel,+ dakinhar stess daħlu fis-santwarju tiegħi biex jipprofanawh,+ u, ara, dan għamluh f’nofs dari.+ 40 U iżjed, meta bagħtu għall-irġiel biex jiġu mill-bogħod, billi bagħtu messaġġier għalihom,+ ara, dawn ġew+—l-irġiel li għalihom int kont inħsilt,+ żbajt għajnejk+ u żżejjint bl-ornamenti.+ 41 U poġġejt fuq divan mill-isbaħ,+ b’mejda mifruxa quddiemu,+ u int qegħedt fuqha+ l-inċens+ u ż-żejt tiegħi. 42 U għandha kien hemm il-ħoss taʼ folla tixxala,+ u flimkien maʼ l-irġiel minn fost il-bnedmin kollha bdew jinġiebu sakranazzi+ mix-xagħri, u lin-nisa libbsulhom brazzuletti f’idejhom u kuruni sbieħ f’rashom.+
43 “Imbagħad għedt dwar dik li kienet maħluba bl-adulterju,+ ‘Imma issa hi xorta se tkompli bil-prostituzzjoni tagħha, iva, hi stess.’+ 44 U kienu dejjem ġejjin għandha, bħalma jiġu għand mara prostituta; hekk ġew għand Oħola u għand Oħoliba bħala nisa taʼ kondotta laxka.+ 45 Imma l-irġiel sewwa+ jiġġudikawha bil-ġudizzju tan-nisa adulteri+ u bil-ġudizzju tan-nisa li jxerrdu d-demm;+ għax adulteri huma, u hemm id-dmija maʼ idejhom.+
46 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se titlaʼ ġemgħa kontrihom+ u jsiru oġġett tal-biżaʼ u xi ħaġa biex tinħataf bħala priża.+ 47 U l-ġemgħa trid tħaġġarhom,+ u jinqerdu bis-sejf. Lil uliedhom subien u bniet joqtluhomlhom,+ u djarhom jaħarquhomlhom bin-nar.+ 48 U ntemm il-kondotta laxka+ mill-pajjiż,+ u n-nisa kollha se jkollhom jieħdu tagħlima minn dan, sabiex ma jagħmlux skond il-kondotta laxka tagħkom.+ 49 U jridu jġibu l-kondotta laxka tagħkom fuqkom,+ u titgħabbew bid-dnubiet li għamiltu bl-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel; u intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.’”+
24 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi fid-disaʼ sena, fl-għaxar xahar, fl-għaxar jum tax-xahar, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ikteb l-isem tal-ġurnata, tal-ġurnata taʼ llum. Is-sultan taʼ Babilonja ntefaʼ kontra Ġerusalemm illum.+ 3 U int lissen qawl dwar id-dar ribelluża,+ u għid dwarhom,
“‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Poġġi l-borma l-kbira fuq in-nar; poġġiha, u ferraʼ l-ilma ġo fiha.+ 4 Iġbor il-biċċiet+ tal-laħam fiha, kull biċċa tajba, il-koxxa u l-ispalla; imlieha bl-aħjar għadam. 5 Ħu l-aħjar nagħaġ,+ u agħmel ukoll munzell ħatab f’ċirku taħtha. Għalli l-biċċiet tal-laħam, u sajjar l-għadam taʼ ġo fiha.”’”+
6 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Gwaj għall-belt tat-tixrid taʼ demm,+ il-borma l-kbira mimlija sadid li ma jinqalax! Oħorġu l-laħam biċċa biċċa;+ m’għandhiex tintefaʼ x-xorti għalihom.+ 7 Għax id-demm li xerrdet qiegħed f’nofsha.+ Qegħditu fuq il-wiċċ ileqq u għeri tal-blat. Ma sawbitux maʼ l-art, sabiex tgħattih bit-trab.+ 8 Id-demm li xerrdet jien qegħedtu fuq il-wiċċ ileqq u għeri tal-blat, sabiex ma jkunx mgħotti,+ u biex tqum il-korla ħalli nagħmel vendetta.’+
9 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Gwaj għall-belt tat-tixrid taʼ demm!+ Tabilħaqq, jien stess se nkabbar il-munzell.+ 10 Żid il-ħatab. Kebbes in-nar. Għalli l-laħam sew. Battal il-brodu, u ħalli l-għadam jisħon ferm. 11 Qegħedha vojta fuq il-ġamar tagħha sabiex issir taħraq; u r-ram aħmar tagħha jsir jikwi, u n-nuqqas taʼ ndafa tagħha jdub f’nofsha.+ Ħa jintemm is-sadid tagħha.+ 12 X’taħbit! X’kedda tat! Imma l-ħafna sadid tagħha xorta ma jridx jinqalaʼ.+ Għal ġon-nar bis-sadid b’kollox!’
13 “‘Kien hemm kondotta laxka fin-nuqqas taʼ ndafa tiegħek.+ Għalhekk kelli nnaddfek, imma int ma tnaddaftx min-nuqqas taʼ ndafa tiegħek.+ M’intix se tindaf iżjed sakemm inserraħ il-korla li għandi għalik.+ 14 Jien, Ġeħova, tkellimt.+ Dan se jseħħ,+ u jien se naġixxi. M’iniex se nħalli l-affarijiet għaddejjin,+ u la se tiġini ħasra+ u lanqas jiddispjaċini.+ Skond triqatek u skond l-għemejjel tiegħek se jiġġudikawk,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
15 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 16 “Bin il-bniedem, se nagħtik daqqa+ u niħodlok il-ħaġa sabiħa+ f’għajnejk, u m’għandekx tħabbat fuq sidrek, lanqas m’għandek tibki jew jaqbiżlek id-dmugħ.+ 17 Tniehed bla kliem. Tagħmilx vistu għall-mejtin.+ Orbot l-għata fuq rasek,+ u ilbes is-sandli f’saqajk.+ U tgħattix il-mustaċċi,+ u tikolx ħobż mingħand in-nies.”+
18 U kellimt lin-nies fil-għodu, u marti mietet sa fil-għaxija. Għalhekk, fil-għodu għamilt eżatt bħalma ġejt kmandat. 19 U n-nies qaluli: “M’intix se tgħidilna x’għandhom x’jaqsmu magħna dawn l-affarijiet li qed tagħmel?”+ 20 Imbagħad għedtilhom: “Il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid, 21 ‘Għid lil dar Israel: “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, qed nipprofana s-santwarju tiegħi,+ il-kburija taʼ saħħitkom,+ il-ħaġa sabiħa f’għajnejkom+ u l-ħaġa li ruħkom tagħder, u wliedkom subien u bniet li intom ħallejtu warajkom—bis-sejf se jaqgħu.+ 22 U se jkollkom tagħmlu bħalma għamilt jien. Il-mustaċċi ma tgħattuhomx,+ u ma tiklux ħobż mingħand in-nies.+ 23 U l-għata tar-ras tkun fuq raskom, u s-sandli f’saqajkom. Ma tħabbtux fuq sidirkom u lanqas tibku,+ u jkollkom titmermru fl-iżbalji tagħkom,+ u tokorbu bejnietkom.+ 24 U Eżekjel sar għalikom sinjal.+ Skond kulma għamel hu, hekk se tagħmlu intom. Meta dan iseħħ,+ intom se jkollkom tkunu tafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.’”’”+
25 “U inkwantu għalik, O bin il-bniedem, dakinhar li niħdilhom il-fortizza, il-ħaġa kollha ġmiel li jifirħu biha, il-ħaġa sabiħa f’għajnejhom+ u x-xenqa taʼ ruħhom, uliedhom subien u bniet,+ 26 dakinhar ma jiġix għandek wieħed maħrub li jsemmaʼ l-aħbar lil widnejk?+ 27 Dakinhar fommok jinfetaħ mal-wasla tal-maħrub,+ u titkellem u ma tibqax mutu;+ u ssir għalihom sinjal,+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”+
25 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn ulied Għammon u pprofetizza kontrihom.+ 3 U għid lil ulied Għammon, ‘Isimgħu l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli għedt Ħaħ! għas-santwarju tiegħi, għax ġie profanat, u għall-art taʼ Israel, għax ġiet abbandunata, u għal dar Ġuda, għax marru fl-eżilju,+ 4 għal dan, ara, jien nagħtik lin-nies taʼ l-Orjent biex tkun tagħhom,+ u dawn iwaqqfu fik il-kampijiet tagħhom imdawrin bil-ħitan u jqiegħdu fik it-tined tagħhom. Huma jieklu frottok u jixorbu l-ħalib tiegħek.+ 5 U jien nagħmel lil Rabba+ mergħa għall-iġmla u l-art taʼ wlied Għammon post fejn tistrieħ il-merħla;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.”’”+
6 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli ċapċapt idejk+ u sabbatt saqajk u qgħadt tifraħ u żżeblaħ bil-kbir l-art taʼ Israel,+ 7 hawn jien; meddejt idi fuqek,+ u se nagħtik lill-ġnus biex jaħtfuk bħala priża; u naqtgħek mill-popli u neqirdek mill-pajjiżi.+ Se nġibek fix-xejn,+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.’
8 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Mowab+ u s-Segħir+ qalu: “Ara! Dar Ġuda hi bħall-ġnus l-oħrajn kollha,”+ 9 jien qed nikxef il-ġnub tal-muntanji taʼ Mowab ħdejn il-bliet, ħdejn blietu lejn il-fruntiera tiegħu, id-dekorazzjoni tal-pajjiż, Bet-ġesimot,+ Bagħal-megħon,+ iva, sa Kirjatajm,+ 10 lin-nies taʼ l-Orjent,+ flimkien maʼ wlied Għammon;+ u se nagħti lil Mowab u Għammon lil ħaddieħor, sabiex ulied Għammon ma jkunux miftakrin+ fost il-ġnus. 11 U f’Mowab inwettaq atti taʼ ġudizzju;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+
12 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli Edom aġixxa b’vendetta maʼ dar Ġuda u żbaljaw bl-ikrah u vvendikaw ruħhom minnhom,+ 13 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Jien immidd idi wkoll fuq Edom+ u naqtaʼ minnu l-bniedem u l-annimal domestiku,+ u nagħmlu ħerba minn Teman,+ iva, sa Dedan.+ Bis-sejf jaqgħu. 14 ‘U nġib il-vendetta tiegħi fuq Edom b’id il-poplu tiegħi Israel;+ u f’Edom jagħmlu skond ir-rabja tiegħi u skond il-korla tiegħi; u Edom se jkollu jkun jaf x’inhi l-vendetta tiegħi,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’
15 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli l-Filistin aġixxew b’vendetta+ u komplew jivvendikaw ruħhom b’vendetta u b’żebliħ, sabiex iġibu rovina,+ minħabba għadwa li ilha minn dejjem,*+ 16 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed immidd idi kontra l-Filistin,+ u se nqaċċat lill-Keretin+ u neqred il-bqija tan-nies li joqogħdu mal-kosta tal-baħar.+ 17 U nwettaq fihom atti kbar taʼ vendetta, b’ċanfir qalil;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nġib il-vendetta tiegħi fuqhom.”’”+
26 U ġara fis-sena ħdax, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, talli Tir+ qalet kontra Ġerusalemm,+ ‘Ħaħ! Tfarrket+ dik li kienet il-bieb tal-popli!+ L-affarijiet se jduru favurija. Jien se nimtela bil-ġid, għax hi ntgħamlet ħerba,’+ 3 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontrik, O Tir, u se ntellaʼ kontrik ħafna ġnus,+ bħalma l-baħar itellaʼ l-mewġ.+ 4 U huma jagħmlu ħerba mis-swar taʼ Tir+ u jġarrfulha t-torrijiet tagħha,+ u jien niknes it-trab minnha u nagħmilha blata b’wiċċ ileqq u għeri. 5 U ssir wesgħa f’nofs taʼ baħar+ fejn inixxfu x-xbieki tas-sajd.’+
“‘Għax jien tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u hi ssir priża għall-ġnus. 6 U l-abitanti tal-bliet rurali li jiddependu minnha jinqatlu bis-sejf, u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+
7 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, qed inġib mit-tramuntana kontra Tir lil Nebukadressar is-sultan taʼ Babilonja,+ sultan tas-slaten,+ bi żwiemel,+ karrijiet tal-gwerra,+ suldati tal-kavallerija, u ġemgħa,+ iva, kotra nies. 8 U lill-abitanti tal-bliet rurali li jiddependu minnek joqtolhom bis-sejf. U jibnilek ħajt taʼ l-assedju+ u jwaqqaf miegħek rampa għall-assedju u jgħolli kontrik tarka kbira; 9 u jxejjer id-daqqiet tal-magna tal-gwerra għal fuq is-swar tiegħek, u bl-armi tiegħu jwaqqagħlek it-torrijiet. 10 It-trab li jittajjar mill-kotra kbira taʼ żwiemel tiegħu ġejjin ilebbtu lejk jgħattik.+ Bil-ħoss tas-suldati tal-kavallerija u tar-roti u tal-karrijiet tal-gwerra, is-swar tiegħek jitriegħdu, meta hu jidħol mill-bibien tiegħek, bħalma jiġri meta jidħlu f’belt li tkun ġiet minfuda. 11 B’saqajn iż-żwiemel tiegħu jitħanlek triqatek kollha.+ Lil niesek joqtolhom bis-sejf, u l-kolonni b’saħħithom tiegħek jaqgħu maʼ l-art. 12 U jaħtfulek ir-riżorsi tiegħek+ u jisirqulek in-negozju tiegħek,+ u l-ħitan tiegħek iġarrfuhomlok, u d-djar sbieħ tiegħek iwaqqgħuhomlok. U l-ġebel u l-injam u t-trab tiegħek jitfgħuh f’nofs l-ilma.’
13 “‘U nsikket l-għagħa tal-kant tiegħek,+ u l-ħoss taʼ l-arpi ma jinstemax iżjed.+ 14 U nagħmlek blata b’wiċċ ileqq u għeri.+ U ssir wesgħa fejn inixxfu x-xbieki tas-sajd.+ Qatt ma terġaʼ tinbena; għax jien, Ġeħova, tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+
15 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lil Tir, ‘Jaqaw mal-ħoss tal-waqgħa tiegħek, meta dawk midrubin għall-mewt jokorbu, meta jkun qed isir massakru f’nofsok, m’humiex se jitriegħdu l-gżejjer?+ 16 U l-kapijiet ewlenin+ kollha tal-baħar se jinżlu minn fuq it-tronijiet tagħhom+ u jneħħu l-libsa taʼ bla kmiem u jinżgħu l-ilbies irrakkmat, u jilbsu t-tregħid. Ipoġġu bil-qiegħda maʼ l-art,+ u jitriegħdu l-ħin kollu+ u jibqgħu mistagħġbin u ċċassati lejk. 17 U jgħannulek għanja taʼ niket+ u jgħidulek:
“‘“Kif ġejt fix-xejn, int li kienu jgħammru fik in-nies tal-baħar,+ O belt imfaħħra, li saret belt b’saħħitha fil-baħar,+ hi u dawk li jgħammru fiha, dawk li kienu jbeżżgħu lill-abitanti kollha taʼ l-art! 18 Issa l-gżejjer se jitriegħdu f’jum il-waqgħa tiegħek, u l-gżejjer tal-baħar se jitfixklu minħabba tmiemek.”’+
19 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Meta nagħmlek belt imħarbta, bħall-bliet li ma jgħammar fihom ħadd, meta ntellaʼ għal fuqek l-ilmijiet fondi, u l-ilmijiet vasti jkunu għattewk,+ 20 inniżżlek maʼ dawk li neżlin fil-ħofra għand il-poplu taʼ żmien twil ilu,+ u nġiegħlek tgħammar fl-iktar art baxxa,+ flimkien maʼ postijiet oħrajn li ilhom ħerba għal ħafna żmien, flimkien maʼ dawk li neżlin fil-ħofra,+ sabiex ħadd ma jerġaʼ jgħammar fik; u l-art tal-ħajjin jien insebbaħha.+
21 “‘Inġib fuqek gwaj għal għarrieda,+ u ma tkunx iżjed; u jfittxuk,+ imma jibqgħu ma jsibukx għal żmien indefinit,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
27 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “U int, O bin il-bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar Tir,+ 3 u għid lil Tir,
“‘O int li tgħammar fid-daħliet tal-baħar,+ in-negozjanta mal-popli taʼ ħafna gżejjer,+ hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “O Tir, int għedt, ‘Sbuħiti perfetta.’+ 4 It-territorji tiegħek huma f’nofs l-ibħra.+ Dawk li bnewk għamlu s-sbuħija tiegħek perfetta.+ 5 Għamlu t-twavel kollha tiegħek mill-injam tal-ġnibru li ġie mis-Senir.*+ U mil-Libanu ħadu siġra taċ-ċedru+ biex jagħmlulek arblu. 6 Mis-siġar immensi tal-Basan għamlulek l-imqadef, u l-pruwa tiegħek għamluha biċ-ċipress ingastat bl-avorju, mill-gżejjer taʼ Kittim.+ 7 Id-drapp użat għall-qlugħ tiegħek kien għażel taʼ l-Eġittu,+ imżewwaq b’ħafna kuluri. U l-għata tal-gverta tiegħek kienet magħmula minn ħajt blu+ u suf miżbugħ vjola ħamrani+ mill-gżejjer t’Elisa.+
8 “‘“L-abitanti taʼ Sidon+ u Arwad+ saru l-qaddiefa tiegħek. In-nies tas-sengħa+ li kienu fik, O Tir, kienu l-baħrin tiegħek.+ 9 Fik kellek ukoll ix-xjuħ taʼ Gebal+ u n-nies tas-sengħa tagħha sabiex isewwulek ix-xquq.+ Il-bastimenti kollha taʼ fuq il-baħar u l-baħħara tagħhom kienu jiġu għandek sabiex ipartu l-merkanzija. 10 Persjani,+ Ludin,+ u rġiel minn Put+ kienu fil-qawwa militari tiegħek, il-gwerriera tiegħek. It-tarka u l-elmu dendluhom fik.+ Huma kienu li tawk ġmielek. 11 Ulied Arwad,+ flimkien mal-qawwa militari tiegħek, kienu fuq is-swar tiegħek dawramejt, u l-irġiel taʼ ħila fit-torrijiet tiegħek. It-tarki tondi tagħhom dendluhom mas-swar kollha dawramejt.+ Dawn kienu li għamlulek sbuħitek perfetta.
12 “‘“Tarsis+ kien jinnegozja miegħek minħabba l-abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur.+ Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-fidda, il-ħadid, il-landa, u ċ-ċomb tiegħu.+ 13 Ġawan,+ Tubal,+ u Mesek+ kienu jinnegozjaw miegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mal-ħajja tal-bnedmin*+ u oġġetti tar-ram aħmar. 14 Minn dar Togarma+ ġew żwiemel u żwiemel tal-ġiri u bgħula, li ksibthom bil-merkanzija tiegħek. 15 Ulied Dedan+ kienu jinnegozjaw miegħek; ħafna gżejjer kienu merkanti mħaddmin miegħek; u kienu jħallsuk b’għotjiet t’avorju+ u ebbanu. 16 Edom kien jinnegozja miegħek minħabba l-abbundanza taʼ prodotti tiegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat mat-turkina,+ suf miżbugħ vjola ħamrani, materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, drapp fin, qroll, u rubini.
17 “‘“Ġuda u l-art taʼ Israel kienu jinnegozjaw miegħek. Il-merkanzija tiegħek kienet titpartat+ mal-qamħ+ taʼ Minnit,+ affarijiet speċjali taʼ l-ikel, għasel,+ żejt, u balzmu.+
18 “‘“Damasku+ kienet tinnegozja miegħek bl-inbid+ taʼ Ħelbon u bis-suf griż ħamrani għall-abbundanza taʼ prodotti tiegħek, għax int kellek abbundanza taʼ kull xorta t’affarijiet taʼ valur. 19 Vedan u Ġawan minn Użal kienu jpartu l-merkanzija tagħhom miegħek. Ħadid maħdum, kassja, u qasab+ aromatiku kienu jpartu miegħek. 20 Dedan+ kien jinnegozja miegħek drapp minsuġ użat għal mas-sarġ. 21 L-Għarab+ u l-kapijiet ewlenin kollha taʼ Kedar+ kienu merkanti mħaddmin miegħek. Huma kienu jinnegozjaw miegħek bil-ħrief, bl-imtaten, u bil-bdabad.+ 22 In-negozjanti taʼ Xeba+ u Ragħma+ kienu jinnegozjaw miegħek; għall-ifjen fwieħa u għal kull xorta taʼ ħaġar prezzjuż u deheb kienet tingħata+ l-merkanzija tiegħek. 23 Ħaran+ u Kanne u Għeden,+ in-negozjanti taʼ Xeba,+ Assur,+ u Kilmad kienu jinnegozjaw miegħek. 24 Fis-suq tiegħek kienu jinnegozjaw miegħek ħwejjeġ il-ġmiel tagħhom, imnatar taʼ materjal blu u taʼ materjal imżewwaq b’ħafna kuluri, tapiti maħdumin b’żewġ kuluri, u ħbula mmaljati u b’saħħithom.
25 “‘“Il-bastimenti taʼ Tarsis+ kienu l-karavani tiegħek biex iġorrulek l-oġġetti tiegħek għat-tpartit, sabiex int timtela bil-ġid u b’ħafna glorja f’nofs baħar miftuħ.+
26 “‘“Il-qaddiefa tiegħek ħarġuk f’ilmijiet vasti.+ Ir-riħ mil-lvant farrkek fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+ 27 L-affarijiet taʼ valur tiegħek u l-merkanzija tiegħek,+ l-oġġetti tiegħek għat-tpartit,+ il-baħħara u l-baħrin tiegħek,+ dawk li jsewwu x-xquq+ u dawk li jpartu l-merkanzija tiegħek u l-gwerriera kollha tiegħek,+ li huma fik u fil-ġemgħa kollha tiegħek, li qegħdin f’nofsok,—f’jum il-waqgħa tiegħek se jaqgħu fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+
28 “‘“Mal-ħoss taʼ l-għajat tal-baħrin tiegħek, il-kampanja kollha se titriegħed.+ 29 U dawk kollha li jħaddmu l-moqdief, il-baħħara, u l-baħrin kollha taʼ fuq il-baħar, jinżlu mill-bastimenti tagħhom u jibqgħu fuq l-art.+ 30 U jsemmgħu leħinhom u jibku biki taʼ mrar għalik.+ U jitfgħu t-trab fuq rashom,+ u jitmiegħku fl-irmied.+ 31 U jqaxxru xagħarhom qargħa+ u jitħażżmu bl-ilbies taʼ l-ixkora+ u jibkuk fl-imrar taʼ ruħhom,+ b’biki taʼ mrar. 32 U huma u jnewħu, jgħannu għanja taʼ niket u jkantaw dwarek,+
“‘“‘Min hu bħal Tir,+ bħal dik li ġiet imsikkta f’nofs taʼ baħar?+ 33 Meta l-merkanzija tiegħek+ kienet toħroġ fuq il-baħar miftuħ,+ kont ixxebbaʼ ħafna popli.+ Bl-abbundanza tiegħek t’affarijiet taʼ valur u t’oġġetti għat-tpartit imlejt bl-għana lis-slaten taʼ l-art.+ 34 Issa int tfarrakt mill-baħar miftuħ, f’ilmijiet fondi.+ U l-oġġetti tiegħek għat-tpartit u l-ġemgħa kollha tiegħek+ waqgħu miegħek. 35 L-abitanti kollha tal-gżejjer+ se jistagħġbu u jiċċassaw lejk, u s-slaten tagħhom se jkollhom jirtogħdu bil-biżaʼ.+ L-uċuħ jidhru mħawdin.+ 36 U l-merkanti fost il-popli jsaffru bi stagħġib minħabba fik.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.’”’”+
28 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, għid lill-mexxej taʼ Tir, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova:
“‘“Talli qalbek saret supperva,+ u tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla.+ Poġġejt fejn ipoġġi alla,+ fil-qalba taʼ baħar miftuħ,’+ mentri int bniedem,+ mhux alla,+ u tibqaʼ tagħmel qalbek bħal dik t’alla— 3 Ara, int iktar għaref minn Danjel.+ M’hemmx sigriet li ma tifhmux.+ 4 Bl-għerf u d-dixxerniment tiegħek ksibt għalik l-għana u bqajt iġġib id-deheb u l-fidda fl-imħażen tiegħek.+ 5 Bl-abbundanza t’għerfek,+ bin-negozju tiegħek,+ kattart l-għana tiegħek,+ u qalbek bdiet tissuppervja bl-għana tiegħek.”’+
6 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli tagħmel qalbek bħall-qalb t’alla,+ 7 se nġib fuqek l-istranġieri,+ it-tiranni tal-ġnus,+ u huma jisiltu sjufhom kontra s-sbuħija t’għerfek u jkasbru l-ġmiel kbir tiegħek.+ 8 Iniżżluk fil-ħofra,+ u int tmut bħal xi ħadd maqtul fil-qalba taʼ baħar miftuħ.+ 9 Imbagħad, meta tiġi f’id dawk li jkasbruk, se tibqaʼ tgħid, ‘Jien alla,’ quddiem min joqtlok,+ meta m’intix alla imma biss bniedem?”’+
10 “‘Bil-mewta taʼ nies mhux ċirkonċiżi se tmut int minn id l-istranġieri,+ għax jien tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
11 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 12 “Bin il-bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar is-sultan taʼ Tir,+ u għidlu, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova:
“‘“Int is-siġill tal-perfezzjoni, kollok għerf+ u perfett fi sbuħitek.+ 13 Int kont fl-Għeden,+ il-ġnien t’Alla. Kont mgħotti b’kull ħaġra prezzjuża: rubin, topazju, u djaspru; krisolitu, oniċi,+ u ġada; żaffir, turkina,+ u żmerald; u dan il-ħaġar prezzjuż li kont liebes kien ingastat fid-deheb. Tħejjew dakinhar li nħloqt. 14 Int il-kerubin midluk bi ġwinħajh mifruxin, u kont jien li ħtartek. Int kont fuq il-muntanja qaddisa t’Alla.+ Kont timxi f’nofs il-ġebel tan-nar. 15 Minn dakinhar li nħloqt kont bla nuqqas fi triqatek,+ sakemm instabet l-inġustizzja fik.+
16 “‘“Minħabba l-abbundanza tan-negozju tiegħek,+ imtlejt bil-vjolenza, u bdejt tidneb.+ U jien inkeċċik minn fuq il-muntanja t’Alla bħala wieħed profan, u neqirdek+ minn nofs il-ġebel tan-nar, O kerubin bi ġwinħajh mifruxin.
17 “‘“Qalbek saret supperva minħabba sbuħitek.+ Irrovinajt għerfek minħabba l-ġmiel kbir tiegħek.+ Maʼ l-art nixħtek,+ u npoġġik quddiem is-slaten, biex iħarsu lejk.+
18 “‘“Bil-kotra taʼ l-iżbalji tiegħek,+ bl-inġustizzja tan-negozju tiegħek,+ int ipprofanajt is-santwarji tiegħek. U noħroġ nar minn ġo fik, u jibilgħek.+ U nagħmlek irmied fuq l-art quddiem għajnejn dawk kollha li jarawk.+ 19 U dawk kollha li jafuk fost il-popli jistagħġbu u jiċċassaw lejk.+ Inġib fuqek gwaj għal għarrieda, u ma tibqax teżisti għal żmien indefinit.”’”+
20 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 21 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn Sidon,+ u pprofetizza kontriha. 22 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik,+ O Sidon, u jien se niġi glorifikat f’nofsok;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nwettaq atti taʼ ġudizzju+ fiha u nitqaddes permezz tagħha.+ 23 U nibagħtilha l-pesta, u d-demm jiġri fi triqatha.+ U l-maqtulin jaqgħu f’nofsha bis-sejf li jiġi kontriha minn kull naħa;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.+ 24 U qatt iżjed ma jkun hemm xewk+ li jniggeż jew xewk li jweġġaʼ kontra dar Israel mingħand dawk kollha taʼ madwarhom, dawk li qed iżebilħuhom; u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.”’
25 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Meta niġbor flimkien lil dar Israel minn fost il-popli li xterdu fihom,+ jien nitqaddes fosthom quddiem għajnejn il-ġnus.+ U huma jgħammru f’arthom+ li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb.+ 26 U huma jgħammru fiha fis-sigurtà+ u jibnu d-djar+ u jħawlu l-għelieqi bid-dwieli,+ u jgħixu fis-sigurtà+ meta nwettaq atti taʼ ġudizzju fuq dawk kollha taʼ madwarhom li jżebilħuhom;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom.”’”
29 Fl-għaxar sena, fl-għaxar xahar, fit-tnax-il jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek lejn il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u pprofetizza kontrih u kontra l-Eġittu kollu.+ 3 Tkellem, u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Fargħun, sultan taʼ l-Eġittu,+ il-mostru kbir tal-baħar+ li qiegħed imxaħxaħ f’nofs il-kanali tiegħu tan-Nil,+ li qal, ‘Ix-Xmara Nil hija tiegħi, u jien—jien għamiltha għalija nnifsi.’+ 4 U jien inqegħedlek il-ganċijiet fix-xedaq tiegħek+ u nġiegħel lill-ħut tal-kanali tiegħek tan-Nil biex jaqbad mal-qxur taʼ ġildek. U ntellgħek mill-kanali tiegħek tan-Nil u l-ħut kollu tal-kanali tan-Nil jaqbad mal-qxur tiegħek. 5 U nabbandunak fix-xagħri, lilek u l-ħut kollu tal-kanali tiegħek tan-Nil.+ Fuq wiċċ ir-rabaʼ taqaʼ.+ Fdalijietek ma jiġbruhomx jew jiġimgħuhom flimkien. Nagħtik lill-bhejjem salvaġġi taʼ l-art u lill-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet bħala ikel.+ 6 U l-abitanti kollha taʼ l-Eġittu se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ talli kienu bħal appoġġ, qasba għal dawk taʼ dar Israel.+ 7 Meta qabduk b’idejhom, int tfarrakt,+ u ċarrattilhom spallithom kollha. U meta straħu fuqek, int tkissirt,+ u ġegħelt lil ġenbejhom jitriegħdu.”+
8 “‘Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nġib sejf fuqek,+ u naqtaʼ minnek il-bniedem u l-annimal domestiku.+ 9 U l-art taʼ l-Eġittu ssir art abbandunata u mħarbta;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova, talli qal, ‘Ix-Xmara Nil tiegħi, u jien stess għamiltha.’+ 10 Għalhekk, ara, jien kontrik u kontra l-kanali tiegħek tan-Nil,+ u l-art taʼ l-Eġittu nagħmilha mħarbta u niexfa, art abbandunata,+ minn Migdol+ sa Swene+ u sal-fruntiera taʼ l-Etjopja. 11 La sieq taʼ bniedem+ u lanqas sieq t’annimal domestiku ma tgħaddi minnha,+ u għal erbgħin sena ma tkunx abitata.+ 12 U nagħmel l-art taʼ l-Eġittu art abbandunata f’nofs il-pajjiżi abbandunati;+ u blietha jkunu abbandunati f’nofs il-bliet imħarbtin għal erbgħin sena;+ u lill-Eġizzjani nferrixhom fost il-ġnus u nxerridhom fost il-pajjiżi.”+
13 “‘Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Wara erbgħin sena+ niġbor l-Eġizzjani flimkien minn fost il-popli li jkunu xterdu fihom,+ 14 u nġib lura l-grupp t’Eġizzjani mjassrin; u nġibhom lura lejn l-art taʼ Patros,+ lejn l-art li ġew minnha, u hemmhekk isiru saltna baxxa. 15 Issir iktar baxxa mis-saltniet l-oħrajn, u ma tintrefax iktar fuq ġnus oħrajn,+ u tant inġibhom ftit fl-għadd li l-ġnus l-oħrajn ma jibqgħux taħthom.+ 16 U din ma tibqax iktar il-fiduċja taʼ dar Israel+ u tfakkar l-iżball li għamlu meta daru warajhom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien il-Mulej Sovran Ġeħova.”’”
17 Issa ġara fis-sena sebgħa u għoxrin, fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 18 “Bin il-bniedem, Nebukadressar,+ is-sultan taʼ Babilonja, ġiegħel il-qawwa militari tiegħu twettaq servizz kbir kontra Tir.+ Kull ras tfartset, u kull spalla nstelħet,+ imma ma kienx hemm ħlas+ minn Tir, la għalih u lanqas għall-qawwa militari tiegħu għas-servizz li wettaq kontriha.
19 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien se nagħti l-art taʼ l-Eġittu+ lil Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja, u hu jġorr l-għana tagħha u jiħodha bħala priża kbira+ u jisraq ħafna affarijiet minnha; u tkun bħala ħlas għall-qawwa militari tiegħu.’
20 “‘Bħala kumpens għas-servizz tiegħu li wettaq kontriha tajtu l-art taʼ l-Eġittu, għax aġixxew għalija,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
21 “Dakinhar inġiegħel qarn* jinbet għal dar Israel,+ u niftaħlek fommok f’nofshom;+ u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.”
30 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza, u għid,+ ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Newħu u għidu, ‘Jaħasra dak il-jum!’+ 3 għax qorob jum, iva, qorob jum li hu taʼ Ġeħova.+ Jum taʼ sħab,+ żmien stabbilit għall-ġudizzju tal-ġnus.+ 4 U jiġi sejf fl-Eġittu,+ u jkun hemm uġigħ kbir fl-Etjopja meta n-nies jaqgħu maqtulin fl-Eġittu u l-għana tiegħu jittieħed u l-pedamenti tiegħu jiġġarrfu.+ 5 L-Etjopja+ u Put+ u Lud u l-kotra mħallta kollha+ u Kub u wlied l-art li huma marbutin b’patt—magħhom jaqgħu bl-istess sejf.”’+
6 “Hekk qal Ġeħova, ‘Dawk li jappoġġaw l-Eġittu jaqgħu wkoll, u l-kburija taʼ saħħtu tinżel.’+
“‘Minn Migdol+ sa Swene+ jaqgħu fih bis-sejf,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 7 ‘Huma jiġu abbandunati bħall-pajjiżi abbandunati l-oħrajn, u blietu jsiru ħerba bħall-bliet imħarbtin l-oħrajn.+ 8 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nqabbad nar fl-Eġittu u dawk kollha li jgħinuh jitkissru.+ 9 F’dak il-jum joħorġu minn quddiemi messaġġiera fuq il-bastimenti, sabiex lill-Etjopja, li tafda fiha nfisha, iregħduha bil-biżaʼ.+ U jaħkimhom uġigħ kbir f’jum il-kundanna taʼ l-Eġittu, għax, ara, ġej żgur.’+
10 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Intemm ukoll lill-kotra taʼ l-Eġittu b’id Nebukadressar, is-sultan taʼ Babilonja.+ 11 Hu u n-nies tiegħu miegħu, it-tiranni tal-ġnus,+ qed jinġiebu biex jagħmlu l-pajjiż ħerba. U jisiltu sjufhom kontra l-Eġittu u jimlew il-pajjiż bil-maqtulin.+ 12 U l-kanali tan-Nil+ nagħmilhom art niexfa u nbigħ il-pajjiż biex jiġi f’idejn il-ħżiena,+ u nħarbat l-art u kulma fiha b’id l-istranġieri.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.’+
13 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Neqred ukoll l-idoli moqżieża daqs id-demel+ u nneħħi l-allat bla siwi minn Nof,*+ u ma joħroġx iktar kap ewlieni mill-art taʼ l-Eġittu; u nġib il-biżaʼ fl-art taʼ l-Eġittu.+ 14 U nagħmel ħerba minn Patros+ u nqabbad nar f’Sogħan+ u nwettaq atti taʼ ġudizzju f’No.+ 15 U nferraʼ l-korla tiegħi+ fuq Sin, il-fortizza taʼ l-Eġittu, u neqred il-kotra taʼ No.+ 16 U nqabbad nar fl-Eġittu. Sin bla dubju jaqbadha wġigħ kbir, u lil No jinfduha u jirbħuha; u l-avversarji taʼ Nof jiġu għaliha bi nhar! 17 Iż-żgħażagħ taʼ On+ u Pibeset jaqgħu bis-sejf, u l-bliet imorru fil-jasar. 18 F’Teħafneħes+ il-jum jiddallam, meta nkisser l-istaneg tal-madmad taʼ l-Eġittu.+ U l-kburija taʼ saħħtu tintemm.+ U l-belt titgħatta bis-sħab,+ u l-bliet li jiddependu minnha jmorru fil-jasar.+ 19 U nwettaq atti taʼ ġudizzju fl-Eġittu;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”
20 U fis-sena ħdax, fl-ewwel xahar, fis-sebaʼ jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova reġgħet ġiet għandi, tgħid: 21 “Bin il-bniedem, se nikser driegħ+ il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, u ma jiġix infaxxat biex ifiq u ma jkollux faxxa marbuta madwaru,+ u b’hekk ma jissaħħaħx biżżejjed biex jaqbad is-sejf.”
22 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontra l-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu,+ u niksirlu dirgħajh,+ dak b’saħħtu u dak miksur,+ u nwaqqagħlu s-sejf minn idu.+ 23 U nferrex lill-Eġizzjani fost il-ġnus u nxerridhom fil-pajjiżi.+ 24 U nsaħħaħ dirgħajn is-sultan taʼ Babilonja+ u nagħtih is-sejf tiegħi f’idu,+ iżda nikser dirgħajn il-Fargħun, u dan jokrob kemm jiflaħ quddiemu bħal wieħed ferut għall-mewt.+ 25 U nsaħħaħ dirgħajn is-sultan taʼ Babilonja, u dirgħajn il-Fargħun jintelqu; u huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nagħti s-sejf tiegħi f’idejn is-sultan taʼ Babilonja u hu jmiddu kontra l-art taʼ l-Eġittu.+ 26 U nferrex lill-Eġizzjani fost il-ġnus+ u nxerridhom fost il-pajjiżi; u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”
31 U ġara fis-sena ħdax, fit-tielet xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, għid lill-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, u lill-kotra tiegħu,+
“‘Lil min sirt tixbah fil-kobor tiegħek? 3 Ara! Lil Assirjan, lil siġra taċ-ċedru fil-Libanu,+ bi friegħi+ sbieħ u ħafna weraq li jagħmlu d-dell, siġra taʼ statura għolja,+ tant li l-quċċata tagħha kienet fis-sħab.+ 4 L-ilmijiet kabbruha;+ bl-ilmijiet fil-fond għoliet. In-nixxigħat taʼ dawn l-ilmijiet kienu jdawru l-post fejn kienet imħawla; u l-kanali tagħhom kienu jibqgħu għaddejjin lejn is-siġar kollha tar-rabaʼ. 5 Kien għalhekk li kompliet togħla ’l fuq mis-siġar l-oħrajn kollha tar-rabaʼ.+
“‘U l-friegħi tagħha komplew joktru u z-zkuk tagħha jitwalu minħabba l-ħafna ilma li kien hemm fil-kanali taʼ madwarha.+ 6 Il-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet bejtu+ fuq il-friegħi tagħha; u taħt iz-zkuk tagħha wildu l-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ,+ u l-ġnus kotrana kollha għammru għad-dell tagħha. 7 U saret sabiħa fil-kobor tagħha,+ fit-tul tal-friegħi u l-weraq tagħha, għax għeruqha kienu mifruxin fuq ħafna ilmijiet. 8 Iċ-ċedri l-oħrajn fil-ġnien t’Alla+ ma setgħux jitqabblu magħha. Il-friegħi tas-siġar tal-ġnibru xejn ma kienu jixbhu l-friegħi tagħha. U z-zkuk tas-siġra tad-dolf ma kellhomx x’jaqsmu maʼ tagħha. L-ebda siġra fil-ġnien t’Alla ma kienet tixbahha fi sbuħitha.+ 9 Jien għamiltha sabiħa b’abbundanza taʼ weraq,+ u s-siġar l-oħrajn kollha taʼ l-Għeden li kienu fil-ġnien taʼ l-Alla l-veru kienu jgħiru għaliha.’+
10 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli din* għoliet, tant li l-quċċata tagħha qiegħda fis-sħab,+ u qalbha tkabbret minħabba l-għoli tagħha,+ 11 jien nagħtiha f’idejn il-ħakkiem setgħan tal-ġnus.+ Bla dubju dan jaġixxi kontriha. Għal ħżunitha nkeċċiha.+ 12 U l-istranġieri, it-tiranni tal-ġnus, iqaċċtuha, u n-nies jabbandunawha fuq il-muntanji; u l-weraq tagħha jaqaʼ fil-widien kollha u l-friegħi tagħha jinkisru ħdejn in-nixxigħat kollha taʼ l-art.+ U l-popli kollha taʼ l-art jinżlu minn taħt id-dell tagħha u jabbandunawha.+ 13 U l-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet jgħammru fuq iz-zokk imwaqqaʼ, u l-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ joqogħdu qalb il-friegħi tagħha;+ 14 biex b’hekk l-ebda siġra msoqqija tajjeb ma togħla jew ikollha l-quċċata tagħha fis-sħab, u l-ebda siġra li tixrob l-ilma ma togħla iktar minnhom, għax ilkoll kemm huma jingħataw f’idejn il-mewt,+ f’idejn l-art taʼ taħt,+ fost ulied il-bnedmin, lil dawk li neżlin fil-ħofra.’
15 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dakinhar li din tinżel fil-Qabar* nikkaġuna n-niket.+ Minħabba fiha ngħatti l-ilmijiet fil-fond, sabiex inżomm in-nixxigħat tagħhom u jieqfu l-ħafna ilmijiet; u minħabba fiha nġib dalma fuq il-Libanu, u minħabba fiha s-siġar kollha tar-rabaʼ jidbielu. 16 U nġiegħel lill-ġnus jitriegħdu mal-ħoss tal-waqgħa tagħha meta nniżżilha fil-Qabar maʼ dawk li neżlin fil-ħofra;+ u fl-art taʼ taħt, is-siġar kollha taʼ l-Għeden,+ l-aqwa u l-aħjar siġar tal-Libanu, dawk kollha li jixorbu l-ilma, jitfarrġu.+ 17 Huma wkoll niżlu fil-Qabar+ magħha, għand dawk maqtulin bis-sejf, u għand dawk li, bħala ż-żerriegħa tagħha, għammru għad-dell tagħha f’nofs il-ġnus.’+
18 “‘Għalhekk, lil min sirt tixbah fil-glorja+ u l-kobor mis-siġar taʼ l-Għeden?+ Int se titniżżel fl-art taʼ taħt+ mas-siġar taʼ l-Għeden. Fost in-nies mhux ċirkonċiżi se timtedd flimkien maʼ dawk maqtulin bis-sejf. Dan hu l-Fargħun u l-kotra kollha tiegħu,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
32 U ġara fis-sena tnax, fit-tnax-il xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, li l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, għanni għanja taʼ niket dwar il-Fargħun, is-sultan taʼ l-Eġittu, u għidlu, ‘Kont bħal iljun b’saħħtu fost il-ġnus imma ġejt imsikket.+
“‘U kont bħall-mostru tal-baħar fl-ibħra,+ toħroġ tiġri fix-xmajjar tiegħek u ddardar l-ilmijiet b’saqajk u tniġġes ix-xmajjar tagħhom.’
3 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Nifrex fuqek ix-xibka tiegħi+ permezz taʼ ġemgħa taʼ ħafna popli, u huma jaqbduk fix-xibka kbira tiegħi.+ 4 U nitilqek fuq l-art. U nwaddbek fuq wiċċ ir-rabaʼ.+ U nġiegħel il-ħlejjaq kollha li jtiru fis-smewwiet jgħixu minn fuqek, u bik inxebbaʼ l-bhejjem salvaġġi taʼ l-art kollha.+ 5 U nitfaʼ laħmek fuq il-muntanji u nimla l-widien bl-iskart li jifdal minnek.+ 6 U nġiegħel l-art tixrob dak li joħroġ minnek, demmek,+ fuq il-muntanji; u n-nixxigħat jimtlew bik.’
7 “‘U meta nitfik, ngħatti s-smewwiet u ndallam il-kwiekeb tagħhom. U ngħatti x-xemx bis-sħab, u l-qamar ma jħallix id-dawl tiegħu jiddi.+ 8 Id-dawwala kollha fis-smewwiet indallamhom minħabba fik, u nġib dalma fuq pajjiżek,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
9 “‘U noffendi l-qalb taʼ ħafna popli meta nieħu lill-imjassrin tiegħek fost il-ġnus lejn pajjiżi li ma kontx taf bihom.+ 10 U nġiegħel ħafna popli jibqgħu miblugħin bil-biżaʼ minħabba fik,+ u s-slaten tagħhom jitkexkxu minħabba fik meta nxejjer is-sejf tiegħi f’wiċċhom,+ u f’jum il-waqgħa tiegħek se jitriegħdu bla waqfien bil-biżaʼ li jitilfu ħajjithom.’+
11 “Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Is-sejf tas-sultan taʼ Babilonja jiġi fuqek.+ 12 U l-kotra tiegħek inwaqqagħha bis-sjuf tas-setgħanin, it-tiranni tal-ġnus, ilkoll kemm huma;+ u huma jħarbtu l-kburija taʼ l-art taʼ l-Eġittu, u l-kotra kollha tagħha tinqered għalkollox.+ 13 U neqred l-annimali domestiċi kollha tagħha minn ħdejn il-ħafna ilmijiet,+ u saqajn il-bniedem ma jdardruhomx iktar,+ u lanqas saqajn l-annimali domestiċi ma jdardruhom.’
14 “‘Dak iż-żmien niċċara ilmijiethom, u x-xmajjar tagħhom nagħmilhom jiġru bħaż-żejt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
15 “‘Meta nagħmel l-art taʼ l-Eġittu art abbandunata u mbattla minn kollox,+ meta noqtol lill-abitanti kollha tagħha, huma wkoll se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.+
16 “‘Din hi għanja taʼ niket, u n-nies se jkantawha. Anki l-bniet tal-ġnus se jkantawha; se jkantawha għall-Eġittu u l-kotra kollha tiegħu,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
17 U ġara li fis-sena tnax, fil-ħmistax-il jum tax-xahar, il-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 18 “Bin il-bniedem, ibki għall-kotra taʼ l-art taʼ l-Eġittu u ddikjara li se titniżżel,+ hi u l-bniet tal-ġnus maestużi, fl-art taʼ taħt,+ maʼ dawk li neżlin fil-ħofra.+
19 “‘Minn min int iktar ħelu?+ Inżel u mtedd maʼ dawk mhux ċirkonċiżi!’+
20 “‘Fost dawk maqtulin bis-sejf se jaqgħu.+ L-art taʼ l-Eġittu ngħatat lis-sejf. Ħuduha u kaxkruha ’l hemm mal-kotriet kollha tagħha.
21 “‘L-iktar nies importanti fost is-setgħanin se jitkellmu mal-Fargħun minn nofs il-Qabar,* u maʼ dawk li jgħinuh.+ Huma se jinżlu;+ se jimteddu bħal dawk mhux ċirkonċiżi, maqtulin bis-sejf. 22 Hemmhekk qegħdin l-Assirja u l-ġemgħa kollha tagħha.+ Il-postijiet tagħha għad-dfin qegħdin madwar is-sultan tagħha.* Ilkoll kemm huma maqtulin, waqgħu bis-sejf.+ 23 Għax il-postijiet tagħha għad-dfin tpoġġew fil-qiegħ taʼ ħofra,+ u l-ġemgħa tagħha hi mdawra maʼ qabarha, ilkoll kemm huma maqtulin, waqgħu bis-sejf, għax kienu ġabu t-twerwir fl-art tal-ħajjin.
24 “‘Hemmhekk qiegħda l-art t’Għelam+ bil-ġemgħa kollha tagħha madwar qabarha, ilkoll kemm huma maqtulin, waqgħu bis-sejf, li niżlu mhux ċirkonċiżi fl-art taʼ taħt, dawk li ġabu t-twerwir fl-art tal-ħajjin; u huma se jġorru l-umiljazzjoni tagħhom flimkien maʼ dawk li neżlin fil-ħofra.+ 25 Lestewlha sodda qalb il-maqtulin+ fost il-ġemgħa kollha tagħha. Il-postijiet tagħha għad-dfin huma madwarha. Ħadd minnhom m’hu ċirkonċiż, ilkoll maqtulin bis-sejf,+ għax ġabu t-twerwir fl-art tal-ħajjin, u se jġorru l-umiljazzjoni tagħhom flimkien maʼ dawk li neżlin fil-ħofra. Fost il-maqtulin tqiegħdet.
26 “‘Hemmhekk qiegħda l-art taʼ Mesek+ u Tubal+ u l-ġemgħa kollha tagħha. Il-postijiet tagħha għad-dfin huma madwar is-sultan tagħha. Ħadd minnhom m’hu ċirkonċiż, ilkoll minfudin bis-sejf, għax ġabu t-twerwir fl-art tal-ħajjin. 27 U m’humiex dawn se jimteddu mas-setgħanin+ li waqgħu minn fost dawk mhux ċirkonċiżi, li niżlu fil-Qabar bl-armi tagħhom tal-gwerra? U jagħmlulhom sjufhom taħt rashom, u l-iżbalji tagħhom ikunu fuq għadamhom,+ għax is-setgħanin ġabu t-twerwir fl-art tal-ħajjin.+ 28 U int se titkisser fost dawk mhux ċirkonċiżi, u timtedd maʼ dawk maqtulin bis-sejf.
29 “‘Hemmhekk qiegħda l-art t’Edom,+ is-slaten tagħha, u l-kapijiet ewlenin kollha tagħha, li, bis-setgħa kollha tagħhom, tqiegħdu maʼ dawk maqtulin bis-sejf;+ huma se jimteddu maʼ dawk mhux ċirkonċiżi+ u maʼ dawk li neżlin fil-ħofra.
30 “‘Hemmhekk qegħdin id-duki tat-tramuntana, ilkoll kemm huma, u s-Sidonin,+ li niżlu mimlijin mistħija mal-maqtulin, minkejja t-twerwir li qanqlet is-setgħa tagħhom. U jimteddu bla ċirkonċiżjoni maʼ dawk maqtulin bis-sejf u jġorru l-umiljazzjoni tagħhom maʼ dawk li neżlin fil-ħofra.+
31 “‘Lil dawn se jara l-Fargħun, u hu se jitfarraġ minħabba l-ġemgħa kollha tiegħu.+ Il-Fargħun u l-qawwa militari kollha tiegħu jinqatlu bis-sejf,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
32 “‘Għax hu ġab it-twerwir fl-art tal-ħajjin+ u se jkollu jimtedd fost dawk mhux ċirkonċiżi, maʼ dawk maqtulin bis-sejf, iva, il-Fargħun u l-ġemgħa kollha tiegħu,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
33 U l-kelma taʼ Ġeħova ġiet għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, kellem lil ulied il-poplu tiegħek,+ u għidilhom,
“‘Jekk jien inġib sejf+ fuq pajjiż u n-nies taʼ dan il-pajjiż, b’fehma waħda, jagħżlu raġel u jqegħduh għassies+ għalihom, 3 u dan jara s-sejf ġej fuq il-pajjiż u jdoqq il-qarn u jwissi lin-nies,+ 4 u jkun hemm min jismaʼ l-ħoss tal-qarn imma ma jagħtix kas it-twissija,+ u jiġi s-sejf u jieħdu, demmu jkun fuq rasu stess.+ 5 Hu jkun semaʼ l-ħoss tal-qarn, imma ma tax kas it-twissija. Demmu jkun fuqu nnifsu. Kieku laqaʼ t-twissija kien jeħles ruħu.+
6 “‘Issa min-naħa taʼ l-għassies, jekk hu jara s-sejf ġej u ma jdoqqx il-qarn+ u n-nies ma jingħataw l-ebda twissija u jiġi s-sejf u jieħu l-ħajja* minn fosthom, din tittieħed minħabba l-iżball taʼ dak li jkun stess,+ imma demmu nitolbu lura minn id l-għassies.’+
7 “Issa lilek, O bin il-bniedem, għassies għamiltek għal dar Israel,+ u se tismaʼ l-kelma minn fommi u twissihom għalija.+ 8 Meta ngħid lil xi ħadd ħażin, ‘O ħażin, int żgur se tmut!’+ imma int fil-fatt ma titkellimx sabiex twissi lill-ħażin dwar triqtu,+ hu nnifsu, billi hu ħażin, imut fl-iżball tiegħu,+ imma demmu nitolbu lura minn idejk. 9 Madankollu, jekk int twissi lil xi ħadd ħażin dwar triqtu sabiex idur lura minnha iżda hu fil-fatt ma jdurx lura minn triqtu, hu jmut fl-iżball tiegħu,+ imma int teħles lil ruħek.+
10 “Issa int, O bin il-bniedem, għid lil dar Israel, ‘Intom għedtu: “Jekk l-irvellijiet u d-dnubiet tagħna huma fuqna u aħna qed nitmermru fihom,+ mela, kif se nibqgħu ngħixu?”’+ 11 Għidilhom, ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, “jien mhux bil-mewt tal-ħażin nitgħaxxaq+ imma b’li xi ħadd ħażin idur lura+ minn triqtu u jibqaʼ jgħix.+ Duru lura, duru lura minn triqatkom il-ħżiena,+ għax għalfejn għandkom tmutu, O dar Israel?”’+
12 “U int, O bin il-bniedem, għid lil ulied il-poplu tiegħek, ‘Is-sewwa tal-ġust fih innifsu mhux se jeħilsu dakinhar li jirvella.+ Imma l-ħażen tal-ħażin mhux se jkun taʼ tfixkil għalih dakinhar li jdur lura mill-ħażen tiegħu.+ Lanqas ma se jkun jistaʼ jibqaʼ jgħix il-ġust minħabba s-sewwa tiegħu dakinhar li jidneb.+ 13 Meta ngħid lill-ġust: “Żgur se tibqaʼ tgħix,” u hu fil-fatt jafda fis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja,+ l-atti ġusti kollha tiegħu ma jitfakkrux, imma għall-inġustizzja li għamel—għal din imut.+
14 “‘U meta ngħid lill-ħażin: “Żgur se tmut,”+ u hu fil-fatt idur lura mid-dnub tiegħu+ u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa,+ 15 u l-ħażin irodd lura dak li ħa bħala rahan għad-dejn,+ iħallas lura l-affarijiet li ħa b’serq,+ u jimxi maʼ l-istatuti tal-ħajja billi ma jagħmilx l-inġustizzja,+ hu żgur jibqaʼ jgħix.+ Ma jmutx. 16 Ebda wieħed mid-dnubiet li dineb bihom ma se jitfakkar kontrih.+ Il-ġustizzja u s-sewwa huma dak li wettaq. Żgur se jibqaʼ jgħix.’+
17 “U wlied il-poplu tiegħek qalu, ‘It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta,’+ imma hija triqithom li mhix ġusta.
18 “Meta xi ħadd ġust idur lura mis-sewwa tiegħu u jagħmel l-inġustizzja, hu għandu jmut minħabba dan.+ 19 U meta xi ħadd ħażin idur lura mill-ħażen tiegħu u jwettaq il-ġustizzja u s-sewwa, jibqaʼ jgħix minħabba fihom.+
20 “U intom għedtu, ‘It-triq taʼ Ġeħova mhix ġusta.’+ Kull wieħed skond triqatu se niġġudikakom,+ O dar Israel.”
21 Fl-aħħar ġara fis-sena tnax, fl-għaxar xahar, fil-ħames jum tax-xahar taʼ l-eżilju tagħna, li ġie għandi l-wieħed maħrub minn Ġerusalemm,+ u qalli: “Il-belt waqgħet!”+
22 Issa id Ġeħova ġiet fuqi fil-għaxija qabel ġie għandi l-maħrub,+ u Hu fetaħli fommi qabel ma ġie dak il-wieħed fil-għodu, u fommi nfetaħ u ma bqajtx imbikkem iktar.+
23 U l-kelma taʼ Ġeħova bdiet ġejja għandi, tgħid: 24 “Bin il-bniedem, l-abitanti taʼ dawn il-postijiet imħarbtin+ qed jgħidu dwar l-art taʼ Israel, ‘Abraham kien wieħed waħdu u xorta ħa l-art f’idejh.+ U aħna qegħdin ħafna; lilna ngħatat l-art biex tkun tagħna.’+
25 “Għaldaqstant għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Intom tkomplu tieklu l-laħam bid-demm,+ u tibqgħu terfgħu għajnejkom lejn l-idoli tagħkom moqżieża daqs id-demel,+ u tkomplu xxerrdu d-demm.+ Allura l-art għandha tkun tagħkom?+ 26 Intom striħajtu fuq is-sejf tagħkom.+ Għamiltu ħaġa mistkerrha,+ u kull wieħed minnkom kasbar lil mart sieħbu.+ U l-art għandha tkun tagħkom?”’+
27 “Dan għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Daqskemm jien ħaj, dawk li qegħdin fil-postijiet imħarbtin żgur se jaqgħu bis-sejf;+ u dak li qiegħed fuq wiċċ ir-rabaʼ nagħtih lill-bhima salvaġġa bħala ikel;+ u dawk li qegħdin fil-postijiet b’saħħithom u fl-għerien+ se jmutu bil-pesta. 28 U l-pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ iva, ħerba, u l-kburija taʼ saħħtu tintemm+ u l-muntanji taʼ Israel jiġu abbandunati,+ u ħadd ma jgħaddi minn hemmhekk. 29 U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta l-pajjiż nagħmlu art abbandunata,+ iva, ħerba, minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha li għamlu.”’+
30 “U inkwantu għalik, O bin il-bniedem, ulied il-poplu tiegħek qed jitkellmu dwarek ħdejn il-ħitan u fil-bibien tad-djar,+ u wieħed tkellem maʼ l-ieħor, kull wieħed maʼ ħuh, u qal, ‘Ejjew, jekk jogħġobkom, u isimgħu x’inhi l-kelma li ġejja mingħand Ġeħova.’+ 31 U se jidħlu għandek bħalma jagħmlu s-soltu, u joqogħdu bil-qiegħda quddiemek bħala l-poplu tiegħi;+ u jisimgħu kliemek imma ma jagħmluhx,+ għax b’fommhom qed jesprimu xewqat bla rażan u qalbhom sejra wara qligħ inġust.+ 32 Għalihom int bħal għanja taʼ mħabba senswali, bħal xi ħadd li għandu leħen sabiħ u li jdoqq tajjeb strument tal-korda.+ U kliemek jisimgħuh, imma ħadd ma jagħmlu.+ 33 U meta jseħħ—ara, se jseħħ żgur+—huma se jkollhom ikunu jafu wkoll li kien hemm profeta f’nofshom.”+
34 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, ipprofetizza kontra r-rgħajja taʼ Israel. Ipprofetizza, u għid lir-rgħajja, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Gwaj għar-rgħajja taʼ Israel,+ li qed jitimgħu lilhom infushom!+ Ir-rgħajja mhux lill-merħla suppost jitimgħu?+ 3 Intom tieklu x-xaħam,+ u tilbsu s-suf. Toqtlu+ l-annimal smin.+ Imma lill-merħla ma titimgħuhiex. 4 Lil dawk morda ma saħħaħtuhomx,+ u lill-muġugħa ma fejjaqtuhiex, u lill-miksura ma nfaxxajtuhiex, u lill-imferrxa ma ġibtuhiex lura, u lill-mitlufa ma pprovajtux issibuha,+ imma żammejtuhom sottomessi bil-ħruxija, iva, b’tirannija.+ 5 U bil-mod il-mod dawn xterdu għax ma kienx hemm ragħaj,+ u saru ikel għal kull bhima salvaġġa tar-rabaʼ, u baqgħu mxerrdin.+ 6 In-nagħaġ tiegħi baqgħu jiġġerrew fuq il-muntanji kollha u fuq kull għolja kbira;+ u n-nagħaġ tiegħi+ xterdu fuq wiċċ l-art kollha, bla ma kien hemm ħadd li jfittixhom u ħadd li jipprova jsibhom.
7 “‘“Għalhekk, intom ir-rgħajja, isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova, 8 ‘“Daqskemm jien ħaj,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, “żgur li talli n-nagħaġ tiegħi saru xi ħaġa biex tinħataf bħala priża u n-nagħaġ tiegħi baqgħu jkunu ikel għal kull bhima salvaġġa tar-rabaʼ, għax ma kienx hemm ragħaj, u r-rgħajja tiegħi ma fittxewlix in-nagħaġ, imma r-rgħajja baqgħu jitimgħu lilhom infushom,+ u ma temgħulix in-nagħaġ,”’ 9 għaldaqstant, intom ir-rgħajja, isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova. 10 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Ara, jien kontra r-rgħajja,+ u se nitlob lura n-nagħaġ tiegħi minn idejhom u ma nħallihomx iktar jitimgħu n-nagħaġ tiegħi,+ u r-rgħajja ma jitimgħux iktar lilhom infushom;+ u neħles lin-nagħaġ tiegħi minn ħalqhom, u ma jkunux ikel għalihom.’”+
11 “‘Għax hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nfittex lin-nagħaġ tiegħi u nieħu ħsiebhom.+ 12 Bħalma dak li jitmaʼ l-merħla tiegħu jieħu ħsiebha+ dakinhar li jsib ruħu qalb in-nagħaġ tiegħu li jkunu tferrxu band’oħra,+ bl-istess mod nieħu ħsieb in-nagħaġ tiegħi; u neħlishom mill-postijiet kollha li jkunu xterdu fihom fil-jum taʼ sħab u dalma ħoxna.+ 13 U noħroġhom+ mill-popli u niġborhom flimkien mill-pajjiżi u nġibhom f’arthom+ u nitmagħhom fuq il-muntanji taʼ Israel, ħdejn in-nixxigħat u ħdejn il-postijiet mgħammrin kollha fil-pajjiż.+ 14 F’mergħa tajba nitmagħhom, u fuq il-muntanji għoljin taʼ Israel jgħammru.+ Hemmhekk jimteddu f’post tajjeb,+ u minn mergħa abbundanti jieklu fuq il-muntanji taʼ Israel.”
15 “‘“Jien stess se nitmaʼ n-nagħaġ tiegħi,+ u jien stess se nara li jimteddu,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 16 “Lill-mitlufa se nfittixha,+ u lill-imferrxa nġibha lura, u lill-miksura ninfaxxaha u lill-muġugħa nsaħħaħha, imma lis-smina+ u lill-waħda b’saħħitha neqridhom għalkollox u nitmagħhom il-ġudizzju.”+
17 “‘U lilkom, nagħaġ tiegħi, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa, bejn l-imtaten u l-bdabad.+ 18 Hija daqshekk ħaġa żgħira għalikom li tieklu mill-aqwa mergħa+ imma l-bqija tal-mergħat tgħaffġuhom b’saqajkom, u li tixorbu mill-ilmijiet ċari imma dawk li jkun fadal tniġġsuhom billi tirfsuhom b’saqajkom? 19 U għandhom in-nagħaġ tiegħi jieklu mill-mergħa li għaffiġtu intom b’saqajkom u jixorbu mill-ilma li niġġistu bl-irfis taʼ saqajkom?”
20 “‘Għaldaqstant, hekk qalilhom il-Mulej Sovran Ġeħova: “Hawn jien, jien stess, u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa smina u nagħġa magħluba, 21 talli b’ġenbejkom u bi spallejkom qgħadtu timbottaw u bi qrunkom qgħadtu trossu l-morda sakemm xerridtuhom barra.+ 22 U nsalva n-nagħaġ tiegħi, u ma jibqgħux jinħatfu iktar bħala priża;+ u se nagħmel ġudizzju bejn nagħġa u nagħġa. 23 U nqajjem fuqhom ragħaj wieħed,+ u jitmagħhom, iva, il-qaddej tiegħi David.+ Hu jitmagħhom, u hu jkun ir-ragħaj tagħhom.+ 24 U jien stess, Ġeħova, insir Alla tagħhom,+ u l-qaddej tiegħi David ikun kap ewlieni f’nofshom.+ Jien, Ġeħova, tkellimt.
25 “‘“U nagħmel magħhom patt taʼ paċi,+ u neqred mill-pajjiż il-bhima salvaġġa li tagħmel il-ħsara,+ u jgħammru fix-xagħri fis-sigurtà u jorqdu fil-foresti.+ 26 U nagħmel lilhom u l-inħawi taʼ madwar l-għolja tiegħi barka,+ u nniżżel ix-xita qawwija fi żmienha. Xita qawwija taʼ barkiet ikun hemm.+ 27 U s-siġra tar-rabaʼ trid tagħti frottha,+ u l-art se tagħti l-prodott tagħha,+ u huma jkunu fis-sigurtà f’arthom.+ U se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova meta nkisser il-madmad tagħhom+ u nkun ħlisthom minn id dawk li kienu qed jużawhom bħala lsiera.+ 28 U ma jinħatfux iktar bħala priża mill-ġnus;+ u l-bhima salvaġġa taʼ l-art ma tiblagħhomx, u jgħammru fis-sigurtà, u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+
29 “‘“U se nipprovdilhom post għat-taħwil li jkun magħruf,+ u ma jmutux iktar bil-ġuħ fil-pajjiż,+ u ma jġarrbux iktar l-umiljazzjoni mill-ġnus.+ 30 ‘U se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova Alla tagħhom, qiegħed magħhom+ u li huma l-poplu tiegħi, id-dar taʼ Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”’+
31 “‘U intom, nagħaġ tiegħi,+ in-nagħaġ tal-mergħa tiegħi, intom bnedmin. Jien Alla tagħkom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
35 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem, dawwar wiċċek+ lejn ir-reġjun muntanjuż tas-Segħir+ u pprofetizza kontrih.+ 3 U għidlu, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O reġjun muntanjuż tas-Segħir,+ u se mmidd idi kontrik+ u nagħmlek art abbandunata, iva, ħerba.+ 4 Blietek inħarbathom, u int issir art abbandunata għalkollox;+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova,+ 5 talli minn dejjem* kellek mibegħda+ u bqajt tagħti lil ulied Israel f’idejn is-sejf,+ fi żmien id-diżastru tagħhom,+ fi żmien l-iżball tagħhom taʼ l-aħħar.”’+
6 “‘Għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘billi ppreparajtek għad-demm, id-demm jiġri warajk.+ Bla dubju int bgħadt id-demm, u d-demm jiġri warajk.+ 7 U nagħmel ir-reġjun muntanjuż tas-Segħir art abbandunata, iva, ħerba,+ u naqtaʼ minnu lil min jgħaddi minn hemmhekk u lil min jerġaʼ lura hemmhekk.+ 8 U nimla l-muntanji tiegħu bil-maqtulin tiegħu; u fuq l-għoljiet tiegħek u fil-widien tiegħek u fin-nixxigħat kollha tiegħek jaqgħu dawk maqtulin bis-sejf.+ 9 Nagħmlek art abbandunata għal dejjem, u fi blietek ma jgħammar ħadd;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.’+
10 “Talli għedt, ‘Dawn iż-żewġt iġnus u dawn iż-żewġ pajjiżi—tiegħi għad isiru, u se nieħdu f’idejna kull pajjiż,’+ waqt li Ġeħova nnifsu kien hemmhekk,+ 11 ‘għalhekk, daqskemm jien ħaj,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘se naġixxi wkoll skond ir-rabja u l-għira tiegħek li esprimejt minħabba s-sentimenti taʼ mibegħda li għandek lejhom;+ u ngħarrafhom min jien meta niġġudikak.+ 12 U se jkollok tkun taf li jien stess, Ġeħova, smajt l-affarijiet kollha li int għedt b’nuqqas taʼ rispett dwar il-muntanji taʼ Israel,+ meta għedt: “Huma ntgħamlu art abbandunata. Ngħataw lilna bħala ikel.”+ 13 U fommkom użajtuh kontrija b’mod imkabbar,+ u għedtu ħafna kliem kontrija.+ Jien stess smajtu.’+
14 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Waqt li l-art kollha tkun qed tifraħ, lilek nagħmlek art abbandunata. 15 Bħalma fraħt int għax wirt id-dar taʼ Israel intgħamel art abbandunata, l-istess nagħmel minnek.+ Art abbandunata ssir, O reġjun muntanjuż tas-Segħir, iva, Edom kollu, kollu kemm hu;+ u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”+
36 “U int, O bin il-bniedem, ipprofetizza dwar il-muntanji taʼ Israel, u għid, ‘O muntanji taʼ Israel,+ isimgħu l-kelma taʼ Ġeħova. 2 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli l-għadu qal kontrik,+ ‘Ħaħ! Anki l-postijiet għoljin tal-qedem+ saru tagħna!’”’+
3 “Għalhekk, ipprofetizza, u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Talli għamlukom art abbandunata+ u pprovaw jaħtfukom f’ħalqhom minn kull naħa,+ sabiex issiru taʼ dawk li fadal mill-ġnus+ u ġejtu fi lsien in-nies+ u hemm rapport ħażin dwarkom fost in-nies,+ 4 għaldaqstant, O muntanji taʼ Israel,+ isimgħu l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova! Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lill-muntanji u lill-għoljiet, lin-nixxigħat u lill-widien u lill-postijiet imħarbtin li ġew abbandunati+ u lill-bliet abbandunati li nsterqu u twaqqgħu għaċ-ċajt minn dawk li fadal mill-ġnus taʼ madwar;+ 5 għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Se nitkellem fin-nar taż-żelu tiegħi+ kontra dawk li fadal mill-ġnus u kontra Edom, kollu kemm hu,+ dawk li ħadu arti f’idejhom b’qalbhom mimlija hena,+ biż-żebliħ,+ minħabba l-mergħa tagħha, biex jaħtfuha bħala priża.’”’+
6 “Għalhekk, ipprofetizza dwar l-art taʼ Israel, u għid lill-muntanji u lill-għoljiet, lin-nixxigħat u lill-widien, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara! Fiż-żelu tiegħi u fil-korla tiegħi jien stess se nitkellem, għax intom ġarrabtu umiljazzjoni mill-ġnus.”’+
7 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Jien għollejt idi biex naħlef+ li l-ġnus li għandkom madwarkom se jġarrbu l-umiljazzjoni tagħhom stess.+ 8 U intom, O muntanji taʼ Israel, se toħorġu l-friegħi tagħkom u tipproduċu l-frott tagħkom għall-poplu tiegħi Israel,+ għax dan qorob biex jidħol.+ 9 Għax, ara, jien favurikom, u se ndur lejkom,+ u se tkunu kultivati u miżrugħin.+ 10 U nkattar fuqkom il-bnedmin, id-dar sħiħa taʼ Israel, kollha kemm hi,+ u l-bliet ikunu abitati,+ u l-postijiet imħarbtin jinbnew mill-ġdid.+ 11 Iva, inkattar fuqkom il-bnedmin u l-annimali,+ u huma jnisslu u joktru, u jien inġiegħel li tkunu abitati bħalma kontu qabel+ u nagħmlilkom iktar ġid milli għamiltilkom fil-bidu;+ u intom se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova.+ 12 U mmexxi fuqkom il-bnedmin, iva, lill-poplu tiegħi Israel, u jiħdukom f’idejhom,+ u ssiru wirthom,+ u ma terġgħux tħalluhom bla tfal.’”+
13 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Talli hemm dawk li qed jgħidulkom: “Int tiblaʼ lill-bnedmin, sirt art li tħalli lill-ġnus tagħha bla tfal,”’+ 14 ‘mela lill-bnedmin ma tiblagħhomx iktar,+ u lill-ġnus tiegħek ma tħallihomx iktar bla tfal,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 15 ‘U ma nħallix li jinstemaʼ iktar diskors umiljanti dwarek mill-ġnus,+ u ma ġġorrx iktar żebliħ mill-popli,+ u l-ġnus tiegħek ma tfixkilhomx iktar,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
16 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 17 “Bin il-bniedem, dawk taʼ dar Israel kienu qed jgħammru f’arthom, u ma ħallewhiex nadifa bi triqithom u bl-għemejjel tagħhom.+ Għalija triqithom saret bħan-nuqqas taʼ ndafa tat-tnixxija tad-demm taʼ kull xahar.+ 18 U ferrajt il-korla tiegħi fuqhom minħabba d-demm li sawbu fuq l-art,+ li ma ħallewhiex nadifa bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel.+ 19 U xerridthom fost il-ġnus, u għalhekk kienu mferrxin fost il-pajjiżi.+ Skond triqithom u skond l-għemejjel tagħhom iġġudikajthom.+ 20 Għalhekk, marru f’dawk il-ġnus, u n-nies bdew ikasbru lil ismi l-qaddis+ billi qalu dwarhom, ‘Dawn huma l-poplu taʼ Ġeħova, u minn artu ħarġu.’+ 21 U se nuri mogħdrija maʼ ismi l-qaddis, li tkasbar minn dar Israel fost il-ġnus li marru fihom.”+
22 “Għaldaqstant għid lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Mhux minħabba fikom qed nagħmel dan, O dar Israel, imma minħabba ismi l-qaddis, li intom kasbartuh fost il-ġnus li mortu fihom.”’+ 23 ‘U jien se nqaddes ismi l-kbir,+ li kien qed jiġi mkasbar fost il-ġnus, li intom kasbartu f’nofshom; u l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘meta nitqaddes fostkom quddiem għajnejhom.+ 24 U noħroġkom mill-ġnus u niġborkom flimkien mill-pajjiżi kollha u ndaħħalkom f’artkom.+ 25 U rraxxax fuqkom ilma nadif, u tindafu;+ innaddafkom minn kull nuqqas taʼ safa+ li għandkom u minn kull idolu tagħkom moqżież daqs id-demel.+ 26 U nagħtikom qalb ġdida,+ u ndaħħal fikom spirtu ġdid,+ u nneħħi l-qalb tal-ġebel minn ġisimkom u nagħtikom qalb tal-laħam.+ 27 U ndaħħal fikom l-ispirtu tiegħi,+ u naġixxi b’tali mod li intom timxu mar-regolamenti tiegħi,+ u tħarsu d-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi u twettquhom.+ 28 U tgħammru fl-art li tajt lil missirijietkom,+ u intom issiru l-poplu tiegħi u jien insir Alla tagħkom.’+
29 “‘U nsalvakom minn kull nuqqas taʼ safa tagħkom+ u nsejjaħ lill-qmuħ u nkattarhom, u ma nġib fuqkom l-ebda ġuħ.+ 30 U nkattar il-frott tas-siġra, u l-prodott tar-rabaʼ, sabiex ma tiġux imżebilħin iżjed fost il-ġnus minħabba l-ġuħ.+ 31 U se jkollkom tiftakru t-triqat ħżiena tagħkom u l-għemejjel tagħkom li ma kinux tajbin,+ u se jkollkom tistkerrhu lilkom infuskom minħabba l-iżbalji tagħkom u minħabba l-affarijiet mistkerrhin tagħkom.+ 32 Mhux minħabba fikom qed nagħmel dan,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘biex tkunu tafu. Istħu u ħossukom umiljati minħabba triqatkom, O dar Israel.’+
33 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dakinhar li nnaddafkom mill-iżbalji kollha tagħkom se nġiegħel ukoll lill-bliet ikunu abitati,+ u l-postijiet imħarbtin iridu jinbnew mill-ġdid.+ 34 U l-art abbandunata tinħadem, għalkemm din kienet saret art abbandunata quddiem għajnejn kulmin kien jgħaddi minn hemmhekk.+ 35 U n-nies jgħidu: “Dik l-art t’hemmhekk li kienet intgħamlet art abbandunata saret bħall-ġnien taʼ l-Għeden,+ u l-bliet li kienu mitluqin u abbandunati u mġarrfin issa huma fortifikati; saru abitati.”+ 36 U l-ġnus li jkunu tħallew madwarek se jkollhom ikunu jafu li jien stess, Ġeħova, bnejt l-affarijiet imġarrfin,+ u ħawwilt dak li ġie abbandunat. Jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt.’+
37 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Lil dawk taʼ dar Israel se nħallihom ifittxuni biex nagħmlilhom dan ukoll:+ Se nkattarhom u nagħmilhom bħal merħla bin-nies.+ 38 Bħal merħla nies qaddisin, bħall-merħla taʼ Ġerusalemm fl-istaġuni tal-festi tagħha,+ hekk se jkunu mimlijin b’merħla nies il-bliet li kienu mitluqin;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’”
37 Id Ġeħova ġiet fuqi,+ u b’hekk ġarrni bl-ispirtu taʼ Ġeħova+ u qegħedni f’nofs il-pjanura fil-wied, u din kienet mimlija għadam.+ 2 U għaddieni dawramejt madwar l-għadam, u, ara, kien hemm ħafna għadam fuq wiċċ il-pjanura fil-wied, u kien niexef qoxqox.+ 3 U hu qalli: “Bin il-bniedem, jistaʼ dan l-għadam jieħu l-ħajja?” Għal dan, jien għedt: “Mulej Sovran Ġeħova, dan int tafu.”+ 4 U hu qalli: “Ipprofetizza fuq dan l-għadam, u għidlu, ‘O għadam niexef, ismaʼ l-kelma taʼ Ġeħova:
5 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova lil dan l-għadam: “Ara, jien qed indaħħal fik in-nifs, u int tieħu l-ħajja.+ 6 U se nqiegħed fuqek nervituri u nġiegħel li jitrabbielek il-laħam, u se niksik bil-ġilda u nqiegħed fik in-nifs, u int tieħu l-ħajja;+ u se jkollok tkun taf li jien Ġeħova.”’”+
7 U jien ipprofetizzajt eżatt kif ġejt kmandat.+ U meta pprofetizzajt instemaʼ ħoss, u kien hemm ċekċik, u l-għadam beda jersaq, għadma maʼ l-oħra. 8 U ħarist, u fuqu kien hemm in-nervituri u trabba l-laħam u l-ġilda bdiet tiksih. Imma nifs ma kienx hemm fih.
9 U kompla jgħidli: “Ipprofetizza lir-riħ. Ipprofetizza, O bin il-bniedem, u għid lir-riħ, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Idħol mill-erbat irjieħ, O riħ, u onfoħ fuq dawn in-nies maqtulin,+ sabiex jieħdu l-ħajja.”’”+
10 U jien ipprofetizzajt eżatt kif ikkmandani, u n-nifs daħal fihom, u ħadu l-ħajja u waqfu fuq saqajhom,+ qawwa militari kbira ferm.
11 U kompla jgħidli: “Bin il-bniedem, l-għadam hu d-dar kollha taʼ Israel.+ Dawn qed jgħidu, ‘Għadamna nixef, u tamitna għabet.+ Ġejna maqtugħin għalina waħedna.’ 12 Għalhekk, ipprofetizza, u għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, se niftaħ il-postijiet fejn intom midfunin,+ u se ntellagħkom mill-postijiet fejn intom midfunin, O poplu tiegħi, u ndaħħalkom fl-art taʼ Israel.+ 13 U se jkollkom tkunu tafu li jien Ġeħova meta niftaħ il-postijiet fejn intom midfunin u meta ntellagħkom mill-postijiet fejn intom midfunin, O poplu tiegħi.”’+ 14 ‘U nqiegħed l-ispirtu tiegħi fikom, u tieħdu l-ħajja,+ u nqegħedkom f’artkom; u se jkollkom tkunu tafu li jien, Ġeħova, tkellimt u wettaqt,’ hija l-kelma taʼ Ġeħova.”+
15 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 16 “U int, O bin il-bniedem, ħu bastun+ u ikteb fuqu, ‘Għal Ġuda u għal sħabu, ulied Israel.’+ U ħu bastun ieħor u ikteb fuqu, ‘Għal Ġużeppi, il-bastun t’Efrajm,+ u sħabu, id-dar kollha taʼ Israel.’+ 17 U ressaqhom lejn xulxin f’bastun wieħed, u huma jsiru wieħed f’idek.+ 18 U meta wlied il-poplu tiegħek jibdew jgħidulek, ‘M’intix se tgħidilna xi jfissru għalik dawn l-affarijiet?’+ 19 għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed nieħu l-bastun taʼ Ġużeppi, li qiegħed f’id Efrajm, u taʼ sħabu, it-tribujiet taʼ Israel, u se nqegħedhom fuqu, jiġifieri, fuq il-bastun taʼ Ġuda, u nagħmilhom bastun wieħed,+ u jsiru wieħed f’idi.”’ 20 U l-bsaten li tikteb fuqhom iridu jkunu f’idek quddiem għajnejhom.+
21 “U għidilhom, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, qed nieħu lil ulied Israel minn fost il-ġnus li marru fihom, u se niġborhom flimkien mill-inħawi taʼ madwar u nġibhom f’arthom.+ 22 U nagħmilhom ġens wieħed fil-pajjiż,+ fuq il-muntanji taʼ Israel, u bħala sultan ilkoll kemm huma se jkollhom sultan wieħed,+ u ma jkunux iktar żewġt iġnus, lanqas ma jkunu maqsumin iktar f’żewġ saltniet.+ 23 U m’humiex se jitniġġsu iktar bl-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel u bil-qżiżijiet tagħhom u bil-ksur tal-liġi kollu tagħhom;+ u jien insalvahom mill-atti midinbin kollha li għamlu fil-postijiet fejn għammru, u nnaddafhom,+ u huma jsiru l-poplu tiegħi, u jien insir Alla tagħhom.+
24 “‘“U l-qaddej tiegħi David ikun sultan fuqhom,+ u lkoll ikollhom ragħaj wieħed;+ u huma jimxu mad-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi,+ u jħarsu l-istatuti tiegħi,+ u jwettquhom.+ 25 U se jgħammru fl-art li jien tajt lill-qaddej tiegħi, lil Ġakobb, li fiha għammru missirijietkom,+ u se jgħammru fiha,+ huma u wliedhom u wlied uliedhom għal żmien indefinit,+ u David il-qaddej tiegħi jkun il-kap ewlieni tagħhom għal żmien indefinit.+
26 “‘“U se nagħmel magħhom patt taʼ paċi;+ patt li jdum għal żmien indefinit se jsir magħhom.+ U nħejji post għalihom u nkattarhom+ u nqiegħed is-santwarju tiegħi f’nofshom għal żmien indefinit.+ 27 U t-tinda tiegħi tkun fuqhom,+ u jien insir Alla tagħhom, u huma jsiru l-poplu tiegħi.+ 28 U l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien, Ġeħova,+ qed inqaddes lil Israel meta s-santwarju tiegħi jkun f’nofshom għal żmien indefinit.”’”+
38 U l-kelma taʼ Ġeħova kompliet tiġi għandi, tgħid: 2 “Bin il-bniedem,+ dawwar wiċċek lejn Gog taʼ l-art taʼ Magog,+ il-kap ewlieni l-kbir taʼ Mesek+ u Tubal,+ u pprofetizza kontrih. 3 U għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Gog, il-kap ewlieni l-kbir taʼ Mesek u Tubal. 4 U jien se ndawrek u nqiegħed ganċijiet fix-xedaq tiegħek+ u niġbdek mal-qawwa militari kollha tiegħek,+ żwiemel u rikkieba taż-żwiemel, kollha kemm huma lebsin bl-isbaħ mod,+ ġemgħa numeruża, bit-tarka l-kbira u t-tarka ż-żgħira, kollha bis-sjuf f’idejhom;+ 5 il-Persja,+ l-Etjopja+ u Put+ magħhom, ilkoll kemm huma bit-tarka ż-żgħira u bl-elmu; 6 Gomer+ u l-qtajjaʼ kollha tiegħu, id-dar taʼ Togarma,+ mill-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana, u l-ġemgħat kollha tiegħu, ħafna popli miegħek.+
7 “‘“Lesti ruħek, u tħejja, int flimkien mal-ġemgħa kollha tiegħek,+ dawk miġmugħin miegħek, u int se tkun dak li tmexxihom.
8 “‘“Wara ħafna jiem int se tingħata attenzjoni. Fl-aħħar parti tas-snin int se tiġi lejn il-pajjiż+ taʼ poplu miġjub lura mis-sejf, miġbur minn ħafna popli+ għal fuq il-muntanji taʼ Israel, li kienu fi stat kontinwu taʼ ħerba. Il-poplu taʼ dan il-pajjiż inħareġ mill-popli u qed jgħammar fis-sigurtà, kollu kemm hu.+ 9 U int se jkollok titlaʼ. Tiġi bħal maltempata.+ Tkun bħal sħab li jiksi l-pajjiż,+ int u l-qtajjaʼ kollha tiegħek u ħafna popli miegħek.”’
10 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘U jiġri dakinhar li f’qalbek jiġuk xi ħsibijiet,+ u int taħseb fi pjan taʼ ħsara;+ 11 u tgħid: “Se nitlaʼ kontra l-pajjiż li jinsab fil-kampanja miftuħa.+ Nidħol fuq dawk li qegħdin fil-kwiet, li jgħammru fis-sigurtà, ilkoll jgħammru mingħajr swar,+ u lanqas biss għandhom staneg u bibien.” 12 Dan se tagħmlu biex taħtaf priża kbira+ u biex tisraq ħafna, sabiex terfaʼ idek fuq postijiet imħarbtin li ġew mgħammrin mill-ġdid+ u fuq poplu miġbur mill-ġnus,+ wieħed li qed jiġmaʼ għana u proprjetà,+ dawk li qed jgħammru fiċ-ċentru+ taʼ l-art.
13 “‘Xeba+ u Dedan+ u l-merkanti taʼ Tarsis+ u l-iljuni b’saħħithom kollha+—dawn se jgħidulek: “Ġej biex taħtaf priża kbira? Ġmajt il-ġemgħa tiegħek biex tisraq ħafna, sabiex iġġorr il-fidda u d-deheb, biex tieħu l-għana u l-proprjetà, biex taħtaf priża kbira ħafna?”’
14 “Għalhekk, ipprofetizza, O bin il-bniedem, u għid lil Gog, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Dakinhar li l-poplu tiegħi Israel ikun qed jgħammar fis-sigurtà, mhux se tinnotah int dan?+ 15 U int żgur li se tiġi minn postok, mill-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana,+ int u ħafna popli miegħek, ilkoll kemm huma rekbin iż-żwiemel, ġemgħa kbira, iva, qawwa militari numeruża.+ 16 U int se jkollok titlaʼ kontra l-poplu tiegħi Israel, bħal sħab li jiksi l-pajjiż.+ Dan jiġri fl-aħħar parti tal-jiem, u jien inġibek kontra l-pajjiż tiegħi,+ sabiex il-ġnus ikunu jafuni meta nqaddes lili nnifsi permezz tiegħek quddiem għajnejhom, O Gog.”’+
17 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Int+ l-istess wieħed li jien tkellimt dwaru fil-jiem taʼ qabel b’id il-qaddejja tiegħi l-profeti taʼ Israel, li f’dawk il-jiem—sena wara sena—kienu qed jipprofetizzaw li kelli nġibek kontrihom?’+
18 “‘U jrid iseħħ f’dak il-jum, fil-jum meta Gog jidħol fuq l-art taʼ Israel,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘li l-korla tiegħi titlaʼ fi mnieħri.+ 19 U fil-ħeġġa tiegħi,+ fin-nar tal-qilla tiegħi, se jkolli nitkellem.+ Dakinhar żgur isseħħ theżżiża kbira fl-art taʼ Israel.+ 20 U minħabba fija l-ħut tal-baħar u l-ħlejjaq li jtiru fis-smewwiet u l-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ u l-ħlejjaq li jitkaxkru kollha li qed jitkaxkru maʼ l-art u l-bnedmin kollha li qegħdin fuq wiċċ l-art se jkollhom jirtogħdu,+ u l-muntanji jiġġarrfu+ u t-toroq weqfin ikollhom jaqgħu, u kull ħajt jaqaʼ maʼ l-art.’
21 “‘U se nsejjaħ sejf kontrih mar-reġjun muntanjuż kollu tiegħi,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+ ‘Is-sejf taʼ kull wieħed se jkun kontra ħuh stess.+ 22 U se nġib lili nnifsi f’ġudizzju+ miegħu, b’pesta+ u b’demm;+ u xita li tgħarraq u biċċiet tas-silġ,+ nar+ u kubrit se nniżżel fuqu u fuq il-qtajjaʼ tiegħu u fuq il-ħafna popli li se jkunu miegħu.+ 23 U ċertament li se nuri l-kobor tiegħi u nqaddes lili nnifsi+ u ngħarraf min jien quddiem għajnejn ħafna ġnus; u se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova.’+
39 “U min-naħa tiegħek, O bin il-bniedem, ipprofetizza kontra Gog,+ u għid, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Ara, jien kontrik, O Gog, il-kap ewlieni l-kbir taʼ Mesek+ u Tubal.+ 2 U se ndawrek u mmexxik+ u ntellgħek mill-iktar partijiet imbegħdin tat-tramuntana+ u nġibek kontra l-muntanji taʼ Israel. 3 U ntajjarlek il-qaws tiegħek minn idek ix-xellugija, u l-vleġeġ tiegħek inwaqqagħhomlok minn idek il-leminija. 4 Fuq il-muntanji taʼ Israel taqaʼ,+ int u l-qtajjaʼ kollha tiegħek u l-popli li se jkunu miegħek. Se nagħtik bħala ikel lill-għasafar tal-priża, l-għasafar b’kull xorta taʼ ġwienaħ, u l-bhejjem salvaġġi tar-rabaʼ.”’+
5 “‘Fuq wiċċ ir-rabaʼ taqaʼ,+ għax jien tkellimt,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
6 “‘U nibgħat nar fuq Magog+ u fuq dawk li jgħammru fil-gżejjer fis-sigurtà;+ u n-nies se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova. 7 U ngħarraf l-isem qaddis tiegħi f’nofs il-poplu tiegħi Israel, u ma nħallix lill-isem qaddis tiegħi jitkasbar iktar;+ u l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova,+ il-Qaddis f’Israel.’+
8 “‘Ara! Dan jiġi u jseħħ,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. ‘Dan hu l-jum li tkellimt dwaru.+ 9 U dawk li jgħammru fil-bliet taʼ Israel se joħorġu u jaħarqu u jqabbdu n-nirien bl-armi u bit-tarki ż-żgħar u t-tarki l-kbar,—bil-qwas u bil-vleġeġ u bil-vireg u bil-lanez; u jdumu jqabbdu n-nirien+ bihom sebaʼ snin. 10 U ma jġorrux zkuk mill-għalqa, u lanqas ħatab għan-nar mill-foresti, għax bl-armi jqabbdu n-nirien.’
“‘U jieħdu bħala priża lil dawk li kienu ħadu lilhom bħala priża,+ u jisirqu lil dawk li kienu serquhom,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
11 “‘U jrid iseħħ dakinhar li nagħti lil Gog+ post hemmhekk, post taʼ dfin f’Israel, il-wied taʼ dawk li jkunu għaddejjin, lejn il-lvant tal-baħar, u se jimblokka lil dawk li jkunu għaddejjin minn hemmhekk. U hemmhekk se jkollhom jidfnu lil Gog u l-kotra kollha tiegħu, u jsejħulu l-Wied tal-Kotra taʼ Gog.*+ 12 U dawk taʼ dar Israel ikollhom jidfnuhom sabiex inaddfu l-art, u jdumu sebaʼ xhur.+ 13 U n-nies kollha tal-pajjiż se jkollhom jidfnu, u jsiru magħrufin minħabba dan dakinhar li nigglorifika lili nnifsi,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
14 “‘U se jintgħażlu xi rġiel li xogħolhom ikun li jduru mal-pajjiż kontinwament u, flimkien m’oħrajn li jduru mal-pajjiż, jidfnu lil dawk li jifdal fuq wiċċ l-art, sabiex inaddfuh. Jibqgħu jfittxu sakemm jintemmu s-sebaʼ xhur. 15 U jridu jduru mal-pajjiż, u jekk wieħed jara għadma taʼ bniedem iwaqqaf sinjal ħdejha, sakemm dawk li jidfnu jkunu difnuha fil-Wied tal-Kotra taʼ Gog.+ 16 U anki l-isem tal-belt ikun Ħamona.* U se jkollhom inaddfu l-pajjiż.’+
17 “U lilek, O bin il-bniedem, hekk qallek il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Għid lill-għasafar b’kull xorta taʼ ġwienaħ u lill-bhejjem salvaġġi kollha tar-rabaʼ:+ “Inġabru flimkien u ejjew. Inġemgħu flimkien dawramejt mas-sagrifiċċju tiegħi, li qed nissagrifika għalikom, sagrifiċċju kbir fuq il-muntanji taʼ Israel.+ U intom se tieklu l-laħam u tixorbu d-demm.+ 18 Tieklu l-laħam tas-setgħanin,+ u tixorbu d-demm tal-kapijiet ewlenin taʼ l-art, imtaten, ħrief,+ u bdabad, barrin żgħar,+ ilkoll annimali msemmnin tal-Basan.+ 19 U intom żgur li tieklu xaħam sa ma tixbgħu+ u tixorbu demm sakemm tiskru, mis-sagrifiċċju li se nissagrifika għalikom.”’
20 “‘U intom tixbgħu fuq il-mejda tiegħi biż-żwiemel u s-sewwieqa tal-karrijiet, nies setgħanin u kull xorta taʼ gwerriera,’ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.+
21 “‘U jien se nuri l-glorja tiegħi fost il-ġnus; u l-ġnus kollha se jkollhom jaraw it-twettiq tal-ġudizzju tiegħi+ u l-qawwa taʼ idi kontrihom.+ 22 U minn dakinhar ’il quddiem, dawk taʼ dar Israel se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom.+ 23 U l-ġnus se jkollhom ikunu jafu li kien minħabba l-iżball tagħhom li huma, dar Israel, marru fl-eżilju,+ minħabba l-fatt li huma aġixxew b’nuqqas taʼ fedeltà miegħi, u għalhekk jien ħbejt wiċċi minnhom+ u tajthom f’idejn l-avversarji tagħhom, u waqgħu bis-sejf, ilkoll kemm huma.+ 24 Għamiltilhom skond in-nuqqas taʼ ndafa tagħhom u skond il-ksur tal-liġi tagħhom,+ u bqajt naħbi wiċċi minnhom.’
25 “Għaldaqstant, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Issa hu ż-żmien li nġib lura lill-imjassrin taʼ Ġakobb+ u li jkolli ħniena minn dar Israel kollha;+ u se nuri devozzjoni esklużiva lejn l-isem qaddis tiegħi.+ 26 U huma jkunu ġarrew l-umiljazzjoni tagħhom+ u n-nuqqas taʼ fedeltà kollu li wrewni,+ meta jkunu qed jgħammru f’arthom fis-sigurtà,+ u ma jkunx hemm min ibeżżagħhom.+ 27 Meta nġibhom lura mill-popli u niġborhom flimkien mill-pajjiżi taʼ l-għedewwa tagħhom,+ jien ukoll inqaddes lili nnifsi fosthom quddiem għajnejn ħafna ġnus.’+
28 “‘U huma se jkollhom ikunu jafu li jien Ġeħova Alla tagħhom, meta nibgħathom fl-eżilju lejn il-ġnus u nġibhom lura flimkien f’arthom,+ u ma nħalli ’l ħadd minnhom jibqaʼ iktar hemmhekk.+ 29 U jien ma naħbix iktar wiċċi minnhom,+ għax inferraʼ l-ispirtu tiegħi fuq dar Israel,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
40 Fis-sena ħamsa u għoxrin taʼ l-eżilju tagħna,+ fil-bidu tas-sena, fl-għaxar jum tax-xahar, fis-sena erbatax wara li l-belt kienet waqgħet,+ f’dik il-ġurnata stess id Ġeħova ġiet fuqi,+ biex hekk hu ħadni f’dak il-post.+ 2 Fil-viżjonijiet t’Alla ħadni fl-art taʼ Israel u niżżilni fuq muntanja għolja ħafna,+ li fuqha kien hemm bħal struttura taʼ belt lejn in-nofsinhar.+
3 U ħadni hemmhekk fejn kien hemm raġel li kien jidher qisu tar-ram aħmar,+ u kellu ħabel tal-kittien f’idu, u qasba tal-kejl,+ u kien wieqaf fil-bieb. 4 U r-raġel beda jkellimni u jgħidli: “Bin il-bniedem,+ ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk, u kun moħħok f’kulma se nurik, għax biex nurik int inġibt hawnhekk. Għid lil dar Israel b’kulma qed tara.”+
5 U kien hemm ħajt fuq barra tad-dar, dawramejt magħha. U f’id ir-raġel kien hemm qasba tal-kejl twila sitt kubiti, li kull kubitu huwa kubitu u wisaʼ taʼ id.* U beda jkejjel il-ħxuna tal-ħajt, qasba waħda; u l-għoli, qasba waħda.
6 Imbagħad wasal ħdejn il-bieb, li n-naħa taʼ quddiem tiegħu tħares lejn il-lvant,+ u telaʼ mit-taraġ. U beda jkejjel l-għatba tal-bieb,+ wiesgħa qasba, u l-għatba l-oħra, wiesgħa qasba. 7 U l-kamra taʼ l-għassa kienet twila qasba u wiesgħa qasba, u bejn il-kmamar taʼ l-għassa+ kien hemm ħames kubiti; u l-għatba tal-bieb ħdejn il-loġġa tal-bieb lejn in-naħa taʼ ġewwa kienet qasba.
8 U beda jkejjel il-loġġa tal-bieb lejn in-naħa taʼ ġewwa, u l-qjies tagħha kien qasba.+ 9 U kejjel il-loġġa tal-bieb, tmien kubiti; u l-pilastri tagħha tal-ġenb, żewġ kubiti; u l-loġġa tal-bieb kienet lejn in-naħa taʼ ġewwa.
10 U l-kmamar taʼ l-għassa tal-bieb li jħares lejn il-lvant kienu tlieta fuq naħa u tlieta fuq in-naħa l-oħra. It-tlieta li huma kienu ndaqs, u l-pilastri tal-ġenb kienu ndaqs, fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra.
11 Imbagħad kejjel il-wisaʼ tad-daħla tal-bieb, għaxar kubiti; il-wisaʼ tal-bieb kienet tlettax-il kubitu.
12 U l-ispazju magħluq b’ċint quddiem il-kmamar taʼ l-għassa kien kubitu, u kien hemm spazju magħluq b’ċint taʼ kubitu fuq iż-żewġ naħat. U l-kamra taʼ l-għassa kienet sitt kubiti fuq naħa u sitt kubiti fuq in-naħa l-oħra.
13 U mar ikejjel il-bieb mis-saqaf taʼ kamra taʼ l-għassa waħda sas-saqaf taʼ l-oħra, wisaʼ taʼ ħamsa u għoxrin kubitu;+ id-daħla taʼ waħda kienet faċċata tad-daħla taʼ l-oħra. 14 Imbagħad stabbilixxa li l-pilastri tal-ġenb kienu sittin kubitu, kif ukoll il-pilastri tal-ġenb fil-bibien dawramejt mal-bitħa. 15 U min-naħa taʼ quddiem tal-bieb san-naħa taʼ quddiem tal-loġġa tad-daħla taʼ ġewwa kien hemm ħamsin kubitu.
16 U l-kmamar taʼ l-għassa u l-pilastri tagħhom tal-ġenb kellhom twieqi b’fetħa li tidjieq+ u li jħarsu lejn in-naħa taʼ ġewwa tal-bieb mad-dawra kollha, u hekk ukoll kellhom il-loġoġ. U t-twieqi kienu mad-dawra kollha jħarsu ’l ġewwa, u mal-pilastri tal-ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-palm.+
17 U ħadni lejn il-bitħa taʼ barra fejn kien hemm il-kmamar taʼ l-ikel,+ u mad-dawra kollha tal-bitħa kien hemm paviment. Kien hemm tletin kamra taʼ l-ikel fuq il-paviment.+ 18 U l-paviment—il-paviment taʼ taħt—maġenb il-bibien kien twil eżatt daqs il-bibien.
19 U hu kejjel il-wisaʼ minn quddiem il-bieb taʼ taħt san-naħa taʼ quddiem tal-bitħa taʼ ġewwa. Barra kien mitt kubitu, u l-wisaʼ mill-bieb tal-lvant u mill-bieb tat-tramuntana kienet l-istess.
20 U l-bitħa taʼ barra kellha bieb li n-naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn it-tramuntana. U hu kejjillu t-tul u l-wisaʼ tiegħu. 21 U kellu tliet kmamar taʼ l-għassa fuq naħa u tlieta fuq in-naħa l-oħra. U l-qisien tal-pilastri tal-ġenb u l-loġġa tiegħu kienu daqs taʼ l-ewwel bieb. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 22 U t-twieqi u l-loġġa u t-tinqix taʼ siġar tal-palm+ tiegħu kienu daqs dawk tal-bieb li n-naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn il-lvant. U n-nies setgħu jitilgħu għalih b’sebaʼ tarġiet, u l-loġġa tiegħu kienet quddiem it-taraġ.
23 U l-bieb tal-bitħa taʼ ġewwa kien faċċata tal-bieb lejn it-tramuntana; hekk ukoll kien fil-każ taʼ dak li kien iħares lejn il-lvant. U minn bieb sa bieb kejjel mitt kubitu.
24 U ħadni lejn in-nofsinhar fejn kien hemm bieb iħares lejn in-nofsinhar,+ u kejjel il-pilastri tal-ġenb u l-loġġa tiegħu u l-qisien tagħhom kienu daqs tal-bibien l-oħrajn. 25 U l-bieb u l-loġġa tiegħu kellhom it-twieqi mad-dawra kollha, bħat-twieqi l-oħrajn. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 26 U kien hemm sebaʼ tarġiet biex titlaʼ għalih,+ u l-loġġa tiegħu kienet quddiem it-taraġ. U kien hemm tinqix taʼ siġar tal-palm, fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra mal-pilastri tal-ġenb.
27 U l-bitħa taʼ ġewwa kellha bieb iħares lejn in-nofsinhar. U mill-bieb sal-bieb l-ieħor lejn in-nofsinhar hu kejjel mitt kubitu. 28 U ħadni fil-bitħa taʼ ġewwa mill-bieb tan-nofsinhar. U kejjel il-bieb tan-nofsinhar u l-qisien tiegħu kienu daqs taʼ l-oħrajn. 29 U l-qisien tal-kmamar taʼ l-għassa u l-pilastri tal-ġenb u l-loġġa tiegħu kienu daqs tal-bibien l-oħrajn. U l-bieb u l-loġġa tiegħu kellhom it-twieqi mad-dawra kollha. Kien twil ħamsin kubitu, u wiesaʼ ħamsa u għoxrin kubitu.+ 30 U kien hemm loġoġ dawramejt; it-tul kien ħamsa u għoxrin kubitu, u l-wisaʼ ħames kubiti. 31 U l-loġġa tiegħu kienet tħares lejn il-bitħa taʼ barra, u mal-pilastri tal-ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-palm,+ u kien hemm tmien tarġiet+ biex titlaʼ għalih.
32 U ħadni fil-bitħa taʼ ġewwa min-naħa tal-lvant, u kejjel il-bieb u kien daqs l-oħrajn. 33 U l-qisien tal-kmamar taʼ l-għassa u l-pilastri tal-ġenb u l-loġġa tiegħu kienu daqs taʼ l-oħrajn, u l-bieb u l-loġġa tiegħu kellhom it-twieqi mad-dawra kollha. It-tul kien ħamsin kubitu, u l-wisaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 34 U l-loġġa tiegħu kienet tħares lejn il-bitħa taʼ barra, u mal-pilastri tal-ġenb kien hemm tinqix taʼ siġar tal-palm fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra. U kien hemm tmien tarġiet biex titlaʼ għalih.
35 U ħadni fil-bieb tat-tramuntana,+ u beda jkejjel, u kien daqs l-oħrajn,+ 36 bil-kmamar taʼ l-għassa tiegħu, il-pilastri tiegħu tal-ġenb u l-loġġa tiegħu. U kellu t-twieqi mad-dawra kollha. It-tul kien ħamsin kubitu, u l-wisaʼ ħamsa u għoxrin kubitu. 37 U l-pilastri tiegħu tal-ġenb kienu jħarsu lejn il-bitħa taʼ barra, u kien hemm tinqix taʼ siġar tal-palm mal-pilastri tiegħu tal-ġenb fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra.+ U kien hemm tmien tarġiet biex titlaʼ għalih.
38 U ħdejn il-pilastri tal-ġenb tal-bibien kien hemm kamra taʼ l-ikel bid-daħla tagħha. Hemmhekk kienu jlaħalħu l-offerta sħiħa tal-ħruq.+
39 U fil-loġġa tal-bieb kien hemm żewġ imwejjed fuq naħa u żewġ imwejjed fuq in-naħa l-oħra, biex fuqhom joqtlu l-offerta sħiħa tal-ħruq+ u l-offerta għad-dnub+ u l-offerta għall-ħtija.+ 40 Fuq barra, int u tielaʼ lejn id-daħla tal-bieb tat-tramuntana, kien hemm żewġ imwejjed. U fuq in-naħa l-oħra tal-loġġa tal-bieb kien hemm żewġ imwejjed. 41 Kien hemm erbaʼ mwejjed lil hawn u erbaʼ mwejjed lil hemm ħdejn il-bieb—tmien imwejjed, li fuqhom kienet issir il-qatla. 42 U l-erbaʼ mwejjed għall-offerta sħiħa tal-ħruq kienu tal-ġebel minġur. It-tul kien kubitu u nofs, u l-wisaʼ kubitu u nofs, u l-għoli kubitu. Fuqhom kienu jqiegħdu wkoll l-għodod li bihom kienu joqtlu l-offerta sħiħa tal-ħruq u s-sagrifiċċju. 43 U l-ixkafef biex iħallu l-affarijiet fuqhom kienu wisaʼ taʼ id, imwaħħlin sew fuq ġewwa, dawramejt; u fuq l-imwejjed kienu jqiegħdu l-laħam taʼ l-offerta li ssir bħala għotja.+
44 U fuq in-naħa taʼ barra tal-bieb taʼ ġewwa kien hemm il-kmamar taʼ l-ikel taʼ l-għannejja,+ fil-bitħa taʼ ġewwa, maġenb il-bieb tat-tramuntana. U n-naħa taʼ quddiem tagħhom kienet tħares lejn in-nofsinhar. Kien hemm ukoll kamra taʼ l-ikel maġenb il-bieb tal-lvant li n-naħa taʼ quddiem tagħha kienet tħares lejn it-tramuntana.
45 U kellimni u qalli: “Din, il-kamra taʼ l-ikel li n-naħa taʼ quddiem tagħha tħares lejn in-nofsinhar, hi għall-qassisin li jieħdu ħsieb l-obbligu tad-dar.+ 46 U l-kamra taʼ l-ikel li n-naħa taʼ quddiem tagħha tħares lejn it-tramuntana hi għall-qassisin li jieħdu ħsieb l-obbligu taʼ l-artal.+ Dawn huma wlied Sadok,+ minn ulied Levi, li jersqu lejn Ġeħova biex jaqduh.”+
47 U kejjel il-bitħa taʼ ġewwa. It-tul kien mitt kubitu, u l-wisaʼ mitt kubitu, u b’hekk kienet kwadra. U l-artal kien quddiem id-dar.
48 U ħadni fil-loġġa tad-dar,+ u beda jkejjel il-pilastru tal-ġenb tal-loġġa, ħames kubiti fuq naħa u ħames kubiti fuq in-naħa l-oħra. U l-wisaʼ tal-bieb kienet tliet kubiti fuq naħa u tliet kubiti fuq in-naħa l-oħra.
49 Il-loġġa kienet twila għoxrin kubitu, u wiesgħa ħdax-il kubitu. U kienu jitilgħu għaliha bit-taraġ. U kien hemm il-kolonni ħdejn il-pilastri tal-ġenb, waħda naħa u waħda n-naħa l-oħra.+
41 U daħħalni fit-tempju, u kejjel il-pilastri tal-ġenb, sitt kubiti l-wisaʼ din in-naħa u sitt kubiti l-wisaʼ n-naħa l-oħra, il-wisaʼ tal-pilastru tal-ġenb. 2 U l-wisaʼ tad-daħla kienet għaxar kubiti, u l-ġnub tad-daħla kienu ħames kubiti fuq naħa u ħames kubiti n-naħa l-oħra. U kejjillu t-tul, erbgħin kubitu; u l-wisaʼ, għoxrin kubitu.
3 U daħal ġewwa u kejjel il-pilastru tal-ġenb fid-daħla, żewġ kubiti; u d-daħla, sitt kubiti; u l-wisaʼ tad-daħla kienet sebaʼ kubiti. 4 U kejjel it-tul, għoxrin kubitu; u l-wisaʼ, għoxrin kubitu,+ quddiem it-tempju. Imbagħad qalli: “Dan hu l-Iktar Qaddis.”+
5 U kejjel il-ħajt tad-dar, sitt kubiti. U l-wisaʼ tal-kamra tal-ġenb kienet erbaʼ kubiti, mad-dawra kollha; hekk kienet mad-dawra kollha tad-dar.+ 6 U l-kmamar tal-ġenb kienu kamra tal-ġenb fuq kamra tal-ġenb, tliet sulari, għal tletin darba; u l-kmamar tal-ġenb li kien hemm mad-dawra kollha kienu mdaħħlin fil-ħajt tad-dar sabiex ikollhom l-appoġġ, imma ma kinux jinfdu l-ħajt tad-dar.+ 7 U l-kmamar tal-ġenb kienu jitwessgħu maʼ kull sular, u l-garigor li kien jagħti għal fuq kien f’naħat differenti tad-dar.+ Għalhekk, il-wisaʼ tal-kmamar madwar id-dar kienet tiżdied iktar ma titlaʼ ’l fuq, u mis-sular taʼ taħt wieħed setaʼ jitlaʼ għas-sular taʼ fuqnett,+ mis-sular tan-nofs.
8 U rajt li d-dar kellha pjattaforma għolja dawramejt. U l-pedamenti tal-kmamar tal-ġenb kienu għoljin qasba sħiħa taʼ sitt kubiti safejn kienu jingħaqdu.+ 9 Il-wisaʼ mill-ħajt tal-kamra tal-ġenb sa barra kienet ħames kubiti. U kien hemm spazju li tħalla miftuħ ħdejn il-bini tal-kmamar tal-ġenb tad-dar.
10 U bejn il-kmamar taʼ l-ikel+ u d-dawra tad-dar, il-wisaʼ kienet għoxrin kubitu dawramejt. 11 U d-daħla għall-kamra tal-ġenb kienet tħares lejn l-ispazju li tħalla miftuħ, daħla waħda lejn it-tramuntana u daħla lejn in-nofsinhar; u l-wisaʼ taʼ l-ispazju li tħalla miftuħ kienet ħames kubiti, dawramejt.
12 U l-bini li kien hemm quddiem il-wesgħa separata, li n-naħa tiegħu kienet lejn il-punent, kien wiesaʼ sebgħin kubitu. U l-ħajt tal-bini kien wiesaʼ ħames kubiti, u kien mad-dawra kollha; u kien twil disgħin kubitu.
13 U kejjel id-dar, u kienet twila mitt kubitu; u l-wesgħa separata u l-bini u l-ħitan tiegħu kienu twal mitt kubitu. 14 U l-wisaʼ tal-faċċata tad-dar u tal-wesgħa separata fuq in-naħa tal-lvant kienet mitt kubitu.
15 U kejjel it-tul tal-bini quddiem in-naħa taʼ wara tal-wesgħa separata u l-kurituri tiegħu fuq naħa u fuq in-naħa l-oħra, mitt kubitu.
Hekk ukoll kienu t-tempju u l-post taʼ ġewwa+ u l-loġoġ tal-bitħa; 16 l-għetiebi, u t-twieqi b’fetħa li tidjieq,+ u l-kurituri kienu madwarhom it-tlieta. Quddiem l-għatba kien hemm kisi taʼ l-injam dawramejt,+ mill-art sat-twieqi; u t-twieqi kienu miksijin. 17 Il-parti taʼ fuq id-daħla, id-dar taʼ ġewwa u fuq barra tagħha, u l-ħajt kollu madwar id-dar taʼ ġewwa u fuq barra tagħha, kollha kellhom qisien speċifikati. 18 U kien hemm kerubini+ u siġar tal-palm minquxin,+ b’tinqix taʼ siġra tal-palm bejn kerubin u ieħor, u l-kerubin kellu żewġ uċuħ.+ 19 U l-wiċċ taʼ bniedem kien iħares lejn it-tinqix taʼ siġra tal-palm fuq naħa waħda u l-wiċċ taʼ ljun b’saħħtu kien iħares lejn it-tinqix taʼ siġra tal-palm fuq in-naħa l-oħra,+ u dawn kienu minquxin madwar id-dar kollha. 20 Mill-art sa fuq id-daħla kien hemm kerubini u siġar tal-palm minquxin fuq il-ħajt tat-tempju.
21 U l-koxxa tal-bieb tat-tempju kienet kwadra;+ u quddiem il-post qaddis kien hemm xi ħaġa li kienet tidher hekk: 22 l-artal taʼ l-injam kien għoli tliet kubiti, u kien twil żewġ kubiti, u kellu pilastri fil-kantunieri.+ U t-tul u l-ħitan tiegħu kienu taʼ l-injam. U kellimni u qalli: “Din hi l-mejda li tinsab quddiem Ġeħova.”+
23 U t-tempju u l-post qaddis kellhom żewġ bibien+ kull wieħed. 24 U kull bieb kellu żewġ bibien jintlewew fi tnejn. Bieb wieħed kellu żewġ bibien, u l-ieħor kellu żewġ bibien ukoll. 25 U fuqhom, fuq il-bibien tat-tempju, kien hemm kerubini u tinqix taʼ siġar tal-palm,+ bħal dawk taʼ fuq il-ħajt, u kien hemm ħierġa ’l barra tisqifa taʼ l-injam ’il fuq min-naħa taʼ quddiem tal-loġġa. 26 U kien hemm twieqi b’fetħa li tidjieq+ u tinqix taʼ siġar tal-palm lil hawn u lil hemm tul il-ġnub tal-loġġa u l-kmamar fil-ġenb tad-dar u t-tisqif taʼ l-injam.
42 U ħariġni+ lejn il-bitħa taʼ barra min-naħa tat-tramuntana.+ U ħadni fil-binja tal-kmamar taʼ l-ikel+ li kienet quddiem il-wesgħa separata+ u quddiem il-bini lejn it-tramuntana. 2 Mal-faċċata li kienet twila mitt kubitu kien hemm id-daħla tat-tramuntana, u l-wisaʼ kienet ħamsin kubitu. 3 Quddiem il-wesgħa t’għoxrin kubitu tal-bitħa taʼ ġewwa+ u quddiem il-paviment+ tal-bitħa taʼ barra kien hemm kuritur+ faċċata taʼ kuritur fi tliet sulari. 4 U quddiem il-kmamar taʼ l-ikel kien hemm passaġġ wiesaʼ għaxar kubiti għal ġewwa,+ mogħdija taʼ kubitu, u d-daħliet tagħhom kienu lejn it-tramuntana. 5 U, inkwantu għall-bini, il-kmamar taʼ l-ikel taʼ fuqnett kienu idjaq, għax il-kurituri kienu jieħdu minnhom, iktar minn dawk taʼ taħtnett u minn tan-nofs. 6 Għax kienu fi tliet sulari,+ u ma kellhomx kolonni bħall-kolonni tal-btieħi. Kien għalhekk li ttieħed iktar spazju taʼ l-art mis-sular taʼ fuq milli minn dak taʼ taħtnett u tan-nofs.
7 U l-ħajt tal-ġebel li kien fuq barra kien ħdejn il-kmamar taʼ l-ikel mal-bitħa taʼ barra u quddiem il-kmamar taʼ l-ikel l-oħrajn. It-tul tiegħu kien ħamsin kubitu. 8 Għax it-tul tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu mal-bitħa taʼ barra kien ħamsin kubitu, u quddiem it-tempju kien mitt kubitu. 9 U fl-ewwel sular tal-binja tal-kmamar taʼ l-ikel kien hemm daħla lejn il-lvant, li wieħed setaʼ jidħol għalihom mill-bitħa taʼ barra.
10 Fil-wisaʼ tal-ħajt tal-ġebel tal-bitħa li kien lejn il-lvant, quddiem il-wesgħa separata+ u quddiem il-bini, kien hemm il-kmamar taʼ l-ikel.+ 11 U kien hemm mogħdija quddiemhom li kienet bħal tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu lejn it-tramuntana,+ u t-tul u l-wisaʼ tagħhom kienu l-istess; u l-postijiet kollha tal-ħruġ kienu l-istess, u l-pjanti tagħhom kienu l-istess u d-daħliet tagħhom kienu l-istess. 12 U bħad-daħliet tal-kmamar taʼ l-ikel li kienu lejn in-nofsinhar hekk kienet id-daħla f’ras il-mogħdija, il-mogħdija quddiem il-ħajt tal-ġebel taʼ pariġġ u li kien lejn il-lvant, meta wieħed jidħol għalihom.+
13 U qalli: “Il-kmamar taʼ l-ikel tat-tramuntana u l-kmamar taʼ l-ikel tan-nofsinhar li huma quddiem il-wesgħa separata,+ dawn huma l-kmamar taʼ l-ikel qaddisin, fejn il-qassisin li jersqu lejn+ Ġeħova jieklu l-affarijiet l-iktar imqaddsin.+ Hemmhekk iqiegħdu l-affarijiet l-iktar imqaddsin u l-offerta tal-qmuħ u l-offerta għad-dnub u l-offerta għall-ħtija, għax il-post hu qaddis.+ 14 Meta dawn, il-qassisin, ikunu daħlu, ma jerġgħux joħorġu mill-post qaddis għall-bitħa taʼ barra mingħajr ma jħallu hemmhekk l-ilbiesi li s-soltu jaqdu bihom,+ għax dawn huma xi ħaġa qaddisa. Huma jilbsu lbiesi oħrajn,+ u mbagħad jersqu lejn dak li għandu x’jaqsam man-nies.”
15 U spiċċa jkejjel id-dar taʼ ġewwa, u ħariġni barra billi għaddieni mill-bieb li jħares lejn il-lvant,+ u ħa xi qisien madwar il-post.
16 Kejjel in-naħa tal-lvant bil-qasba tal-kejl. Kienet ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl,+ id-dawra kollha.
17 Kejjel in-naħa tat-tramuntana, ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl, id-dawra kollha.
18 In-naħa tan-nofsinhar kejjilha wkoll, ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl.
19 U dar lejn in-naħa tal-punent u kejjel ħames mitt qasba, skond il-qasba tal-kejl.
20 Kejjel l-erbaʼ naħat. Kien hemm ħajt dawramejt,+ b’tul taʼ ħames mitt qasba u wisaʼ taʼ ħames mitt qasba,+ biex jifred dak li hu qaddis minn dak li hu profan.+
43 Imbagħad ħadni ħdejn il-bieb, il-bieb li jħares lejn il-lvant.+ 2 U l-glorja+ t’Alla taʼ Israel kienet ġejja mid-direzzjoni tal-lvant,+ u leħnu kien bħal-leħen taʼ ilmijiet kbar;+ u l-art infisha bdiet tiddi minħabba l-glorja tiegħu.+ 3 U d-dehra kienet bħall-viżjoni li kont rajt,+ bħall-viżjoni li rajt meta kelli nagħmel lill-belt ħerba;+ u rajt affarijiet bħal dawk tad-dehra li rajt ħdejn ix-xmara Kebar,+ u nxtħett wiċċi fl-art.
4 U l-glorja+ taʼ Ġeħova daħlet fid-Dar mill-bieb li n-naħa taʼ quddiem tiegħu kienet tħares lejn il-lvant.+ 5 U spirtu qajjimni+ u daħħalni fil-bitħa taʼ ġewwa, u, ara, id-Dar kienet imtliet bil-glorja taʼ Ġeħova.+ 6 U bdejt nismaʼ lil xi ħadd ikellimni minn ġewwa d-Dar,+ u r-raġel kien wieqaf ħdejja.+ 7 U Hu qalli:
“Bin il-bniedem, dan hu l-post tat-tron tiegħi+ u l-post taʼ qiegħ saqajja,+ fejn se ngħammar f’nofs ulied Israel għal żmien indefinit;+ u huma, dar Israel, ma jibqgħux ikasbru lil ismi l-qaddis,+ huma u s-slaten tagħhom,+ biż-żína tagħhom u bl-idoli li huma qdew bħala slaten,*+ 8 billi jagħmlu l-għatba tagħhom maʼ l-għatba tiegħi u l-koxxa tal-bieb tagħhom ħdejn il-koxxa tal-bieb tiegħi, bil-ħajt biss bejni u bejnhom.+ U kasbru lil ismi l-qaddis bl-affarijiet mistkerrhin li għamlu,+ u għalhekk qridthom għalkollox fir-rabja tiegħi.+ 9 Issa, ħalli jwarrbu ż-żína tagħhom+ u l-katavri tas-slaten tagħhom ’il bogħod minni,+ u jien ngħammar f’nofshom għal żmien indefinit.+
10 “U int, O bin il-bniedem, għarraf lil dar Israel dwar id-Dar,+ sabiex iħossuhom umiljati minħabba l-iżbalji tagħhom,+ u huma għandhom iqisu t-tifsila tagħha. 11 U jekk iħossuhom umiljati minħabba dak kollu li għamlu, għarrafhom il-pjanta taʼ l-art tad-Dar,+ u l-arranġament tagħha u l-postijiet tal-ħruġ u d-dħul tagħha, u l-pjanti kollha tagħha u d-dettalji kollha tagħha, u l-pjanti kollha tagħha u l-liġijiet kollha tagħha u iktibhom quddiem għajnejhom, sabiex ikunu jistgħu josservaw il-pjanta kollha tagħha u d-dettalji kollha tagħha u jwettquhom.+ 12 Din hi l-liġi tad-Dar. Fuq il-quċċata tal-muntanja, it-territorju kollu tagħha dawramejt hu xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ Ara! Din hi l-liġi tad-Dar.
13 “U dawn huma l-qisien taʼ l-artal bil-kubiti,+ kubitu li huwa kubitu u wisaʼ taʼ id.+ Il-qiegħ tiegħu hu kubitu. U l-wisaʼ hi kubitu. U għandu xoffa max-xifer tiegħu dawramejt, għolja xiber. U din hi l-bażi taʼ l-artal. 14 U mill-qiegħ maʼ l-art sa l-ixkaffa taʼ taħt taʼ mad-dawra hemm żewġ kubiti. U mill-ixkaffa ż-żgħira taʼ mad-dawra sa l-ixkaffa l-kbira taʼ mad-dawra hemm erbaʼ kubiti, u l-wisaʼ tagħha hi kubitu. 15 U l-fuklar taʼ l-artal hu erbaʼ kubiti, u ħerġin ’il fuq minn ġol-fuklar taʼ l-artal hemm l-erbat iqrun.+ 16 U l-fuklar taʼ l-artal twil tnax-il kubitu, u wiesaʼ tnax-il kubitu,+ u huwa kwadru fuq l-erbaʼ naħat tiegħu.+ 17 U l-ixkaffa taʼ mad-dawra hi twila erbatax-il kubitu, u wiesgħa erbatax-il kubitu, fl-erbaʼ naħat tagħha; u x-xifer taʼ mad-dawra hu taʼ nofs kubitu, u l-qiegħ huwa kubitu dawramejt.
“U t-taraġ tiegħu jħares lejn il-lvant.”
18 U qalli: “Bin il-bniedem, hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Dawn huma l-istatuti taʼ l-artal mogħtijin dakinhar li ntgħamel, sabiex jiġu offruti fuqu offerti sħaħ tal-ħruq+ u biex jitraxxax fuqu d-demm.’+
19 “‘Lill-qassisin Levitiċi,+ li huma minn ulied Sadok,+ dawk li jersqu lejja,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘biex jaqduni, agħtihom barri żgħir, wild il-merħla, bħala offerta għad-dnub.+ 20 U trid tieħu ftit minn demmu u tqiegħdu fuq l-erbat iqrun tiegħu u fuq l-erbaʼ kantunieri taʼ l-ixkaffa taʼ mad-dawra u fuq ix-xifer dawramejt u tippurifikah mid-dnub+ u tagħmel tpattija għalih.+ 21 U trid tieħu l-barri żgħir, l-offerta għad-dnub, u jridu jaħarquh fil-post stabbilit tad-Dar, barra s-santwarju.+ 22 U fit-tieni jum trid tressaq bodbod, bla difett, bħala offerta għad-dnub; u jippurifikaw l-artal mid-dnub bħalma ppurifikawh mid-dnub bil-barri żgħir.’
23 “‘U meta ttemm il-purifikazzjoni mid-dnub ressaq barri żgħir bla difett, wild il-merħla, u muntun bla difett mill-merħla. 24 U trid tressaqhom quddiem Ġeħova, u l-qassisin iridu jitfgħulhom il-melħ u joffruhom+ bħala offerta sħiħa tal-ħruq lil Ġeħova. 25 Għal sebat ijiem toffri bodbod kuljum+ bħala offerta għad-dnub; u huma joffru barri żgħir, wild il-merħla, u muntun mill-merħla, li jkunu perfetti. 26 Għal sebat ijiem jagħmlu tpattija+ għall-artal, u jnaddfuh u jħejjuh. 27 U huma jtemmu l-jiem. U fit-tmien jum+ u minn dakinhar ’il quddiem il-qassisin joffru fuq l-artal l-offerti sħaħ tal-ħruq tagħkom u tas-sagrifiċċji taʼ sħubija* tagħkom; u jien nieħu pjaċir bikom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.”
44 U reġaʼ ħadni lejn il-bieb tas-santwarju, dak taʼ barra li jħares lejn il-lvant,+ u kien magħluq.+ 2 Imbagħad Ġeħova qalli: “Dan il-bieb se jibqaʼ magħluq. Ma jinfetaħx, u l-ebda bniedem ma jidħol minnu; għax Ġeħova nnifsu, l-Alla taʼ Israel,+ daħal minnu, u jrid jibqaʼ magħluq. 3 Madankollu, il-kap ewlieni+—bħala kap ewlieni, se joqgħod bil-qiegħda fil-bieb, sabiex jiekol il-ħobż quddiem Ġeħova.+ Mil-loġġa tal-bieb jidħol, u minnha joħroġ.”+
4 U mbagħad ħadni mill-bieb tat-tramuntana għal quddiem id-Dar, sabiex nara. U l-glorja taʼ Ġeħova mliet id-dar taʼ Ġeħova.+ U jien inxtħett wiċċi fl-art.+ 5 Imbagħad Ġeħova qalli: “Bin il-bniedem, kun moħħok+ hawn u ara b’għajnejk, u ismaʼ b’widnejk kulma qed ngħidlek dwar l-istatuti kollha tad-dar taʼ Ġeħova u dwar il-liġijiet kollha tagħha, u kun moħħok fid-daħla tad-Dar bil-postijiet kollha tal-ħruġ tas-santwarju. 6 U għid lil Ribelljoni,+ lil dar Israel, ‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Għamiltu biżżejjed bl-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom, O dar Israel,+ 7 meta ddaħħlu lill-barranin mhux ċirkonċiżi f’qalbhom u mhux ċirkonċiżi f’ġisimhom,+ u jiġu fis-santwarju tiegħi u jipprofanawh, iva, id-dar tiegħi; meta tippreżentaw il-ħobż tiegħi,+ xaħam+ u demm,+ waqt li l-patt tiegħi jkompli jinkiser minħabba l-affarijiet mistkerrhin kollha tagħkom.+ 8 U ma ħadtux ħsieb l-obbligu taʼ l-affarijiet imqaddsin tiegħi,+ u lanqas ma qabbadtu lil oħrajn biex jieħdu ħsieb l-obbligu tiegħi fis-santwarju tiegħi minflokkom.”’+
9 “‘Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “L-ebda barrani, mhux ċirkonċiż fil-qalb u mhux ċirkonċiż fil-ġisem, ma jistaʼ jidħol fis-santwarju tiegħi, jiġifieri, kwalunkwe barrani li hemm fost ulied Israel.”’+
10 “‘Imma l-Leviti li tbiegħdu minni+ meta Israel, li żvija minn warajja, żvija għal wara l-idoli tiegħu moqżieża daqs id-demel, huma wkoll jitgħabbew bl-iżball tagħhom.+ 11 U mbagħad fis-santwarju tiegħi jsiru ministri b’pożizzjonijiet taʼ indokrar fil-bibien tad-Dar u ministri fid-Dar.+ Huma joqtlu l-offerta sħiħa tal-ħruq u s-sagrifiċċju għan-nies,+ u jieqfu quddiemhom biex jaqduhom.+ 12 Talli baqgħu jaqduhom quddiem l-idoli tagħhom moqżieża daqs id-demel+ u saru tfixkil għal dar Israel biex tiżbalja,+ għalhekk għollejt idi kontrihom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova, ‘u jridu jitgħabbew bl-iżball tagħhom. 13 U ma jersqux lejja biex jaqduni bħala qassisin jew biex jersqu lejn l-affarijiet imqaddsin tiegħi, lejn l-iktar affarijiet imqaddsin,+ u jridu jġorru l-umiljazzjoni tagħhom u l-konsegwenzi taʼ l-affarijiet mistkerrhin li għamlu.+ 14 U jien nagħtihom l-inkarigu li jieħdu ħsieb l-obbligu tad-Dar, fejn jidħol is-servizz kollu tagħha u kulma jrid isir fiha.’+
15 “‘U l-qassisin Levitiċi,+ ulied Sadok,+ li ħadu ħsieb l-obbligu tas-santwarju tiegħi meta wlied Israel żvijaw minn warajja,+ se jersqu lejja biex jaqduni, u se jieqfu quddiemi+ biex jippreżentawli x-xaħam+ u d-demm,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 16 ‘Huma dawn li se jidħlu fis-santwarju tiegħi,+ u huma jersqu lejn il-mejda tiegħi biex jaqduni,+ u huma jieħdu ħsieb l-obbligu lejja.+
17 “‘U meta jidħlu fil-bibien tal-bitħa taʼ ġewwa, iridu jilbsu lbiesi taʼ l-għażel, u m’għandu jkollhom l-ebda lbies tas-suf fuqhom meta jaqdu fil-bibien tal-bitħa taʼ ġewwa u fuq ġewwa.+ 18 Fuq rashom ikollhom għata taʼ l-għażel,+ u fuq ġenbejhom għandu jkollhom qliezet taʼ taħt taʼ l-għażel.+ M’għandhomx jilbsu lbies li jġegħelhom jogħrqu. 19 U meta joħorġu fil-bitħa taʼ barra, iva, fil-bitħa taʼ barra lejn in-nies, iridu jinżgħu l-ilbiesi tagħhom li jkunu qed jaqdu bihom,+ u jħalluhom fil-kmamar taʼ l-ikel qaddisin+ u jilbsu lbiesi oħrajn, sabiex ma jqaddsux in-nies bl-ilbiesi tagħhom.+ 20 U m’għandhomx iqaxxru rashom,+ u xagħarhom m’għandhomx iħalluh jitwal. Iridu assolutament jaqtgħu xagħar rashom.+ 21 U ħadd mill-qassisin m’għandu jixrob inbid meta jidħol fil-bitħa taʼ ġewwa.+ 22 U m’għandhom jieħdu lill-ebda armla jew mara divorzjata bħala marthom,+ imma jistgħu jieħdu verġni minn ulied dar Israel,+ jew armla li tkun l-armla taʼ qassis.’
23 “‘U għandhom jgħallmu lill-poplu tiegħi d-differenza bejn ħaġa qaddisa u ħaġa profana; u għandhom jgħarrfuhom bid-differenza bejn dak li hu nadif u dak li mhux nadif.+ 24 U f’kawża legali huma stess iridu jieqfu sabiex jiġġudikaw;+ bid-deċiżjonijiet ġudizzjarji tiegħi jiġġudikaw.+ U għandhom iħarsu l-liġijiet u l-istatuti tiegħi dwar l-istaġuni tal-festi kollha tiegħi,+ u għandhom iqaddsu s-Sabatijiet tiegħi.+ 25 U qassis m’għandux jidħol ħdejn persuna mejta u b’hekk ma jibqax nadif, imma għal missieru jew għal ommu jew għal ibnu jew għal bintu jew għal ħuh jew għal oħtu li ma jkollhiex raġel jistaʼ ma jibqax nadif.+ 26 U wara l-purifikazzjoni tiegħu, iridu jgħoddulu sebat ijiem.+ 27 U dakinhar li jidħol fil-post qaddis, fil-bitħa taʼ ġewwa, biex jaqdi fil-post qaddis, għandu jippreżenta l-offerta tad-dnub tiegħu,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
28 “‘U dan isir tagħhom bħala wirt: Jien il-wirt tagħhom.+ U intom m’għandkom tagħtuhom xejn biex tkun il-proprjetà tagħhom f’Israel: Jien il-proprjetà tagħhom. 29 L-offerta tal-qmuħ u l-offerta għad-dnub u l-offerta għall-ħtija jikluhom huma.+ U kull ħaġa dedikata* f’Israel issir tagħhom.+ 30 U l-ewwel mill-ewwel frott misjur taʼ kull xorta u l-ewwel minn kull kontribuzzjoni taʼ kull xorta, minn dak kollu li ġġibu bħala kontribuzzjonijiet, isiru tal-qassisin;+ u l-ewwel frott tad-dqiq mhux irfinut għandkom tagħtuh lill-qassis,+ sabiex il-barka tistrieħ fuq id-dar tagħkom.+ 31 Il-qassisin m’għandhom jieklu l-ebda ġisem li jkun diġà mejjet u l-ebda ħliqa mit-tjur jew mill-bhejjem li tkun tqattgħet biċċiet.’+
45 “‘U meta tqassmu l-art bħala wirt,+ għandkom toffru kontribuzzjoni lil Ġeħova,+ sehem qaddis mill-art;+ it-tul, ħamsa u għoxrin elf kubitu, u l-wisaʼ, għaxart elef.+ Dan ikun sehem qaddis fit-trufijiet kollha tagħha* dawramejt. 2 Minn din għandu jkun hemm għall-post qaddis ħames mija b’ħames mija, kwadru dawramejt;+ u jkollu ħamsin kubitu fuq kull naħa għall-mergħa.+ 3 U minn dan il-kejl għandek tkejjel tul taʼ ħamsa u għoxrin elf u wisaʼ t’għaxart elef, u fih ikun hemm is-santwarju, xi ħaġa mill-iktar qaddisa.+ 4 Dan is-sehem qaddis mill-art ikun għall-qassisin,+ il-ministri tas-santwarju, dawk li jersqu biex jaqdu lil Ġeħova.+ U jkun għalihom post għad-djar, u post sagru għas-santwarju.
5 “‘Ikun hemm tul taʼ ħamsa u għoxrin elf u wisaʼ t’għaxart elef.+ Dan ikun tal-Leviti, il-ministri tad-Dar. Ikollhom għoxrin kamra taʼ l-ikel għalihom.+
6 “‘U tagħtu wisaʼ taʼ ħamest elef u tul taʼ ħamsa u għoxrin elf biex ikunu tal-belt, eżatt daqs il-kontribuzzjoni qaddisa.+ Dan ikun taʼ dar Israel kollha.
7 “‘U fuq naħa waħda u fuq in-naħa l-oħra tal-kontribuzzjoni qaddisa+ u l-proprjetà tal-belt, ħdejn il-kontribuzzjoni qaddisa u ħdejn il-proprjetà tal-belt, ikun hemm għall-kap ewlieni art fuq in-naħa tal-punent u art fuq in-naħa tal-lvant. U t-tul ikun eżatt daqs wieħed mill-ishma tat-tribujiet, mill-fruntiera tal-punent sal-fruntiera tal-lvant.+ 8 U l-art tkun tiegħu bħala proprjetà f’Israel. U l-kapijiet ewlenin tiegħi ma jimmaltrattawx iktar lill-poplu tiegħi,+ u l-art jagħtuha lil dar Israel skond it-tribujiet tagħhom.’+
9 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Biżżejjed, O kapijiet ewlenin taʼ Israel!’+
“‘Neħħu l-vjolenza u t-tħarbit,+ u agħmlu l-ġustizzja u s-sewwa.+ Tibqgħux tieħdu l-proprjetà tal-poplu tiegħi bil-forza,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova. 10 ‘Għandu jkollkom miżien eżatt u efa eżatta u bat eżatt.+ 11 U għall-efa u l-bat għandu jkun hemm biss ammont fiss wieħed, biex il-bat jesaʼ wieħed minn għaxra taʼ ħomer u wieħed minn għaxra taʼ ħomer jesaʼ efa;+ l-ammont meħtieġ ikun determinat skond il-ħomer. 12 U x-xekel+ hu għoxrin gera.+ U għalikom il-piż tal-mane għandu jkun għoxrin xekel, ħamsa u għoxrin xekel, ħmistax-il xekel.’
13 “‘Din hi l-kontribuzzjoni li għandkom toffru, is-sitt parti t’efa minn ħomer qamħ, u s-sitt parti t’efa minn ħomer xgħir; 14 u inkwantu għas-sehem taż-żejt, dan għandu jitkejjel bil-bat. Il-bat hu wieħed minn għaxra taʼ kor. Għaxar batiet huma ħomer; għax għaxar batiet huma ħomer. 15 U għandkom toffru nagħġa mill-merħla, jiġifieri, nagħġa minn kull mitejn waħda minn fost il-bhejjem taʼ Israel.+ Dawn l-offerti jkunu għall-offerta tal-qmuħ+ u għall-offerta sħiħa tal-ħruq+ u għas-sagrifiċċji taʼ sħubija,+ sabiex tagħmlu tpattija għalihom,’+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
16 “‘U n-nies kollha tal-pajjiż ikunu responsabbli li jagħtu din il-kontribuzzjoni+ lill-kap ewlieni f’Israel.+ 17 U r-responsabbiltà taʼ l-offerti sħaħ tal-ħruq+ u l-offerta tal-qmuħ+ u l-offerta tax-xorb+ matul il-festi+ u matul kull qamar ġdid+ u matul is-Sabatijiet,+ matul l-istaġuni tal-festi kollha taʼ dar Israel,+ taqaʼ fuq il-kap ewlieni.+ Hu jkun il-wieħed li jipprovdi l-offerta għad-dnub u l-offerta tal-qmuħ u l-offerta sħiħa tal-ħruq u s-sagrifiċċji taʼ sħubija, sabiex issir tpattija għan-nom taʼ dar Israel.’
18 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Fl-ewwel xahar, fl-ewwel jum tax-xahar, għandek tieħu barri żgħir bla difett,+ wild il-merħla, u trid tippurifika s-santwarju mid-dnub.+ 19 U l-qassis għandu jieħu ftit mid-demm taʼ l-offerta għad-dnub u jqiegħdu mal-koxxa tal-bieb+ tad-Dar u maʼ l-erbaʼ kantunieri taʼ l-ixkaffa taʼ mad-dawra taʼ l-artal+ u mal-koxxa tal-bieb tal-bitħa taʼ ġewwa. 20 U hekk ukoll tagħmel fis-sebaʼ jum tax-xahar minħabba kulmin jidneb bi żball+ u minħabba kulmin hu bla esperjenza; u tridu tagħmlu tpattija għad-Dar.+
21 “‘Fl-ewwel xahar, fl-erbatax-il jum tax-xahar, għandu jkollkom il-Qbiż.+ Imbagħad bħala festa għal sebat ijiem għandu jittiekel ħobż bla ħmira.+ 22 U dakinhar, għan-nom tiegħu u għan-nom tan-nies kollha tal-pajjiż, il-kap ewlieni għandu jipprovdi barri żgħir bħala offerta għad-dnub.+ 23 U għas-sebat ijiem tal-festa+ għandu jipprovdi bħala offerta sħiħa tal-ħruq lil Ġeħova sebaʼ barrin żgħar u sebaʼ mtaten, bla difett, kuljum għas-sebat ijiem,+ u bħala offerta għad-dnub bodbod kuljum.+ 24 U bħala offerta tal-qmuħ għandu jipprovdi efa għall-barri żgħir u efa għall-muntun, u ħinn żejt għal kull efa.+
25 “‘Fis-sebaʼ xahar, fil-ħmistax-il jum tax-xahar, matul il-festa,+ għandu jipprovdi l-istess affarijiet għal sebat ijiem,+ l-istess offerta għad-dnub, l-istess offerta sħiħa tal-ħruq, u l-istess offerta tal-qmuħ u l-istess żejt.’”
46 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Il-bieb tal-bitħa taʼ ġewwa li jħares lejn il-lvant+ għandu jibqaʼ magħluq+ għas-sitt ġranet tax-xogħol,+ u f’jum is-Sabat jinfetaħ, u f’jum il-qamar ġdid jinfetaħ.+ 2 U l-kap ewlieni għandu jidħol billi jgħaddi mil-loġġa tal-bieb,+ minn barra, u jieqaf ħdejn il-koxxa tal-bieb;+ u l-qassisin joffru l-offerta sħiħa tal-ħruq tiegħu u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu, u hu jrid imil fuq l-għatba tal-bieb,+ u joħroġ, imma l-bieb m’għandux jingħalaq sa fil-għaxija. 3 U n-nies tal-pajjiż iridu jmilu fid-daħla tal-bieb fis-Sabatijiet u f’jiem il-qamar ġdid, quddiem Ġeħova.+
4 “‘U l-offerta sħiħa tal-ħruq li l-kap ewlieni għandu jippreżenta lil Ġeħova f’jum is-Sabat għandha tkun sitt iħrief irġiel li jkunu bla difett u muntun bla difett;+ 5 u bħala offerta tal-qmuħ għandu joffri efa għall-muntun,+ u għall-ħrief offerta tal-qmuħ skond ma jistaʼ jagħti,+ u ħinn żejt għal kull efa.+ 6 U f’jum il-qamar ġdid+ għandu jkun hemm barri żgħir bla difett, wild il-merħla, u sitt iħrief irġiel u muntun; dawn għandhom ikunu bla difett.+ 7 U bħala offerta tal-qmuħ għandu joffri efa għall-barri żgħir u efa għall-muntun, u għall-ħrief skond kemm ikun jistaʼ; u ħinn żejt għal kull efa.+
8 “‘U meta jidħol il-kap ewlieni,+ hu għandu jidħol mil-loġġa tal-bieb, u minnha joħroġ.+ 9 U meta n-nies tal-pajjiż jidħlu quddiem Ġeħova fl-istaġuni tal-festi,+ dak li jidħol mill-bieb tat-tramuntana+ sabiex imil għandu joħroġ mill-bieb tan-nofsinhar;+ u dak li jidħol mill-bieb tan-nofsinhar għandu joħroġ mill-bieb lejn it-tramuntana. Ħadd m’għandu jerġaʼ lura mill-bieb li jkun daħal minnu, imma għandu joħroġ billi jibqaʼ sejjer dritt. 10 U l-kap ewlieni li jkun hemm f’nofshom għandu jidħol meta jidħlu huma; u meta joħorġu, joħroġ hu.+ 11 U fil-festi+ u fl-istaġuni tal-festi, l-offerta tal-qmuħ għandha tkun efa għall-barri żgħir u efa għall-muntun, u għall-ħrief skond ma jkun jistaʼ jagħti; u ħinn żejt għal kull efa.+
12 “‘U jekk il-kap ewlieni jipprovdi bħala offerta volontarja offerta sħiħa tal-ħruq,+ jew sagrifiċċji taʼ sħubija bħala offerta volontarja lil Ġeħova, xi ħadd irid jiftaħlu l-bieb li jħares lejn il-lvant,+ u hu jipprovdi l-offerta sħiħa tal-ħruq tiegħu u s-sagrifiċċji taʼ sħubija tiegħu bħalma jagħmel f’jum is-Sabat.+ U joħroġ, u jagħlqu l-bieb warajh.+
13 “‘U kuljum trid tipprovdi ħaruf bla difett, fl-ewwel sena tiegħu, bħala offerta sħiħa tal-ħruq lil Ġeħova.+ Għandek tipprovdih kull fil-għodu 14 u għandek tipprovdi miegħu bħala offerta tal-qmuħ is-sitt parti t’efa, u terz taʼ ħinn żejt biex jitraxxax fuq id-dqiq fin.+ L-offerta tal-qmuħ lil Ġeħova hija statut li jdum għal żmien indefinit, il-ħin kollu. 15 U jridu jipprovdu l-ħaruf u l-offerta tal-qmuħ u ż-żejt kull fil-għodu bħala offerta sħiħa tal-ħruq offruta regolarment.’
16 “Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova, ‘Jekk il-kap ewlieni jagħti rigal lil kull wieħed minn uliedu bħala wirt, dan isir il-proprjetà taʼ wliedu. Ikun il-proprjetà tagħhom b’wirt. 17 U jekk jagħti rigal minn wirtu lil xi ħadd mill-qaddejja tiegħu, dan ikun tiegħu sas-sena tal-libertà;+ u mbagħad irid jerġaʼ jmur għand il-kap ewlieni. Uliedu biss għandhom jibqgħu jżommu bħala proprjetà tagħhom il-wirt li jagħtihom. 18 U l-kap ewlieni m’għandux jieħu xi wirt minn tan-nies u jkeċċihom mill-proprjetà tagħhom.+ Mill-proprjetà tiegħu stess għandu jagħti lil uliedu bħala wirt, sabiex ħadd mill-poplu tiegħi ma jixxerred ’il bogħod mill-proprjetà tiegħu.’”+
19 U daħħalni mid-daħla+ li kienet maġenb il-bieb għal ġol-kmamar taʼ l-ikel qaddisin, il-kmamar tal-qassisin, li kienu jħarsu lejn it-tramuntana,+ u kien hemm post hemmhekk fuq in-naħa taʼ wara lejn il-punent. 20 U qalli: “Dan hu l-post fejn il-qassisin se jgħallu l-offerta għall-ħtija+ u l-offerta għad-dnub,+ u fejn se jaħmu l-offerta tal-qmuħ,+ sabiex ma joħorġu xejn lejn il-bitħa taʼ barra u bih iqaddsu n-nies.”+
21 U ħariġni lejn il-bitħa taʼ barra u ħadni ħdejn l-erbaʼ pilastri tal-kantuniera tal-bitħa, u kien hemm bitħa ħdejn dan il-pilastru tal-kantuniera tal-bitħa, u bitħa ħdejn dak il-pilastru tal-kantuniera tal-bitħa. 22 Ħdejn l-erbaʼ pilastri tal-kantuniera tal-bitħa kien hemm btieħi żgħar, twal erbgħin kubitu u wesgħin tletin kubitu. L-erbgħa li huma, li kellhom bini fil-kantuniera, kienu taʼ l-istess qjies. 23 U kien hemm ringiela ġebel dawramejt, dawramejt maʼ l-erbgħa li huma, u taħt ir-ringieli dawramejt kien hemm postijiet fejn isajru.+ 24 Imbagħad qalli: “Dawn huma l-kċejjen għal dawk li jgħallu, fejn il-ministri tad-Dar jgħallu s-sagrifiċċju tan-nies.”+
47 U mbagħad ħadni lura lejn id-daħla tad-Dar,+ u kien hemm l-ilma+ ħiereġ minn taħt l-għatba tad-Dar lejn il-lvant,+ għax in-naħa taʼ quddiem tad-Dar kienet fil-lvant. U l-ilma kien nieżel minn taħt, min-naħa tal-lemin tad-Dar, lejn in-nofsinhar taʼ l-artal.
2 U ħariġni billi għaddieni mill-bieb tat-tramuntana+ u ħadni mit-triq taʼ barra għall-bieb taʼ barra li jħares lejn il-lvant,+ u l-ilma+ kien nieżel min-naħa tal-lemin.
3 Meta r-raġel mar lejn il-lvant b’ħabel tal-kejl f’idu,+ hu kejjel elf kubitu u għaddieni mill-ilma, ilma li kien jilħaq l-għekiesi taʼ saqajja.
4 U kejjel elf oħra u għaddieni mill-ilma, ilma li kien sa rkopptejja.
U kejjel elf oħra u reġaʼ għaddieni minnu—l-ilma kien sa ġenbejja.
5 U kejjel elf oħra. U kien wied li ma stajtx ngħaddi minnu, għax l-ilma kien għola, ilma li stajt tgħum fih, wied li ma stajtx tgħaddi minnu.
6 Imbagħad, qalli: “Rajtu dan, O bin il-bniedem?”
Wara dan, mexxieni u ħadni lura lejn ix-xatt tal-wied. 7 Meta rġajt lura, ara, fuq ix-xatt tal-wied kien hemm ħafna u ħafna siġar, fuq din in-naħa u fuq in-naħa l-oħra.+ 8 U qalli: “Dan l-ilma sejjer lejn ir-reġjun tal-lvant u se jinżel u jgħaddi mill-Għaraba.+ U jasal sal-baħar.+ U meta jmur fil-baħar,+ l-ilma tiegħu jfiq. 9 U jrid iseħħ li kull ruħ li tgħix fi qtajjaʼ,+ f’kull post fejn imur il-wied li għola d-doppju, se tieħu l-ħajja. U jkun hemm ħafna u ħafna ħut, għax hemmhekk se jmur dan l-ilma, u l-ilma baħar ifiq,+ u kulfejn imur il-wied kollox ikun ħaj.
10 “U jrid iseħħ li s-sajjieda jieqfu ħdejh minn Għajn-gedi+ sa Għajn-għeġlajm. Hemmhekk ikun hemm wesgħa fejn inixxfu x-xbieki tas-sajd. Se jkun hemm ħafna u ħafna tipi taʼ ħut, bħall-ħut tal-Baħar il-Kbir.*+
11 “Il-postijiet tiegħu bl-ilma qiegħed u l-postijiet kollhom għadajjar ma jfiqux.+ Dawn jingħataw għall-melħ.+
12 “U mal-ġnub tal-wied, max-xatt fuq naħa u fuq oħra, jitilgħu kull xorta taʼ siġar tajbin għall-ikel.+ Il-weraq tagħhom ma jidbielx,+ u l-frott tagħhom ma jispiċċax.+ Kull xahar jagħmlu frott ġdid, għax l-ilma għalihom ħiereġ mis-santwarju stess.+ U l-frott tagħhom ikun għall-ikel u l-weraq tagħhom għall-fejqan.”+
13 Hekk qal il-Mulej Sovran Ġeħova: “Dan hu t-territorju li se tqassmu b’wirt bejnietkom bħala l-art għat-tnax-il tribù taʼ Israel, b’żewġ biċċiet art għal Ġużeppi.+ 14 U intom se tirtu, kull wieħed daqs ħuh, l-art li għaliha għollejt idi biex naħlef+ li nagħtiha lil missirijietkom;+ u din l-art tirtuha skond kif imisskom bix-xorti.+
15 “U din hi l-fruntiera taʼ l-art fuq in-naħa tat-tramuntana, mill-Baħar il-Kbir ħdejn it-triq għal Ħetlon,+ u tibqaʼ sejra Sedad,+ 16 Ħamat,+ Berota,+ Sibrajm, bejn il-fruntiera taʼ Damasku+ u l-fruntiera taʼ Ħamat; Ħaser-ħattikon, li qiegħed lejn il-fruntiera taʼ Ħawran.+ 17 U l-fruntiera mill-baħar tkun Ħasar-għenon,+ il-fruntiera taʼ Damasku u t-tramuntana—lejn it-tramuntana, u l-fruntiera taʼ Ħamat.+ Din hi n-naħa tat-tramuntana.
18 “U n-naħa tal-lvant hi minn bejn Ħawran+ u Damasku+ u tul il-Ġordan+ bejn Gilegħad+ u l-art taʼ Israel; mill-fruntiera sal-baħar tal-lvant għandkom tkejlu. Din hi n-naħa tal-lvant.
19 “U n-naħa tan-nofsinhar, li tħares lejn in-nofsinhar, hi minn Tamar+ sa l-ilmijiet taʼ Meribat-kades,+ il-wied*+ lejn il-Baħar il-Kbir. Din hi n-naħa lejn in-nofsinhar, lejn in-Negeb.
20 “U fin-naħa tal-punent hemm il-Baħar il-Kbir, mill-fruntiera dritt sad-daħla taʼ Ħamat.+ Din hi n-naħa tal-punent.”
21 “U tridu tqassmu din l-art bejnietkom, lit-tnax-il tribù taʼ Israel. 22 U tridu tqassmuha b’wirt għalikom+ u għar-residenti barranin li qed jgħixu f’nofskom bħala barranin,+ li nisslu l-ulied f’nofskom. U jsiru għalikom bħal nies tal-post fost ulied Israel. Magħkom ikun imisshom wirt f’nofs it-tribujiet taʼ Israel.+ 23 U jrid iseħħ li lir-resident barrani tagħtuh wirtu fit-tribù li jkun mar jgħix fih bħala barrani,” hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
48 “U dawn huma l-ismijiet tat-tribujiet. Mit-tarf tat-tramuntana, fuq in-naħa tat-triq taʼ Ħetlon+ sad-daħla taʼ Ħamat,+ Ħasar-għenan,+ il-fruntiera taʼ Damasku lejn it-tramuntana, fuq in-naħa taʼ Ħamat; u jkun hemm it-tarf tal-lvant u tal-punent: Dan,+ sehem wieħed. 2 U mal-fruntiera taʼ Dan, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Aser,+ sehem wieħed. 3 U mal-fruntiera t’Aser, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Naftali,+ sehem wieħed. 4 U mal-fruntiera taʼ Naftali, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Manasse,+ sehem wieħed. 5 U mal-fruntiera taʼ Manasse, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Efrajm,+ sehem wieħed. 6 U mal-fruntiera t’Efrajm, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Ruben,+ sehem wieħed. 7 U mal-fruntiera taʼ Ruben, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Ġuda,+ sehem wieħed. 8 U mal-fruntiera taʼ Ġuda, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent, il-kontribuzzjoni li għandkom tikkontribwixxu trid tkun wiesgħa ħamsa u għoxrin elf kubitu,+ u twila skond wieħed mill-ishma mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent. U s-santwarju jrid ikun f’nofsha.+
9 “U l-kontribuzzjoni li għandkom tikkontribwixxu lil Ġeħova tkun twila ħamsa u għoxrin elf kubitu u wiesgħa għaxart elef. 10 U din għandha tkun il-kontribuzzjoni qaddisa għall-qassisin,+ lejn it-tramuntana ħamsa u għoxrin elf kubitu, u lejn il-punent wisaʼ t’għaxart elef, u lejn il-lvant wisaʼ t’għaxart elef, u lejn in-nofsinhar tul taʼ ħamsa u għoxrin elf. U s-santwarju taʼ Ġeħova jrid ikun f’nofsha.+ 11 Din se tkun għall-qassisin minn ulied Sadok+ li huma mqaddsin, li ħadu ħsieb l-obbligu lejja, li ma żvijawx meta żvijaw ulied Israel, bħalma żvijaw il-Leviti.+ 12 U se jkollhom kontribuzzjoni mill-kontribuzzjoni taʼ l-art bħala xi ħaġa mill-iktar qaddisa, mal-fruntiera tal-Leviti.+
13 “U l-Leviti għandu jkollhom,+ eżatt ħdejn it-territorju tal-qassisin, ħamsa u għoxrin elf kubitu tul, u għaxart elef wisaʼ; it-tul kollu hu ħamsa u għoxrin elf u l-wisaʼ għaxart elef.+ 14 U m’għandhom ibigħu l-ebda parti minnha, u la jpartu u lanqas iħallu l-aqwa parti taʼ l-art tgħaddi minn għandhom; għax hi xi ħaġa qaddisa għal Ġeħova.+
15 “Inkwantu għall-ħamest elef kubitu li jifdal fil-wisaʼ ħdejn il-ħamsa u għoxrin elf, huma xi ħaġa profana għall-belt,+ bħala post t’abitazzjoni u mergħa. U l-belt se tkun fin-nofs.+ 16 U dawn huma l-qisien tal-belt: it-tarf tat-tramuntana erbat elef u ħames mitt kubitu, u t-tarf tan-nofsinhar erbat elef u ħames mija, u t-tarf tal-lvant erbat elef u ħames mija, u t-tarf tal-punent erbat elef u ħames mija. 17 U l-belt se jkollha mergħa,+ lejn it-tramuntana mitejn u ħamsin kubitu, u lejn in-nofsinhar mitejn u ħamsin, u lejn il-lvant mitejn u ħamsin, u lejn il-punent mitejn u ħamsin.
18 “U dak li jifdal mit-tul ikun eżatt daqs il-kontribuzzjoni qaddisa,+ għaxart elef kubitu lejn il-lvant, u għaxart elef lejn il-punent; u tkun eżatt daqs il-kontribuzzjoni qaddisa, u l-prodott tagħha jkun il-ħobż taʼ dawk li jaqdu l-belt.+ 19 U dawk li jaqdu l-belt mit-tribujiet kollha taʼ Israel se jikkultivawha.+
20 “Il-kontribuzzjoni sħiħa hi ħamsa u għoxrin elf kubitu b’ħamsa u għoxrin elf. Għandkom tikkontribwixxu parti kwadra bħala l-kontribuzzjoni qaddisa u l-proprjetà tal-belt.
21 “U dak li jifdal ikun tal-kap ewlieni,+ fuq din in-naħa u fuq in-naħa l-oħra tal-kontribuzzjoni qaddisa u tal-proprjetà tal-belt,+ maġenb il-ħamsa u għoxrin elf kubitu tal-kontribuzzjoni lejn il-fruntiera tal-lvant; u lejn il-punent maġenb il-ħamsa u għoxrin elf kubitu sal-fruntiera tal-punent.+ Eżatt bħall-ishma l-oħrajn ikun hemm għall-kap ewlieni. U l-kontribuzzjoni qaddisa u s-santwarju tad-Dar iridu jkunu f’nofsu.
22 “U inkwantu għall-proprjetà tal-Leviti u l-proprjetà tal-belt, din tkun bejn il-proprjetà tal-kap ewlieni. Bejn il-fruntiera taʼ Ġuda+ u l-fruntiera taʼ Benjamin għandu jkun tal-kap ewlieni.
23 “U inkwantu għall-bqija tat-tribujiet, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Benjamin,+ sehem wieħed. 24 U mal-fruntiera taʼ Benjamin, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Simegħon,+ sehem wieħed. 25 U mal-fruntiera taʼ Simegħon, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Issakar,+ sehem wieħed. 26 U mal-fruntiera taʼ Issakar, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Żebulun,+ sehem wieħed. 27 U mal-fruntiera taʼ Żebulun, mit-tarf tal-lvant sat-tarf tal-punent: Gad,+ sehem wieħed. 28 U mal-fruntiera taʼ Gad, fit-tarf tan-nofsinhar lejn in-nofsinhar, il-fruntiera tkun minn Tamar+ sa l-ilmijiet taʼ Meribat-kades,+ sal-wied,+ u sal-Baħar il-Kbir.+
29 “Din tkun l-art li għandkom tqassmu b’wirt lit-tribujiet taʼ Israel,+ u dawn ikunu l-ishma tagħhom,”+ hija l-kelma tal-Mulej Sovran Ġeħova.
30 “U dawn ikunu l-postijiet tal-ħruġ mill-belt: Il-qjies tat-tarf tat-tramuntana jkun erbat elef u ħames mitt kubitu.+
31 “U l-bibien tal-belt ikunu skond l-ismijiet tat-tribujiet taʼ Israel, tliet bibien fit-tramuntana, il-bieb taʼ Ruben, wieħed; il-bieb taʼ Ġuda, wieħed; il-bieb taʼ Levi, wieħed.
32 “U fit-tarf tal-lvant ikun hemm erbat elef u ħames mitt kubitu, u tliet bibien, iva, il-bieb taʼ Ġużeppi, wieħed; il-bieb taʼ Benjamin, wieħed; il-bieb taʼ Dan, wieħed.
33 “U fit-tarf tan-nofsinhar, il-qjies ikun erbat elef u ħames mitt kubitu, bi tliet bibien, il-bieb taʼ Simegħon, wieħed; il-bieb taʼ Issakar, wieħed; il-bieb taʼ Żebulun, wieħed.
34 “It-tarf tal-punent ikun erbat elef u ħames mitt kubitu, u jkun hemm tliet bibien, il-bieb taʼ Gad, wieħed; il-bieb t’Aser, wieħed; il-bieb taʼ Naftali, wieħed.
35 “Dawramejt ikun hemm tmintax-il elf kubitu; u l-isem tal-belt minn dakinhar ’il quddiem ikun Ġeħova Nnifsu Qiegħed Hemmhekk.”+
Ifisser “Alla Jsaħħaħ.”
L-ewwel mid-93 darba li tidher l-espressjoni “Bin il-bniedem” f’Eżekjel.
L-espressjoni “l-Mulej Sovran Ġeħova” tidher 217-il darba f’Eżekjel.
Dan ġeneralment jirreferi għal briks magħmulin minn tiben u tajn jew tafal.
Ara Eżo 9:32, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
L-ewwel darba minn iktar minn 60 darba li tidher din il-frażi f’Eżekjel, li tirreferi għat-taqdis taʼ isem Ġeħova fuq l-art.
Letteralment, “riħa li sserraħ.”
Jiġifieri, għax jagħmlu taħthom bil-biżaʼ.
Qabbel Eżo 34:14, in-nota taʼ taħt.
Bla dubju, użata f’qima idolatruża.
Jiġifieri, il-laħam protett fiha.
Letteralment, “postijiet fl-għoli.” Ara Le 26:30, in-nota taʼ taħt.
Jew, “l-organu ġenitali.”
Qabbel Eżo 34:14, in-nota taʼ taħt.
Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt.
Letteralment, “żerriegħa.”
Letteralment, “erwieħ.”
Is-Sabat kien minn inżul ix-xemx tal-Ġimgħa sa nżul ix-xemx tas-Sibt. Ara Eżo 16:23, in-nota taʼ taħt.
Bl-Ebrajk “Bama,” l-isem taʼ santwarju taʼ l-idolatri.
Letteralment, “fl-ispirtu tagħkom.”
Jiġifieri, għax jagħmlu taħthom bil-biżaʼ.
Ara Ġen 31:19, in-nota taʼ taħt.
Evidentement dan hu indirizzat lil Rabba taʼ l-Għammonin.
Letteralment, “jibilgħu ruħ.”
Letteralment, “l-erwieħ.”
Letteralment, “bil-vermilju.”
Letteralment, “ruħi.”
Letteralment, “żmien indefinit.”
“Il-Muntanja Ħermon” f’Dt 3:8, 9.
Letteralment, “mar-ruħ tal-bnedmin.”
Ara l-1Sa 2:1, in-nota taʼ taħt.
Nof huwa l-isem li jintuża s-soltu fl-Iskrittura Ebrajka għal Memfi.
Letteralment, “int.”
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’versi 16 u 17 ukoll. Ara Appendiċi 4.
Bl-Ebrajk, “Xeol.” F’vers 27 ukoll.
Letteralment, “il-postijiet tad-dfin tiegħu qegħdin madwaru.” “Il-postijiet tad-dfin tiegħu” milli jidher jirreferu għall-postijiet tad-dfin tas-sudditi tas-sultan Assirjan.
Letteralment, “ir-ruħ.”
Letteralment, “żmien indefinit.” Ara Ġen 3:22, in-nota taʼ taħt. F’vers 9 wkoll.
Jew, “il-Wied taʼ Ħamon-Gog.”
Jiġifieri, “Kotra.” Ara versi 11 u 15.
Kubitu taʼ 44.5 ċentimetru u wisaʼ taʼ id taʼ 7.4 ċentimetri kienu jammontaw għal madwar 51.8 ċentimetru u kienu jirrappreżentaw il-kubitu t-twil. Għalhekk, “qasba tal-kejl twila sitt kubiti” kienet 3.11 metri.
Letteralment, “u bil-katavri tas-slaten tagħhom f’mewthom.”
Jew, “sagrifiċċji taʼ sliem.” Sagrifiċċji li fihom il-qassis, l-aduraturi, u Ġeħova kienu bħallikieku qed jissieħbu flimkien f’ikla, u dan kien jissimbolizza relazzjonijiet paċifiċi.
Ara Eżo 22:20, in-nota taʼ taħt.
Jiġifieri, tal-kontribuzzjoni.
Jiġifieri, “il-Baħar Mediterran.”
Ara Ġen 26:17, in-nota taʼ taħt.